Legislature:
Category:
Reset
Active:

St. Francis Foundation for Animals — eżenzjoni mill-ħlas tar-registration fee

Question

Billi fil-media kien hemm rapporti li St.Francis Foundation for Animals (SFFA) ma kenitx ser tibqa' taħdem fil-qasam tal-annimali billi l-gvern ma tax eżenzjoni mill-ħlas tar-registration fee għal żewġ vetturi li skond huma jintużaw għall-ġarr tal-annimali, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhi l-policy f'każ ta' talbiet bħal dawn, għall-eżenzjoni mit-taxxa?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — Triq San Ġorġ - xogħlijiet meħtieġa

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma twettaq xogħol li kien u għadu meħtieġ li jsir fl-ewwel parti ta' Triq San Ġorġ u cioè bejn Triq il-Parroċċa u Triq San Pawl, u dan biex l-inkonvenjenti kbar lir-residenti u lil dawk li jgħaddu minn din it-triq, fil-fatt jispiċċaw?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #9547 Sitting 131 2009-06-22 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Qrati ta' Malta — termini taż-żmien għal inkjesti

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hux possibbli li l-inkjesti li jsiru fil-Qrati tagħna jkollhom termini ta' żmien li fih trid tinstema' l-investigazzjoni u dan biex ma jkunx hemm dewmien esaġerat biex tali inkjesti jitlestew?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-Liġijiet ta' Malta diga' jeżisitu termini dwar meta tinfetaħ inkjesta, Kap. 9 fil-Kodiċi Kriminali, Artiklu 550A.

San Pawl il-Baħar — Skola Primarja - tfal

Question

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' tfal li attendew l-iskola primarja ta' San Pawl il-Baħar matul is-sena skolastika li waslet biex tispiċċa? Kif inbidel dan in-numru matul ix-xhur (kull xahar minn Ottubru 2008 sa April 2009)? Kemm kien in-numru differenti ta' nazzjonalitajiet li kien hemm f'din l-iskola, fil-bidu tas-sena u fl-aħħar tas-sena rispettivament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

In-numru ta’ tfal li attendew l-iskola primarja minn Kinder sa Year 6 ta’ San Pawl il-Baħar, matul is-sena skolastika li waslet biex tispiċċa, huwa hekk: Xahar Popolazzjoni Ottubru 775 Novembru 776 Diċembru 777 Jannar 757 Frar 785 Marzu 783 April 781 Din is-sena n-numru ta’ nazzjonalitajiet differenti li kien hemm fil-bidu tas-sena skolastika kien ta’ 21 u preżentament in-numru huwa ta’ 19.
Leg 11 PQ #9549 Sitting 131 2009-06-22 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Imġarr, Mellieħa, San Pawl il-Baħar u Naxxar — każi ta' serq

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm mis-serqiet rappurtati fl-Imġarr, Mellieħa, San Pawl il-Baħar u Naxxar, fil-fatt kienu solvuti, għas-snin 2007 u 2008? Kemm minn dawn is-serqiet rappurtati saru minn postijiet kummerċjali, kemm minn residenzi ta' Maltin u kemm minn residenzi ta' barranin, jew ta' villeġġatura?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #9428 Sitting 129 2009-06-16 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Open plots

Question

Jista' l-Prim Ministru jieħu l-inizjattiva b'mod immedjat biex l-open plots li ġew identifikati mill-kunsilli lokali f'Malta u f'Għawdex, jingħalqu immedjatament minn ħaddiema tal-Gvern, u dan possibilment qabel ma s-sajf jidħol aktar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Learning Support Assistants fi skejjel tal-knisja u privati

Question

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru totali ta' Learning Support Assistants li bħalissa huma impjegati mal-iskejjel tal-Knisja jew dawk privati maqsumin skola, skola? X'tip ta' korsijiet speċjalizzati għandhom bżonn dawk li jagħmluha ta' Learning Support Assistants?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Improtazzjoni ta' karozzi

Question

B'referenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 8783, jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba għal dawk li huma vetturi li ġew reġistrati mal-Awtorità dwar it-Trasport kull xahar minn Ottubru 2008 sa Mejju 2009?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Liċenzja tas-sewqan ta' l-opri tal-baħar

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kienu l-persuni li ġabu l-liċenzja tas-sewqan ta' l-opri tal-baħar, matul l-2008 u sa April 2009? Kemm hemm persuni li ilhom jistennew li jkollhom il-liċenzja mogħtija lilhom mill-Awtorità Marittima ta' Malta? Kemm hemm persuni li għandhom applikazzjoni pendenti biex ikollhom l-liċenzja mogħtija lilhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li matul is-sena 2008, inħarġu 720 liċenzja għas-sewqan ta’ opri tal-baħar, filwaqt li bejn Jannar u April 2009 it-total kien ta’ 88. Bħalissa hemm 14-il applikazzjoni pendenti għal din il-liċenzja.

trade marks u patents

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' trade marks u patents li ġew reġistrati mad-diviżjoni konċernata kull xahar minn April 2008 sa April 2009? Kemm minn dawn saru minn Maltin, minn ċittadini li ġejjin mill-Unjoni Ewropea jew minn pajjiżi oħra?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.

Late payment fee

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta bdiet tiġi użata s-sistema ta' €2 kuljum late payment fee u €30 administration fee mill-Awtorità dwar it-Trasport? Kemm inġabru flus b'dan il-ħlasijiet ta' late payment fee, u qabel ma għadda mill-Parlament l-Att Nru VI ta' l-2009, a bażi ta' liema liġi kienu qed jiġu mposti dawn il-multi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Bidnija — Triq Ġirna - Xogħlijiet

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 7868, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex it-triq titnaddaf minn dak li tħalla fiha wara li sar ix-xogħol mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u jittieħdu l-passi neċessarji biex din it-triq tiġi asfaltata?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Studenti — studju fil-livell ta' masters jew PhD - scholarships

Question

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm ingħataw, sal-lum, scholarships jew għajnuniet oħra, lill-istudenti li kienu jew qegħdin jagħmlu studji fil-livell ta' masters jew PhD? Kemm minn dawk li ngħataw l-ischolarship barra minn Malta fil-fatt ġew lura biex jaħdmu hawn?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Mit-twaqqif tal-iskema Malta Government Scholarship Scheme – Postgraduate fi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport, l-ischolarships li ngħataw huma hekk: Fis-sena 2006: · F’ livell Masters – 20 · F’ livell Dottorat – 13 Fis-sena 2007: · F’ livell Masters – 33 · F’ livell Dottorat – 13 Fis-sena 2008: · F’ livell Masters – 25 · F’ livell Dottorat – 13 It-tagħrif dwar kemm minn dawk li ngħataw l- ischolarships barra minn Malta ġew lura biex jaħdmu f’pajjiżna għadu ma nġabarx.

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — Specifications fuq reinstatement

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema specifications jintużaw mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma meta dawn jiġu biex jagħmlu reinstatement tal-postijiet f'toroq maqlugħa mill-ħaddiema tal-Korporazzjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-ħaddiema tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma jsegwu l-i specifications stabbiliti bl-Avviż Legali 364 ta’ l-2003 – Road Works (Design and Construction Standards) Regulations 2003 .

Scholarships għal studju fil-livell ta' Masters jew PhD

Question

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar jekk hemmx il-ħsieb li jkun hemm scholarships ġodda li jingħataw għal studji fil-livell ta' Masters jew PhD f'Malta jew barra minn Malta, minn Ottubru li ġej? Jekk fl-affermattiv, f'liema korsijiet u meta ser joħorġu s-sejħiet għal dawn l-ischolarships?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-iskema fi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni, Kultura Żgħażagħ u Sport imsejħa il-Malta Government Scholarship Scheme – Postgraduate se tiftaħ l-applikazzjonijiet tagħha f’data li titħabbar aktar il-quddiem. Fir-rigward ta’ STEPS ( Strategic Educational Pathways Scholarships Scheme ), s’issa ħarġu żewġ sejħiet din is-sena. Ser ikun hemm sejħa għal Scholarships oħra għal studji fil-livell ta’ Masters jew PhD f’Malta jew barra minn Malta aktar tard din is-sena. It-tielet sejħa sejra toħroġ fl-1 ta’ Novembru, 2009 u tagħlaq fil-15 ta’ Jannar, 2010. Fl-iskema ta’ STEPS, scholarships jingħataw f’erba’ oqsma ta’ priorita’ għall-ekonomija tal-pajjiż. Dawn huma: 1. Tisħiħ fil-ħiliet ta’ min jaħdem fis-sistema edukattiva; 2. Skill mismatches ; 3. Riċerka ta’ innovazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija 4. ICT. L-Universita’ ta’ Malta ħarġet 26 scholarship ġdid f’livell ta’ PhD għall-membri tal-istaff tagħha biex jistudjaw barra minn Malta minn Ottubru li ġej. Il-korsijiet huma: 5 – Education 1 – Laws 3 – Banking & Finance 1 – Marketing 1 – Public Policy 1 – Tourism 2 – Science 1 – Architecture 1 – Engineering 1 – Maltese 1 – Labour Studies 3 – Computing & IT 1 – Environment 3 – Health Care 1 – Energy Technology

spezzjoni fuq it-tappieri u spralli

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex issir spezzjoni fuq it-tappieri u spralli oħra li għandna mifruxa fit-toroq Maltin, u dan biex jiġi identifikat fejn hemm bżonn li jiġu rranġati? B'mod partikolari jista' jieħu l-passi neċessarji biex it-tappiera li hemm fit-tarf tal-bypass San Pawl il-Baħar hekk kif taqbad it-triq ta' Għajn Tuffieħa tiġi rranġata?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Libreriji fl-iSkejjel Primarji

Question

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm mill-iskejjel primarji tal-Gvern fl-irħula tagħna, għandhom librerija? F'kemm u f'liema minn dawn l-iskejjel għandhom libreriji li fil-fatt minn barra lill-istudenti isellfu kotba lill-pubbliku in ġenerali?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-iSchools Library Service hu offrut ġo 51 minn 66 skola primarja tal-Gvern li għandhom librerija għall-użu tal-istudenti. L-ebda librerija li taqa’ taħt l-i Schools Library Service fi ħdan id-Dipartiment Servizzi għall-Istudent ma ssellef kotba lill-pubbliku in ġenerali. Libreriji li jintużaw mill-pubbliku ma jaqgħux taħt ir-responsabbilta tal-i Schools Library Service .

Ħwienet liċenzjati — amusement machines

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' ħwienet liċenzjati biex ikollhom amusement machines, f'Malta u f'Ghawdex rispettivament? Jista' jagħti tagħrif dwar kemm huma l-postijiet liċenzjati biex ibiegħu l-logħob tal-lottu madwar Malta u Għawdex rispettivament? Kif inhuma maqsuma dawn il-postijiet, raħal raħal?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fl-aħħar xhur, il-Gvern flimkien ma’ l-Awtorita’ li tirregola l-logħob, kien għaddej bi proċess ta’ reviżjoni tal-liġijiet li għandhom x’jaqsmu mas-settur tal-logħob land-based. Din ir-reviżjoni, li waslet lejn l-aħħar tagħha, tinvolvi bidliet f’regolamenti u liġijiet eżistenti, kif ukoll introduzzjoni ta’ liġijiet u regolamenti ġodda. Il-proposti ser jagħmlu possibbli li dawk l-aspetti li ma kienu kontemplati taħt il-liġijiet preżenti, jkunu nklużi. Kif diġà ħabbarna, filwaqt li l-proposti ser jgħidu kif l-industrija għandha tiġi regolata, dawn ukoll ser jinvolvu ukoll kif il-ġugatur u l-operatur għandhom jaħdmu sabiex ikollna logħob ġust u trasparenti. L-età minima, post, riklamar, kif ukoll l-ammont ta’ magni ġewwa kull stabbiliment, huma ftit mill-aspetti li ser ikunu regolati. Il-protezzjoni tal-minuri u ġugaturi vulnerabbli huma ukoll priorita’ għall-Awtorita u għalhekk ser ikun hemm enfażi speċjali għal dak li għandu x’jaqsam ma’ l-obbligu tal-operatur li jara li persuni taħt l-eta minima ma jitħallewx jidħlu ġewwa l-istabbiliment, kif ukoll li l-obbligi lejn persuni li volontarjament ikunu jridu li ma jitħallewx jilgħabu, jiġu mħarsa. Il-Gvern huma kommess li ma jħalli lill-ħadd jopera b’mod illegali, anki jekk kien hemm min ħa vantaġġi minn ċerti aspetti legali li ma kinux ċari. Filwaqt li meta jidħlu fis-seħħ ir-regolamenti l-ġodda, kull liċenzja tkun suġġetta għal-skrutinju mill-Awtorita’, preżentament, il-Gvern ta’ struzzjonijiet lil diversi entitajiet sabiex minnufih jagħlqu dawk il-ħwienet li m’għandhomx permessi u għalhekk huma illegali. Rigward il-postijiet liċenzjati biex ibiegħu logħob, dawn jammontaw għal 216 madwar Malta u Għawdex. Dawn huma maqsuma kif jidhru fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #9405 Sitting 127 2009-06-15 Oral · Interim From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Xemxija — Żbir ta' siġar

Question

Jista' l-Prim Ministru jieħu l-passi neċessarji biex is-siġar li hemm matul it-triq prinċipali (fejn hemm is-siġar taż-żebbuġ) fil-bajja tax-Xemxija, jinżabru u l-art ta' taħthom titnaddaf u tinħarat qabel ma jkun hemm xi ħadd li jiddeċiedi li jagħti n-nar lil dawn is-siġar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Studenti li qed isegwu korsijiet ta' Masters u PhD

Question

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' studenti fil-preżent, kemm part-time kif ukoll full time, li qed isegwu korsijiet f'livell ta' Masters u PhD, maqsuma f'suġġetti differenti u maqsuma wkoll skond is-sess tagħhom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.