Legislature:
Category:
Reset
Active:

Importazzjoni ta' karozzi — informazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni dwar kemm kien in-numru ta' karozzi li daħlu f'pajjiżna minn mindu nbidlet il-policy dwar il-ħlas tal-liċenzji u tar-registration fee? Minn liema pajjiżi ġew f'Malta, kemm kienu ġodda u kemm kienu second hand?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

ammont ta' rebħ mill-lottu mhux meħuda

Question

Jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni dwar kemm kien kull sena l-ammont ta' rebħ mil-lottu jew minn logħob ieħor, kull sena mill-2005 sal-lum li fil-fatt baqa' ma ġiex claimed minn dawk li jkunu rebħu dawn il-flus? Jista' jagħti indikazzjoni dwar kif jintużaw dawn il-fondi mhux meħuda?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Għaqdiet sportivi reġistrati

Question

Tista' l-Ministru tagħti dettalji dwar kemm kien hemm għaqdiet sportivi, skont id-dixxiplini differenti li fil-fatt irreġistraw mal-Kunsill Malti Għall-Isports, minn mindu sar obbligatorju li dawn l-għaqdiet jirreġistraw mal-Kunsill?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’seduta oħra.

dixxiplini sportivi — għajnuna finanzjarja

Question

Billi numru sostanzjali ta' clubs tal-football u ta' dixxiplini sportivi oħra fil-fatt għandhom problemi finanzjarji, jew għandhom nuqqas ta' sponsorships, tista' l-Ministru tgħid jekk il-Kunsill Malti għall-Isports jikkonsidrax li taħt regolamenti stretti imposti mill-istess kunsill, dawn l-għaqdiet sportivi jingħataw għajnuna finanzjarja biex ikunu jistgħu jħallsu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 7593.

Studenti li qagħdu għall-eżami tal-Junior Lyceum

Question

Tista' l-Ministru tagħti dettalji dwar kemm kien in-numru ta' żgħażagħ mis-7, mid-9 mill-11 u mit-12-il distrett, lokalità lokalità li qagħdu għall-eżami tal-Junior Lyceum din is-sena?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #8221 Sitting 116 2009-05-25 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — siti tal-marinas

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid billi numru sew mis-siti mħabbra għall-użu tal-marinas huma differenti minn dawk li kienu identifikati mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fis-snin 90, jista' jagħti tagħrif dwar x'inhi l-opinjoni tal-Awtorità dwar is-siti identifikati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-MEPA għadha ma ħaditx pożizzjoni dwar is-siti li semma’ l-Onorevoli Interpellant għax l-ebda proposta għadha ma ġiet sottomessa għall-attenzjoni tal-MEPA.
Leg 11 PQ #8669 Sitting 116 2009-05-25 Oral · Interim From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — laqgħaq mal-MEUSAC

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm kunsilli lokali li talbu li jkollhom laqgħat mal-MEUSAC dwar inizjattivi f'kollaborazzjoni biex isibu fondi partikulari mill-Unjoni Ewropea? Liema kienu dawn il-kunsilli lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Korporazzjoni Enemalta — arbi tad-dawl fil-Wardija

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Korporazzjoni Enemalta għandhiex pjan biex l-arbli tad-dawl fil-Wardija jitneħħew u minflok jitqiegħed cable taħt l-art biex dawn l-inħawi fil-kampanja jitnaddfu mill-arbli u l-wires fil-għoli?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni Enemalta m’għandhiex pjanijiet biex tneħħi l-arbli tad-dawl fil-Wardija fil–futur qarib, għajr għal dawk mhux użati.

Wardija — skola - culvert

Question

Billi fl-inħawi tal-iskola tal-Wardija hu meħtieġ li jsir culvert biex ma jibqax joqgħod ilma tax-xita fil-post, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex dan il-culvert isir kemm jista' jkun malajr?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Wardija — arbli tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex l-arbli tad-dawl u oħrajn li mhumiex użati fl-inħawi kollha tal-Wardija, jinqagħlu mill-post għaliex kulma qed jagħmlu hu li jservu ta' eyesore fl-inħawi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-proċess biex jinqalgħu l-arbli li mhumiex użati diġa beda.
Leg 11 PQ #7595 Sitting 114 2009-05-19 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Buġibba, l-Qawra u San Pawl il-Baħar — Plots mhux mibnijin

Question

Billi matul is-sena d-dieħla hu mistenni li l-Gvern jagħmel investimenti qawwija f'dik li hi infrastruttura, jista' l-Prim Ministru permezz tal-ħaddiema tiegħu jieħu l-passi neċessarji biex kull plot li mhix mibnija li tinsab fl-inħawi ta' Buġibba, l-Qawra u San Pawl il-Baħar fil-fatt tingħalaq u dan għall-benefiċċju tal-ambjent ta' madwar u bħala investiment lokali, kif ukoll għat-turiżmu f'pajjiżna?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi din il-materja diġà qed tiġi indirizzata permezz ta’ inizjattiva li qed tieħu l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) b’kollaborazzjoni mal-Kunsilli Lokali. Fil-fatt minn Ottubru ta’ l-2008, sar tibdil fl-inizjattiva dwar siti miftuħin li joħolqu inkonvenjent. Il-Kunsilli Lokali ġew mitluba jirraportaw lill-MEPA dwar dawn is-siti. Il-MEPA minn naħa tagħha tagħmel l-investigazzjonijiet u jekk jirriżulta illi dan is-sit qed ikun ta’ ħsara lill-ġmiel jew siwi taż-żona, toħroġ notifika ta’ nfurzar sabiex jinbena ħajt. Dan il-ħajt irid jinbena skond speċifikazzjonijiet maħruġa mill-istess Awtorità. Jekk il-ħajt ma jinbeniex fiż-żmien stipulat, dan jinbena taħt azzjoni diretta mill-MEPA b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali. Il-proprejtarju tas-sit jeħel ta’ l-ispejjeż kollha involuti.

Airport saċ-Ċirkewwa — Vjaġġi

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 6485 li saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'tip ta' kontribuzzjoni tat il-Gozo Channel biex jiġi provdut is-servizz indikat f'dik id-domanda? Kemm fil-fatt ġie jiswa f'sussidju s-servizz tat-trasport miċ-Ċirkewwa sa l-Airport u lura?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi s-servizz tat-trasport miċ-Ċirkewwa sa’ l-Airport u lura sewa lill-Kumpanija Gozo Channel l-ammont ta’ €56,439 għas-sena 2008.

Buġibba — areas li ħamrija mhix maħduma

Question

Billi fid-daħla ta' Buġibba (ħdejn it-traffic lights) hemm tliet areas żgħar, li għalkemm għandhom il-ħamrija, fil-fatt din l-istess ħamrija mhix maħduma kif suppost, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex isir dak kollu meħtieġ ħalli din il-ħamrija tinħadem u fil-fatt jinżergħu xi ftit tal-fjuri, bħal fil-każ ta' areas oħra simili?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Land Registry

Question

Billi l-pjanti li jingħataw mill-uffiċċju tal-Land registry meta xi ħadd jixtri dawn il-pjanti għal skopijiet ta' reġistrazzjoni jew minħabba raġuni ta' banek, qed ikunu pjanti li ilhom ma jiġu aġġornati numru ta' snin, u billi milli jidher dawn il-pjanti qodma qed jintużaw għaliex hemm xi differenzi bejn l-ħlas li qed tippretendi l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex taġġorna l-istess pjanti, u dak li lest iħallas dan id-dipartiment, jista' l-Ministru jintervjeni biex jiġu evitati diffikultajiet żejda għal xejn, kemm għall-periti kif ukoll għan-nutara, iżda iktar importanti għall-pubbliku in generali, biex din id-diffikultà tingħeleb?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li r-Reġistru tal-Artijiet qiegħed jagħmel użu minn pjanti mhux aġġornati u dan minħabba li l-mekkaniżmu illi jippermetti li wieħed juża l-pjanti tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar bħalissa qed jiġi rivedut u mhux għaliex hemm xi differenzi bejn il-ħlas li qed tippretendi l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex taġġorna l-istess pjanti, u dak li lest iħallas ir-Reġistru tal-Artijiet. Sabiex jingħelbu xi diffikultajiet li jista’ jkun hemm bil-pjanti preżenti, is-sistemi tal-IT kollha li huma preżentement użati mid-Diviżjoni tar-Reġistru Pubbliku u tal-Artijiet, qed jiġu riveduti sabiex ikunu robusti biżżejjed biex jifilħu għall-ħtiġijiet li ser jitnisslu mill-Att dwar ir-Reġistru Ċentrali. Dawn se jinkludu servizzi li llum huma ineżistenti bħal pereżempju illi aċċess għall-pjanti jkun web based ukoll. Għalhekk inħass li ma kienx jagħmel sens illi l-eżerċizzju ta' aġġornament tal-pjanti jitnieda waħdu imma jkun iktar għaqli li jsir eżerċizzju olistiku li jkopri t-titjib tal- functionalities kollha.

Ħwienet liċenzjati — amusement machines

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' ħwienet liċenzjati biex ikollhom amusement machines, f'Malta u f'Ghawdex rispettivament? Jista' jagħti tagħrif dwar kemm huma l-postijiet liċenzjati biex ibiegħu l-logħob tal-lottu madwar Malta u Għawdex rispettivament? Kif inhuma maqsuma dawn il-postijiet, raħal raħal?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

esportazzjoni ta' patata

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema kienu t-tipi differenti ta' patata li ġiet esportata din is-sena minn Malta? Lejn liema pajjiżi fil-fatt intbagħtet din il-patata? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm xi problemi partikolari, għal dik li hi kwalità ta' l-istess patata, b'riżultat tax-xitwa diffiċli li kellna din is-sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Laħam taċ-ċanga, majjal u laħam ta' kwalità oħra

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien l-ammont ta' laħam, f'majjal, ċanga, u laħam ta' kwalità oħra li fil-fatt inqatel fil-biċċerija matul l-ewwel tliet xhur ta' din is-sena? Kif jitqabbel dan l-ammont mal-ammonti tal-istess tipi ta' laħam li nqatel fl-istess perijodu, fl-2006, 2007, 2008 rispettivament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Buġibba — tħawwil ta' pjanti

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex il-ftit ħamrija li hemm fl-inħawi tad-daħla ta' Buġibba, (ħdejn it-traffic lights) fil-fatt tinħadem u fiha jinżergħu xi pjanti li kapaċi jirreżistu d-dħaħen tal-vetturi li jkunu deħlin u ħerġin, kuljum minn dawn l-inħawi?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

tneħħija ta' arbli li huma viċin it-truf tal-bankini

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi permess tal-Awtorità dwar it-Trasport biex jiġi assigurat li dawk l-arbli tad-dawl li qegħdin wisq qrib it-truf tal-bankini, fil-fatt jitneħħew minn fejn qegħdin għaliex dawn jistgħu jkunu ta' periklu għall-vetturi? Jista' jara wkoll li dawk l-arbli li jfixklu l-passaġġieri fuq il-bankini, fil-fatt jitneħħew ukoll?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li kull meta l-Enemalta jsirilha rapport dwar arbli tad-dawl li jkunu ta’ periklu għall-vetturi jew għall-passiġiera fuq il-bankini hija tieħu il-passi neċċessarji biex tneħħi dan il-periklu wara li jkun hemm konferma uffiċjali ta’ tali periklu mill-ADT.

Tħawil ta' xtili ta' frawli

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm in-numru ta' xitel tal-frawli li ġew impurtati f'Malta qabel l-istaġun tat-taħwil tal-frawli għal din is-sena? Kif jitqabbel dan in-numru ta' xitel li ġie impurtat matul is-snin li għaddew?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.