Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk iddaħħlux xi regoli ġodda li jikkontrollaw il-qbid tas-siċċ mill-art bl-użu ta' siċċa marbuta għaliex dan l-aħħar irċevejt numru ta' ilmenti minn persuni li qed jallegaw li twaqqfu milli jaqbdu s-siċċ b'dan il-mod? Jekk iva, meta ddaħħlu dawn ir-regolamenti u min qed jinfurzahom?
Wara li l-korporazzjonijiet responsabbli minn xi servizzi għamlu xogħol neċessarju fl-inħawi tal-Wardija, jista' l-Ministru jassigura li dawn l-istess korporazzjonijiet iwettqu x-xogħol ta' tiswija neċessarju biex it-toroq fil-fatt jiġu re-instated?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li x-xogħlijiet in kwistjoni ser isiru mill-Kunsill Lokali wara ftehim li sar bejn l-entitajiet ikkonċernati li permezz tiegħu il-Kunsill ingħata parti sew mill-fondi meħtieġa mill-istess entitajiet.
Billi Sqaq il-Kustinjuż limiti tan-Naxxar jinsab fi stat ħażin ħafna, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex jara li l-ħsarat li hemm jitneħħew billi jsir wiċċ ġdid f'din it-triq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tali xogħol ikun jista' jsir meta u jekk ir-riżorsi jkunu jippermettu.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm saru rapporti ta' ħsarat fis-sistema tal-ilma fl-inħawi magħrufa bħala il-Budaq, limiti tan-Naxxar, matul l-aħħar 12-il xahar? X'tip ta' rimedji fil-fatt ittieħdu biex dawk li għandhom residenza, attività kummerċjali jew dik agrikola f'dawn l-inħawi jinqdew bl-ilma mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li matul l-aħħar 12-il xahar, il-KSI sarulha 15-il rapport ta' ħsarat fis-sistema tal-ilma fl-inħawi li qed jirreferi għalihom l-Onor. Interpellant u fil-fatt il-KSI għamlet 23 tiswija ta' diversi kanen ta' ilma. 8 minn dawn it-tiswijiet saru fi Sqaq il-Kustinjuż li jifforma parti minn dawn l-inħawi. Peress li l-mejn f'dan l-isqaq huwa fi stat ħażin hemm il-pjan biex dan jinbidel iktar tard matul din is-sena.
B'referenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 6578, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema kienu t-toroq fl-inħawi msemmija fid-domanda, cioè San Pawl il-Baħar, Mellieħa, Naxxar, Mġarr u Għargħur skond il-prijoritajiet tal-leġislatura preċedenti, u li għadhom s'issa ma sarux?
Jista' fl-istess ħin il-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk dawn l-obblgi hux ser jiġu assunti mill-kumpannija Roads Network Limited?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li skond il-program ta’ bini ta’ toroq residenzjali fil-lokalitajiet imsemmija mill-Onorevoli Interpellant għad jridu jsiru t-toroq murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'referenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 7264, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fiex waslet il-preparazzjoni tat-tender li qed issir referenza għaliha fl-istess risposta? Fiex waslet s'issa d-diskussjoni mal-partijiet ikkonċernati dwar ir-riforma fit-trasport pubbliku?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li s-sejħa għall-offerti għas-servizz tat-trasport pubbliku bi skeda tinsab fl-aħħar stadju ta preparazzjoni.
Ninsab infurmat ukoll li d-diskussjoni mal-partijiet konċernati għadha għaddejja.
Burmarrad — Triq l-Insolja - tiswija fuq main tal-ilma
Question
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarj biex fi Triq l-Insolja, Burmarrad, jsiru tiswijiet fuq main tal-ilma li ilu bil-ħsara għal tul taż-żmien biex jieqaf il-ħela tal-ilma u t-tieni biex ma ssirx aktar ħsara?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għamlet spezzjoni fit-triq imsemmija u ma rriżultalhiex li hemm xi ħsarat fuq is-sistema tad-distribuzzjoni tal-ilma. Il-Korporazzjoni lanqas ma għandha xi rapporti fuq dan.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex il-parti ta' Burmarrad li għadha mhix asfaltata u cioè Triq l-Insolja Burmarrad, fil-fatt tiġi asfaltata kemm jista' jkun malajr? Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk f'din il-parti tat-triq għadx fadal servizzi xi jsiru qabel jingħata l-wiċċ meħtieġ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li t-triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant hija nkluża fil-programm ta’ bini ta’ toroq residenzjali ta' l-ADT u ssir meta r-riżorsi jkunu jippermettu. Qabel ma jingħata l-kuntratt għax-xogħol fit-triq imsemmija issir konsultazzjoni mal-entitajiet tas-servizzi kollha biex kwalunkwe xogħol min-naħa tagħhom jiġi koordinat max-xogħol tal-kostruzzjoni tat-triq.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fiex waslu l-istudji dwar it-trasport pubbliku fejn jirrigwarda s-servizz tat-tramm f'pajjizna?
Kien hemm xi żviluppi partikulari li ħarġu minn l-istudji dwar dan is-suġġett? Jekk iva, jista' wieħed jingħata aktar informazzjoni dwar dan?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-istudju tekniku dwar servizzi tat-trasport bit-tramm ġie konkluz f’Novembru tas-sena li għaddiet. Ir-rapport tal-Konsulenti kkonkluda li hemm bżonn aktar studji fuq diversi aspetti teknici, finanzjarji u ambjentali sabiex tiġi stabbilita l-feasibility ta’ dan it-tip ta’ trasport pubbliku f’Malta.
Din is-sena ma kienx hemm aktar żviluppi fuq dan il-proġett peress li l-Gvern bħalissa qed jagħti priorita li-riforma tat-trasport bl-iskeda fejn jirrigwarda tal-linja.
Billi l-Ministru għamel referenza għall-mudell ta' Portsmouth għal dak li jirrigwarda il-mod ta' kif isir kontroll fuq il-ħsarat fit-toroq tagħna, u kif il-kuntratturi tat-toroq jinżammu responsabbli għax-xogħol li jwettqu, jista' l-Ministru jpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' xi master plan li tintuża f'din il-parti ta' l-Ingilterra?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma jeżistix Master Plan fis-sens tradizzjonali tal-Kelma iżda nformazzjoni dwar dan il-proġett u l-mudell imħaddem hemmhekk hija available fuq l-Internet.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, kopja tal-pjanti tas-siti li ġew identifikati biex fihom isiru marinas kemm temporanji kif ukoll permanenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għall-website tal-Malta Maritime Authority fejn hemm id-dokumenti mitluba.
Awtorità dwar it-Trasport — Karozzi second hand mill-Ġappun
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhu n-numru ta' sidien ta' vetturi second hand mill-Ġappun li għandhom talba pendenti għand l-Awtorità dwar it Trasport biex jingħataw in-number plates, li iżda mhux qed jingħataw dawn in-number plates għaliex jidher li hemm xi differenzi fl-interpretazzjoni ta' x'inhu l-valur tas-CO2 ta' dawn l-istess vetturi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Awtorita' dwar it-Trasport m'għandhiex talbiet pendenti għal number plates ta' aktar minn jumejn mid-data tal-applikazzjoni.
għaqdiet sportivi — għajnuniet finanzjarji għal xiri ta' sistema ta' IT
Question
Tista' Ministru tindaga dwar il-possibiltà li l-għaqdiet sportivi differenti jingħataw għajnuniet finanzjarji biex ikunu jistgħu jixtru sistema tal-IT li permezz tagħha jkunu jistgħu jaqdu aħjar lill-membri tagħhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fost l-iskemi t’assistenza li għandu l-Kunsill Malti għall-iSport teżisti equipment assistance scheme. Għaqda reġistrata mal-KMS tista’ tapplika f’dan ir-rigward.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien f'ammont ta' tmiem ir-raba li ġie reġistat għal skop ta' sussidju mill-bdiewa Maltin, matul din is-sena?
Liema kienu l-prodotti li ġew registrati biex jingħataw sussidju għal dan l-iskop?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
l-Awtorità dwar it-Trasport ta' Malta — toroq- għoti ta' tarmac
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-Awtorità dwar it-Trasport ta' Malta fasslitx xi pjan differenti milli kien jeżisti qabel dwar dawk li huma toroq li għandhom jingħataw kisja tajba bit-tarmac?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Awtorità dwar it-Trasport ta' Malta — numru ta' kuntratturi
Question
Jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni dwar kemm hu n-numru ta' kuntratturi li jaħdmu xogħlijiet ta' toroq, kif jirriżultaw lill-Awtorità dwar it-Trasport ta' Malta?
Hemm xi klassifikazzjoni partikolari għar-rigward ta' dawn il-kuntratturi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Għaqdiet sportivi — għajnuna għal aparat energy saving
Question
Billi l-Gvern qed jagħmel kampanja qawwija biex ikun hemm bdil f'dawk li huma stallazzjonijiet ta' l-elettriku, jista' l-Ministru jikkonsidra l-possibiltà li bħalma l-Gvern ser iqassam numru ta' bozoz lill-familji Maltin kollha, hekk ukoll l-għaqdiet sportivi jibbenefikaw minn għotjiet ta' apparat energy saving, jew jingħataw għajnuniiet finanzjari biex ikunu jistgħu jistallaw dan l-apparat?
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien, b'mod globali, l-ammont ta' għeneb li nxtara mill-għassara fl-istaġun ta' l-għeneb tas-sena li għaddiet?
Jista' jagħti tagħrif jekk il-Gvern għandux xi lmenti partikolari dwar il-ħlas dovut lill-bdiewa minħabba dan ix-xiri?
Jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni ta' kemm kien in-numru ta' banek tal-lottu li kien hawn f'Malta u f'Għawdex rispettivament qabel saret il-privatizzazzjoni tal-lottu?
Kemm hu llum in-numru ta' outlets li minnhom jistgħu jinbiegħu l-biljetti tal-lottu?
Jista' l-Ministru jindika jekk hemmx ħsieb li jkun hemm żieda f'dawn l-outlets, matul iż-żmien li ġej?
Jista' l-Ministru jindika jekk hemmx xi policy partikolari li tikkontrolla l-logħob tal-lottu?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.