Tista' l-Ministru tagħti t-tagħrif dwar jekk fis-sena skolastika li jmiss hux ser ikun hemm xi korsijiet ġodda, fl-Università ta' Malta? Jekk iva, f'liema fakultajiet u liema ser ikunu l-korsijiet ġodda li ser jiġu offruti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Korsijiet ġodda li ġew approvati sa issa mis-Senat tal-Universita’ ta’ Malta qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Fil-laqgħa tal-istess Senat li se tinżamm fit-18 ta’ Ġunju 2009 se jiġu approvati korsijiet ġodda oħra.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex Triq Porzjunkula, l-Qawra, San Pawl il-Baħar tiġi asfaltata mingħajr iktar dewmien?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li t-toroq residenzjali li se jsiru din is-sena qegħdin fuq il-lista li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-kumplament tat-toroq mill-lista oriġinali jsiru aktar tard.
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' studenti, nisa u rġiel separatament, li qed isegwu korsijiet ta' għalliema fl-Università ta' Malta għal kull sena tal-kors? Tista' tgħid jekk dawn l-istudenti humiex biżżejjed biex ilaħħqu mal-ħteġijiet tas-sistema edukattiva matul iż-żmien li ġej?
Response (CRISTINA, DOLORES)
In-numru ta’ studenti għalliema fil-Fakulta’ tal-Edukazzjoni huwa hekk:
Kors
Sena
Nisa’
Rġiel
Total
Bachelor of Education (Honours)
1
146
36
182
2
114
30
144
3
83
14
97
4
110
34
144
Total fil-Kors
453
114
567
Postgraduate Certificate in Education
1
106
38
144
Total fil-Kors
106
38
144
Total fil-Fakulta’
559
152
711
In-numru ta’ vakanzi li mistennijja jinħolqu minħabba irtirar bl-eta’ (61 sena) minn għalliema huwa hekk:
Sena Skolastika li tibda Settembru
Vakanzi
2009
83
2010
112
2011
97
2012
89
2013
82
2014
78
Barra minn dawn il-vakanzi jista’ jkun hemm vakanzi oħrajn minħabba maternita’, promozzjonijiet, opportunitajiet ta’ xoghol fl-istituzzjonijiet ta’ EU, riżenji u ċirkustanzi oħra simili li diffiċċli tikkwantifika.
Skont l-istatistika li għandna n-numru ta’ studenti li qegħdin jigradwaw mill-Universita’ huma biżżejjed biex nindirizzaw il-bżonnijiet ta’ l-iskejjel tagħna kważi fl-oqsma kollha.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fejn hemm pelican lights li huma diġa' approvati, u li ilhom approvati għal ċertu żmien, li iżda baqgħu qatt ma twaħħlu? Fejn jinsabu dawn id-dwal approvati u mhux imwaħħla? Meta hu mistenni li fil-fatt jitwaħħlu f'posthom u jinxtegħlu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni ta' kemm kien in-numru ta' banek tal-lottu li kien hawn f'Malta u f'Għawdex rispettivament qabel saret il-privatizzazzjoni tal-lottu?
Kemm hu llum in-numru ta' outlets li minnhom jistgħu jinbiegħu l-biljetti tal-lottu?
Jista' l-Ministru jindika jekk hemmx ħsieb li jkun hemm żieda f'dawn l-outlets, matul iż-żmien li ġej?
Jista' l-Ministru jindika jekk hemmx xi policy partikolari li tikkontrolla l-logħob tal-lottu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi sa qabel Frar, 2004 meta l-lottu ġie privatizzat, in-numru ta’ banek tal-lottu f’Malta u Għawdex kien ta’ 184. Sal-lum in-numru ta’ banek tal-lottu f’Malta u Għawdex sar 216. Huwa fil-kompitu tal-operatur tal-lotterija nazzjonali li preżentament hu l-Maltco biex jiddeċiedi jekk għandux iżid in-numru tal-outlets fil-futur. Madankollu hemm limitazzjoni li ma jkunx hemm anqas minn 150 banka tal-lottu iżda mhux aktar minn 250. L-Att dwar il-Lotteriji u Logħob ieħor jagħti priorita’ ewlenija lejn is-sigurta tal-ġukatur. Għaldaqstant il-ġukatur jinżamm fil-liberta tiegħu fuq l-ammont li jilgħab sakemm il-logħba hi provduta b’mod ġust u skont il-liġi.
Billi fi Triq il-Girna, Bidnija, saru xi xogħlijiet fit-triq minn korporazzjoni tal-Gvern, liema korporazzjoni baqgħet qatt ma sewwiet l-istess triq, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex din it-triq tissewwa kif suppost?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li t-triq li qed jirreferi għaliha l-Onor Interpellant qatt ma kellha wiċċ bl-asfalt u għalhekk meta l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għamlet xi xogħoljiet ta’ trinka din għalqitha bil-konkos. Min-naħa l-oħra kwalunkwe xogħol ta’ manutenzjoni f’din it-triq jaqa’ taħt ir-responsabbilta tal-Kunsill Lokali u għalhekk l-Onor Interpellant huwa mitlub jirreferi it-talba tiegħu lill-Ministru konċernat.
San Pawl il-Baħar — Triq Għar Berbaħ - xogħol fuq it-triq
Question
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex fi Triq Għar Berbaħ, San Pawl il-Baħar isir xogħol meħtieġa biex ikun hemm sistema tad-drenaġġ, sistema tal-ilma adegwata u wara jsir ix-xogħol meħtieġ fuq il-wiċċ tat-triq?
Response (GATT, AUSTIN)
Rigward l-ewwel parti tal-mistoqsija, ninsab infurmat li ma' jistax isir xogħol fuq is-sistemi tal-ilma u tad-drenaġġ għax parti mit-triq għadha ma' ġietx miftuħa mis-sidien.
Ninsab infurmat ukoll li t-triq imsemmija hija nkluża fil-programm ta' bini ta' toroq residenzjali li jridu jsiru. Il-lista ta' toroq li ser isiru fl-2009 qed jiġu ppublikati fit-tabella li qed impoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Billi fl-inħawi tal-iskola tal-Wardija hu meħtieġ li jsir culvert biex ma jibqax joqgħod ilma tax-xita fil-post, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex dan il-culvert isir kemm jista' jkun malajr?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li x-xogħol imsemmi mill-Onorevoli Nterpellant ġie inkluż fil-program ta' xogħlijiet li ħejjiet l-Awtorita' u bħalissa qed jiġu finaliżżati l-istimi għal dan ix-xogħol.
Jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni dwar kemm kien in-numru ta' karozzi li daħlu f'pajjiżna minn mindu nbidlet il-policy dwar il-ħlas tal-liċenzji u tar-registration fee?
Minn liema pajjiżi ġew f'Malta, kemm kienu ġodda u kemm kienu second hand?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Awtorita’ dwar it-Trasport ma jkolliex informazzjoni dwar kemm vetturi ddahhlu f’pajjizna iżda biss ta’ kemm vetturi
jiġu rreġistrati.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'tip ta' servizzi jingħataw minn dawk li qabel kienu magħrufin bħala l-bereġ tad-distrett?
Kull meta jinfetħu dawn il-bereġ u min ikun hemm fihom? Hemm preżenza ta' tabib f'dawn il-bereġ? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk hemmx il-ħsieb li dawn il-bereġ jingħalqu?
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' proġetti marbuta ma' xi zuntier ta' knisja li bħalissa qed jitwettqu mill-Gvern?
Fejn jinsabu dawn il-proġetti u meta hu mistenni li jinbdew proġetti oħra wara dawn li qed isiru bħalissa?
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' persuni li kellhom inqas minn 45 sena meta kienu boarded out?
Kemm kien hemm persuni ta' din l-età li ġew boarded out kull sena mill-2005 sal-lum?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li n-numru ta' persuni li kellhom inqas minn 45 sena u ġew boarded out u ingħataw il-pensjoni tal-Invalidita' fis-snin imsemmija hu hekk :-
2005 - 98
2006 - 46
2007 - 44
2008 - 56
2009 - 9(sal-5 ta' Ġunju).
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' single mothers li qed jirċievu ċ-childrens' allowance? Kemm minn dawn l-ommijiet għandhom tifel/tifla waħda, tnejn, tlieta, erbgħa u iktar minn erbgħa rispettivament?
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm sajjieda li talbu għal xi forma ta' għajnuna mingħand il-Gvern minn meta Malta daħlet fl-Unjoni Ewropea?
Kemm minn dawn it-talbiet fil-fatt intlaqgħu?
Jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni dwar kemm kien kull sena l-ammont ta' rebħ mil-lottu jew minn logħob ieħor, kull sena mill-2005 sal-lum li fil-fatt baqa' ma ġiex claimed minn dawk li jkunu rebħu dawn il-flus?
Jista' jagħti indikazzjoni dwar kif jintużaw dawn il-fondi mhux meħuda?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ammont ta’ premjijiet fi flus li ma ġewx miġbura mill-lottu jew logħob ieħor mill-2005 kienu dawn li ġejjin: 2005 - €978,508.01; 2006 - €643,346,45; 2007 - €707,094,25; 2008 - €991,812.22. Dawn l-ammonti ġew akkreditati fil-Fond ta’ riserva għall-Premjijiet mhux mitluba u sussegwement fil-Fond tal-Kawżi Ġusti. Għal dawk li huma figuri ta’ l-2009 nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel referenza għat-tweġiba parlamentari numru 8489.
Burmarrad saż-Żebbiegħ — linking function - irranġar
Question
Billi t-triq li twassal minn Burmarrad saż-Żebbiegħ għandha funzjoni importanti bħala linking function u billi f'din it-triq hemm madwar żewġ kilomentri tul li mhumiex tajbin għal użu mill-vetturi, minħabba l-istat tat-triq, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex din it-triq tingħata wiċċ bit-tarmac?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien sal-lum in-numru ta' palm li ġie reġistrat mad-dipartiment konċernat? X'tipi ta' palm ġie reġistrat u f'liema lokalitjiet? Saru xi spezzjonijiet partikolari biex jiġi verifikat li s-siġar reġistrati fil-fatt jinsabu f'kondizzjoni tajba?
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' sajjieda, full time u part time reġistrati f'Malta u f'Għawdex? F'liema lokalitajiet huma reġistrati dawn l-istess sajjieda, maqsuma f'full timers u part timers rispettivament?
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kienet il-qatla tal-majjal matul l-ewwel ħames xhur ta' din is-sena? Kif jitqabbel l-ammont tal-qatla ta' din is-sena mal-qatla tal-2008 u l-2007?