Legislature:
Category:
Reset
Active:

Bdil fir-rottot tal-karozzi tal-linja

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma mistennija li jkunu r-rottot mibdula tal-karozzi tal-linja, u xi frekwenza hu mistenni li jkun hemm fihom meta joħorġu t-tenders għal dan it-trasport?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-rottot il-ġodda u l-informazzjoni ndikattiva dwar frekwenzi ġew ippubblikati f’Dicembru li għadda mill-Ministeru. L-informazzjoni kollha dwar dan tinstab fuq il-website fuq https://mitc.gov.mt/newsitem.aspx?newsid=258&mode=doc
Leg 11 PQ #9780 Sitting 134 2009-06-30 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Divizzjoni tas-Saħħa — każi ta' mewt - kategoriji

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar taħt liema kategoriji ta' mard, jew kundizzjoni tas-saħħa huma meqjusa li jinqasmu fihom il-każi ta' mewt f'Malta, skond dawn il-kategoriji kif maqsuma fid-Diviżjoni tas-Saħħa? Kemm kienu l-imwiet f'kull waħda minn dawn il-kategoriji matul l-2008?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #9781 Sitting 134 2009-06-30 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Djar tal-Anzjani Privati — arranġamenti

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma d-djar tal-anzjani tal-privat jew amministrati mill-privat, li għandna f'pajjiżna? X'tip ta' arranġamenti saru biex dawk l-anzjani residenti fihom marru jivvutaw fl-aħħar elezzjoni għall-Parlament Ewropew, u fejn kien il-każ, fl-elezzjoni tal-kunsilli lokali?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Skola Sajf

Question

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm hemm skejjel li fihom qed tinżamm l-iskola sajf din is-sena? X'tip ta' tagħlim/logħob jingħata lil dawk li jattendu din l-iskola? Min ikun inkarigat jieħu ħsieb lit-tfal li jattendu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Numru ta’ Ċentri li fihom qegħda tiġi organizzata Skolasajf din is-Sena: § Malta – 46 § Għawdex – 10 § Skejjel Speċjali – 4 Malta u 1 Għawdex. Tagħlim u logħob li jingħata lil dawk li jattendu din l-iskola: § Programmi ta’ drama, mużika, żfin, arti u krafts. § Festivals ta’ logħob sportiv § Quiz Edukattiv § Programmi edukattivi ma’ diversi entitajiet fosthom Sedqa, Caritas, Nature Trust, Fondazzjoni Wirt Artna, Campus FM, Heritage Malta, Institute of Tourism Studies., Tourism Sustainable Development Unit u Malta Hotels & Restaurant Association. Taħt il-kappa ta’ Skolasajf hemm ukoll il-programm Klabbsajf li huwa programm għal dawk l-istudenti li matul is-sena skolastika kienu jirċievu edukazzjoni kumplimentarja. Dan il-programm huwa intiż għat-tfal tat-tieni u t-tielet sena tal-primarja. Minn dawn iċ-ċentri se jinfetħu 11 f’Malta u 3 f’Għawdex. Kull ċentru huwa mmexxi minn Koordinatur li jista’ jkun Kap ta’ skola, Assistent Kap ta’ skola jew għalliema. Jieħdu ħsieb lit-tfal studenti universitarji fejn l-ewwel preferenza tingħata lil dawk li jkunu ġejjin mill-fakultà tal-edukazzjoni u xi studenti oħrajn li jkunu ġejjin minn fakultajiet oħra.

Persuni nieqsa fuq żjarat

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jagħti tagħrif dwar jekk hemmx Maltin li huma rapportati nieqsa, wara li telqu minn Malta fuq żjarat li suppost li kienu qosra? Jekk hemm Maltin hekk rappurtati nieqsa, kemm hemm, u f'liema pajjiżi suppost li marru? Kemm ilhom nieqsa dawn il-persuni?

Response (BORG, TONIO)

Ġentilment nitlob l-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat, jiġifieri lill-Ministru ta' l-Intern.
Leg 11 PQ #9405 Sitting 133 2009-06-30 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Xemxija — Żbir ta' siġar

Question

Jista' l-Prim Ministru jieħu l-passi neċessarji biex is-siġar li hemm matul it-triq prinċipali (fejn hemm is-siġar taż-żebbuġ) fil-bajja tax-Xemxija, jinżabru u l-art ta' taħthom titnaddaf u tinħarat qabel ma jkun hemm xi ħadd li jiddeċiedi li jagħti n-nar lil dawn is-siġar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li jekk l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għas-siġar li hemm qabel tidħol fir-Reżerva Simar, skont informazzjoni miksuba mid-Dipartiment tal-Artijiet, il-Birdlife Malta għandhom titlu ta’ din l-art.
Leg 11 PQ #9746 Sitting 133 2009-06-30 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Child Care Centres — informazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' child care centres li għandna joperaw f'pajjiżna llum? Kemm minn dawn huma tal-gvern u kemm tal-privat? Fejn jinsabu dawn iċ-child care centres? Hemm xi applikazzjoni pendenti biex jinfetħu child care centres ġodda? Jekk iva,fejn?

Response (DALLI, JOHN)

Billi iċ-Child Care Centres ma jaqawx taħt id-dekasteru tal-Ministeru għall-Politika Soċjali, nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.
Leg 11 PQ #9773 Sitting 133 2009-06-30 Oral · Interim From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Gżejjer ta' San Pawl — bir bla protezzjoni

Question

Billi fuq il-Gżejjer ta' San Pawl hemm bir li minn fuqu tneħħa l-għatu, jista' l-Prim Ministru jieħu l-passi neċessarji biex dan l-għatu, jew xi forma oħra ta' protezzjoni fil-fatt titqiegħed fil-post biex jiġi evitat periklu żejjed u bla bżonn lil dawk li jmorru fuq il-post, b'mod partikulari issa li qed joqrob is-sajf?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #9774 Sitting 133 2009-06-30 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Selmun — Limiti tal-Mellieħa - Fortizza Campbell

Question

Billi l-Fortizza ta' Campbell, Selmun, limiti tal-Mellieħa, ilha issa diversi snin mitluqa, u minnha nsterqu ħafna affarijiet li kien hemm, jista' l-Prim Ministru jieħu l-passi neċessarji biex dan il-post ma jibqax abbandunat kif inhu llum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #9775 Sitting 133 2009-06-30 Oral · Interim From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għajn Tuffieħa — Ħal Ferħ

Question

Jista' l-Prim Ministru jieħu l-passi neċessarji biex dak li qabel kien magħruf bħala Ħal Ferħ f'Għajn Tuffieħa, fil-fatt ma jibqax abbandunat? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk hemmx xi ħsieb speċifiku dwar kif dan il-post jista' jerġa jibda jintuża?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #9776 Sitting 133 2009-06-30 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Selmun Palace Hotel — bejgħ ta' lukanda

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx xi pjan speċifiku dwar l-użu ta' Selmun Palace Hotel? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk hemmx il-ħsieb li din il-lukanda tinbiegħ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Small and Medium Enterprises — żoni industrijali

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk għadx hemm vot speċifiku taħt il-Ministeru responsabbli minnSmall and Medium Enterprises, li iżda jiġi amministrat mill-ministeru responsabbli mit-toroq, biex permezz tiegħu jsiru toroq fiż-żoni industrijali? Jekk iva, kemm hu? Fejn hu mistenni li jsir permezz ta' dan il-vot?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Ta' Qali — ċentru ġdid għat-trobbija ta' annimali

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jitlesta x-xogħol marbut mal-proġett li permezz tiegħu dawk li jrabbu l-annimali jkunu jistgħu jieħdu dawn l-annimali fiċ-ċentru li qed jinbena f'Ta'Qali? Jista' jgħid jekk dan iċ-ċentru hux ser jieħu post xi ċentri oħra mmexxija mill-privat li għandna f'pajjiżna?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Investiment fil-Pitkalija

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema investiment hu mistenni li jsir fil-pitkalija f'Ta Qali matul it-tnax-il xahar li ġejjin?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma l-Onor Membru li fit-12-il xahar li ġejjin ser jitkompla l-investiment biex l-operat tal-Pitkalija jkompli jitjieb. Bħalissa qed isiru xogħlijiet fuq il-platforms tal-pitkala u qed tinbena kamra għas-Security. Fix-xhur li ġejjin ser jitwettaq traffic management u ser issir applikazjoni mal-MEPA sabiex jinbena maħżen għall-Pitkali Crates Ltd u ieħor għal Gomriza. Mistenni jibda wkoll it-tibdil tas-soqfa tat-tined tal-pitkala u t-tnehdija ta’ sistema kkompjuterizzata biex tinġabar l-informazjoni meħtieġa mingħand il-pitkala.
Leg 11 PQ #9739 Sitting 132 2009-06-23 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bini ta' ħitan

Question

Jista' l-Prim Ministru jieħu l-passi neċessarji biex kemm jista' jkun malajr jinbnew il-ħitan li huma meħtieġa fl-open plots li fadal fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar u dan biex ma jibqax iċ-ċans li nies irresponsabbli jużaw dawn il-plots bħala skip?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Sistema ta' nofs ewro kuljum għat-turisti

Question

Billi hu maħsub li mis-sena dieħla tiddaħħal sistema ta' nofs ewro kuljum għat-turisti li joqgħdu f'akkomodazzjoni f'Malta u f'Għawdex, jista' l-Ministru jassigura li d-dħul minn dan il-ħlas jiġi nvestit fl-istess lokalitajiet fejn ikunu qed joqgħodu t-turisti li jkunu żaruna?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi kif spjegat fid-Diskors tal-Bagit għall-2009, id-dħul mill-kontribuzzjoni ta €0.50 għal kull lejl li persuna tqatta’ f’akkomodazzjoni kollettiva u privata mħallsa, se jintuża biex il-Gvern jibqa’ f’pozizzjoni li jsjostni is-settur tat-turizmu.

Faċilitajiet sportivi — Ħlas tal-kontijiet

Question

Jista' l-Ministru jara li tinstab soluzzjoni dwar il-ħlas tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma għal dawk li huma grounds tal-football jew faċilitajiet sportivi oħra u dan biex ma jibqgħux iħallsu l-kontijiet b'rata kummerċjali, iżda almenu b'rati residenzjali u dan peress li ħafna drabi dawn ikunu ċentri filantropiċi, iktar milli ħaġa oħra?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #9744 Sitting 132 2009-06-23 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Kampanja dwar id-Dipartiment ta' l-Emerġenza

Question

Wara l-kampanja li għamel il-Ministeru biex fil-fatt id-Dipartiment ta' l-Emerġenza jitnaqqsu n-numru ta' persuni li jmorru, jekk mhux veru bi bżonn, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'kien l-effett ta' din il-kampanja? Jista' jagħti tagħrif dwar kemm hu l-ħin average li bniedem idum jistenna qabel jinqeda fid-Dipartiment ta' l-Emerġenza?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

trade marks u patents

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' trade marks u patents li ġew reġistrati mad-diviżjoni konċernata kull xahar minn April 2008 sa April 2009? Kemm minn dawn saru minn Maltin, minn ċittadini li ġejjin mill-Unjoni Ewropea jew minn pajjiżi oħra?

Response (FENECH, TONIO)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Annex 1 u Annex 2 li huma listi ta’ trademarks u patents li ġew reġistrati mad-Diviżjoni. Minn meta Malta issieħbet mal-UE f'Mejju ta 2004, din saret ukoll tagħmel parti mill 'Office for Harmonisation in the Internal Market (OHIM)' li hija l-entita responsabli għar-reġistrazzjoni ta’ trademarks fl-UE. Għalhekk dan l-uffiċċju ra tnaqqis sostanżjali fl-ammont ta’ trademarks li kienu qed jiġu sottomessi hawn Malta, peress li permess ta’ applikazzjoni waħda mall- OHIM wieħed jista’ jikseb protezzjoni għat- trademark fis-27 stat membru tal-UE. Ta’ min isemmi ukoll li f'Marzu 2007 Malta issieħbet mal-European Patent Convention u b’hekk saret membru tal European Patent Office (EPO). Permess ta’ dan, persuna jew entrapriża li tixtieq protezzjoni tal-invenzjoni tagħha f''numru ta’ pajjiżi membri tal -EPO (li b’kollox dawn huma 38) jista’ jitfa applikazzjoni waħda u jekk din tiġi aċċettata mill-EPO, l-applikant jakwista protezzjoni f'dawk il pajjiżi fejn hu jkun jixtieq. B’hekk dan l-uffiċċju esperjenza tnaqqis fin-numru ta’ applikazzjonijiet għal patents li jiġu sottomessi dirett f'dan l-uffiċċju.

Studenti għalliema — kors fis-suġġetti tax-xjenza

Question

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' studenti għalliema li bħalissa qed isegwu kors ta' għalliema fis-suġġetti tax-xjenza? F'liema sena jinsabu dawn l-istudenti? F'liema suġġetti tax-xjenza fil-fatt qed jistudjaw dawn l-istudenti?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.