Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sussidju għal bdiewa u raħħala

Question

Jista l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm talbiet minn bdiewa u raħħala biex jingħataw sussidju għal dak li hu tkabbir tal-magħlef għal din is-sena? Kemm kien in-numru ta' tmiem li ġew reġistrati għal dan il-għan?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Dipartiment tal-Agrikultura — Siġar tal-frott

Question

Jista l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' siġar tal-frott li l-bdiewa talbu biex jixtru mingħand id-dipartiment tal-agrikoltura din is-sena? X'tipi ta' siġar ntalbu, u x'tipi ta' siġar kienu provduti mill-Ministeru? Kemm kien in-numru ta' siġar li fil-fatt inbiegħu lill-bdiewa din is-sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

San Pawl il-Baħar — Skola Primarja

Question

Billi f'dawn l-aħħar ġimgħat qed jissemma' li l-Iskola Primarja ta' San Pawl il-Baħar ser tingħalaq biex minflok tintuża biex joqogħdu fiha l-immigranti, tista' l-Ministru sserraħ moħħ il-ġenituri u r-residenti li dan mhuwiex minnu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Konxja tan-numru tax-xniegħat li għaddejjin f’dawn l-aħħar ġimgħat, niżgura lill-Onor. Interpellant li m’hemm l-ebda ħsieb li xi skola tal-istat tingħalaq u tintuża bħala residenza għall-immigranti, la f’San Pawl il-Baħar u lanqas f’xi lokalita’ oħra ta’ Malta u Għawdex.

reġistrar ta' tmiem ir-raba' — sussidju

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8789 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jagħti tagħrif dwar kemm kien f'ammont ta' tmiem ir-raba li ġie reġistat għal skop ta' sussidju mill-bdiewa Maltin, matul din is-sena? Liema kienu l-prodotti li ġew registrati biex jingħataw sussidju għal dan l-iskop?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Tas-Salina — Sukkors - xogħol

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk waqt ix-xogħol li qed isir fis-sukkors tas-Salina, instabx li fil-fatt dan is-sukkors għandu l-qiegħ tiegħu magħmul biċ-ċangaturi, kif dejjem ingħad mill-anzjani tal-madwar? Jekk iva, qed isir xi xogħol partikolari biex dan il-qiegħ fil-fatt ikun priżervat sew?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — bdil tal-main tal-ilma

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 7848, jista' l-Ministru jitlob li fil-fatt il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tieħu l-passi neċessarji biex il-main indikat jinbidel kemm jista' jkun malajr għax il-ħsarat indikati qed ifissru ħafna ħela ta' ilma?

Response (GATT, AUSTIN)

Kif intqal fir-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari Nru 7848, il-bdil tal-main tal-ilma fi Sqaq il-Kustinjuż hu pprogrammat għal iktar tard din is-sena. Sadanittant, sabiex ma jkunx hemm ħela ta’ ilma il-KSI qiegħda tieħu ħsieb li kif tinqala’ ħsara din tissewwa malajr kemm jista’ jkun.

Triq il-Pwales — xogħol fuq triq

Question

Billi jidher li l-Gvern qed juża l-parti ta' ġewwa ta' Triq il-Pwales (jew area ħdejha) bħala post fejn ipoġġi xi makkinarju u jidher li fil-fatt qed jitħalla xi materjal fit-triq in kwestjoni, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex dan il-materjal jitneħħa minn hemm? Jista' jieħu l-passi biex tiġi msewwija t-triq mill-ħsarat li saru fiha?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Vetturi li ġew impurtati mill-Ingilterra

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6486 li oriġinarjament saret lill-Ministu għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzoni u li issa ġiet riferuta lilu u jagħti tagħrif dwar in-numru ta' vetturi li ġew impurtati mill-Ingliterra, kull xahar, sal-lum bejn Lulju 2008 u Jannar 2009?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Numru ta' studenti maskili li jkomplu jistudjaw f'livel post sekondarju

Question

Billi fir-risposta tal-mistoqsija parlamentari li ngħatajt reċentament, qed jiriżulta li n-numru ta' żgħażagħ maskili li jiddeċidu jkomplu l-edukazzjoni tagħhom f'livell post-sekondarju (mhux fl-MCAST) u terzjajru qiegħed dejjem jonqos meta mqabbel man-numru ta' tfajliet li jkomplu jistudjaw, tista' l-Ministru tara x'passi jistgħu jittieħdu biex jerġa' jiżdied in-numru ta' ġuvintur li jkomplu jistudjaw sal-livell terzjajru?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi għandhom servizz ta’ career guidance li jagħtu attenzjoni sabiex kull student jirċievi gwida professjonali sabiex ikompli l-istudji tiegħu.

Buġibba — bidliet mistennija

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema ser ikunu l-bidliet li mistennija jseħħu fl-inħawi tad-daħla ta' Buġibba, ħdejn Kennedy Grove b'riżultat tax-xogħol li ssemma li għandu jsir mill-Awtorità dwar it-Trasport f'dawn l-inħawi? Meta hu mistenni li jibda ix-xogħol? Meta hu mistenni li jintemm?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Salina, Is-Salini tal-Melħ u Kennedy grove — xogħol mistenni li jsir

Question

Jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni dwar meta hu mistenni li jitlesta ix-xogħol kollu li għandu bżonn isir (konxju li hemm ammonti kbar ta' xogħol li hu delikat) fl-inħawi ta' Tas-Salina, is-Salini tal-Melħ u Kennedy Grove? Kemm hu mistenni li jiswa dan il-proġett?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Xemxija Bay Hotel — tiswijiet fuq il moll

Question

Billi fix-Xemxija, in-naħa tax-Xemxija Bay Hotel hemm moll żgħir jintuża ħafna minn diversi nies, liema moll fil-fat spiċċa biex infaqa' kważi għal kollox bil-maltemp u l-qawwa tal-baħar, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex jissewwa dan il-moll, u dan qabel ma jseħħ xi traġedja f'dan il-port?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Xemxija — Bus Shelters - pelican lights

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex iż-żewġ bus stops (li għandhom bżonn ukoll bus shelter) li hemm fit-telgħa tax-Xemxija wieħed ħdejn il-Knisja tax-Xemxija u l-ieħor quddiem Sammy Bar, fil-fatt jitwaħħlu kemm jista' jkun malajr biex ikunu ta' benefiċċju għall-passiġieri li jużaw tal-linja? Jista' jittieħdu l-passi neċessarji biex fl-istess inħawi tax-Xemxija Bay n-naħa t'isfel jitqiegħdu l-pelican lights u tinżebaħ zebra crossing li kien hemm maħsuba li ssir fl-inħawi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Kors ta' assessuri tal-Bini

Question

Jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni dwar meta ħarġu l-applikazzjonijiet biex persuni Maltin ikunu jistgħu jagħmluha ta' assessuri tal-bini f'Malta u f'Għawdex? Meta sar il-kors relattiv? Kemm applikaw nies? Kemm temmew b'suċċess il-kors imsemmi? Meta hu mistenni li jerġa' jkun hemm kors ieħor u xi kwalifiki jrid ikollu min japplika għal dan il-kors?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li l-ewwel avviż għall-applikazzjonijiet għall-kors tal-assessuri dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija nħareġ fuq il-website tal-Ministeru fit-23 ta’ April 2009 filwaqt li fil-gazzetti sar fit-30 ta’April. Sa llum applikaw b’kollox 115-il persuna għal dan il-kors. S’issa tlestew żewġ korsijiet fejn attendew 28-il parteċipant u sar l-eżami ta’ dawk li ħadu sehem fl-ewwel kors. Ir-riżultat joħroġ dalwaqt. Matul Ġunju u Lulju ser isiru ħames korsijiet oħra fejn hu mistenni li ser jattendu 70 parteċipant ieħor. Wara s-sajf ser jerġa’ jiftaħ il-kors biex jinqdew dawk kollha li applikaw u li għadhom ser japplikaw. Il-kwalifiki li jrid ikollu minn japplika huma skond kif jidher fl-avviż legali 261 ta’ 2008.
Leg 11 PQ #8669 Sitting 119 2009-06-01 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — laqgħaq mal-MEUSAC

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm kunsilli lokali li talbu li jkollhom laqgħat mal-MEUSAC dwar inizjattivi f'kollaborazzjoni biex isibu fondi partikulari mill-Unjoni Ewropea? Liema kienu dawn il-kunsilli lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Kien hemm 46 Kunsill li talbu laqgħa mal-MEUSAC dwar inizjattivi biex jiksbu fondi mill-Unjoni Ewropea. Dawn kienu: 1. San Pawl il-Baħar 13. Iklin 25. Għarb 37. Floriana 2. Isla 14. Balzan 26. Qala 38. Fontana 3. Kirkop 15. Marsa 27. Rabat (Għawdex) 39. Kerċem 4. Mqabba 16. San Ġwann 28. Għajnsielem 40. Sannat 5. Marsaskala 17. Sliema 29. Xewkija 41. Żurrieq 6. Swieqi 18. Tarxien 30. Munxar 42. Għaxaq 7. Pembroke 19. Santa Venera 31. San Lawrenz 43. Żebbuġ 8. San Ġiljan 20. Qormi 32. Dingli 44. Għargħur 9. Msida 21. Santa Luċija 33. Ta’ Xbiex 45. Gudja 10. Mosta 22. Marsaxlokk 34. Gżira 46. Xagħra 11. Birgu 23. Għasri 35. Birżebbuġa 12. Rabat 24. Żebbuġ (Għawdex) 36. Nadur Bejn Diċembru 2008 u Mejju 2009 saru laqgħat ma’ kull wieħed minn dawn il-Kunsilli.

Ċirkewwa — Triq li tagħti għall-Marfa - xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni dwar meta hu mistenni li jinbeda x-xogħol fuq it-Triq li mill-Marfa twassal saċ-Ċirkewwa? Billi fil-passat kien hemm xi differenzi bejn l-Awtorità dwar it-Trasport u bejn l Awtorità Marittima ta' Malta dwar taħt min kienet taqa' ċerta reponsabilità, jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni dwar jekk issa li dawn iż-żewġ awtoritajiet qegħdin mill-ġdid fl-istess ministeru, dawn id-diffikultajiet għadhomx hemm?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li bħalissa l-Awtorita’ Dwar it-Trasport u l-Awtorita’ Marittima ta’ Malta qed jikkooperaw bejniethom u jippjanaw il-proġetti ta’ Triq il-Marfa u t-Terminal taċ-Ċirkewwa rispettivament , għalhekk minix f'pożizzjoni ngħid meta hu mistenni li jinbeda x-xogħol.

San Pawl il-Baħar, Buġibba, Qawra — xogħlijiet fuq toroq

Question

Jista' l-Ministru jassigura li n-numru ta' toroq fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar, Buġibba u l-Qawra li għadhom qatt ma saru, fil-fatt jinksew bit-tarmac, wara li jsiru s-servizzi neċessarji għaliex minbarra għar-residenti, dawn it-toroq qed ikunu ta' dannu kbir għall-industrija tat-turiżmu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #8803 Sitting 119 2009-06-01 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Qrati — Seduti quddiem esperti - Xhieda

Question

Billi minn żmien għal żmien ikun hemm proċeduri fil-qrati, fejn meta jinżammu seduti quddiem xi espert, suppost li tinġabar ix-xhieda kollha f'seduta waħda, iżda mbgħad l-avukati (ħafna drabi l-avukati ta' dawk li jkollhom tort) jibqgħu ikaxkru kultant is-snin biex tinġabar ix-xhieda, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'passi jittieħdu biex dawn il-każi ma jirrepetux ruħhom? Min hu responsabbli biex jara li dawn il-każi ma jiġrux?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Il-mod ta' kif jitmexxew il-kawżi quddiem il-Qorti huwa prerogattiva assoluta tal-Qorti li quddiemha tkun qegħda tinstema' l-kawża. L-Eżekuttiv ma għandu ebda poter jew prerogattiva li jindaħal fil-mod ta' kif jiġu amministrati l-kawżi. Madankollu l-Qorti tista' fl-aħħar tal-kawża, meta tkun qegħda tikkunsidra l-ispejjeż involuti fil-proċeduri u min għandu jħallashom, timmulta ulterjorment lil dik il-parti li tkun tawwlet il-proċedura għalxejn. Il-Qorti tista' wkoll tirreferi lill-avukat tal-parti li tkun tawwlet, lill-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja sabiex jiġi nvestigat.

Awtorità Marittima ta' Malta — liċenzja tas-sewqan tad-dgħajjes

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm każi ta' persuni li tteħditilhom il-liċenzja għas-sewqan tad-dgħajjes, wara deċiżjonijiet tal-qrati u li fil-fatt reġgħu applikaw u ngħataw liċenzja għal dan it-tip ta' sewqan mill-Awtorità Marittima ta' Malta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ liċenzji għas-sewqan ta’ dgħajjes li ġew maħruġa wara li għaddiet s-sospensjoni mogħtija mill-qrati huwa ta’ 100.