Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar xi żviluppi ġodda qed iseħħu dwar il-bejgħ tas-Selmun Palace Hotel? Jista' jikkonferma li ser jerġgħu joħorġu sejħiet ġodda biex din il-lukanda tinbiegħ, jew tingħata taħt xi forma ta' konċessjoni oħra?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsijiet Parlamentari numru 14271 u 14651.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar fiex waslet l-applikazzjoni għall-iżvilupp ta' ramla fl-inħawi ta' Fra Ben il-Qawra? Meta hu mistenni li din l-applikazzjoni tiġi deċiża?
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema xogħlijiet ta' restawr/embellishment qed isiru bħalissa mill-ħaddiema tal-Gvern? F'liema nħawi ta' Malta qed isiru dawn ix-xogħlijiet?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar jekk hemmx il-ħsieb li matul is-sena akkademika li jmiss, jibdew korsijiet ġodda fl-Università ta' Malta (korsijiet li qatt ma nżammu qabel? Jekk iva, liema huma mistennija li jkunu dawn il-korsijiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fi Frar 2010 ġew offruti dawn il-korsijiet ġodda:
Diploma in Gastronomy –
part-time
fil-għaxija
Postgraduate Certificate in Radiography (Breast Imaging) -
part-time
matul il-ġurnata
Master of Science fil-Fakultà tal-Ambjent Mibni (kors bir-riċerka biss)
Master of Science fil-Fakultà tal-Mediċina u l-Kirurġija (kors bir-riċerka biss)
Il-Programme Validation Committee, li hu sotto-kumitat tas-Senat, qed jikkunsidra numru sabiħ ta’ korsijiet ġodda fil-livelli ta’
diploma, bachelor
u
master
bil-ħsieb li jinfetħu f’Ottubru 2010 f’oqsma bħalma huma:
Architectural Science
Chinese Language and Culture
Computer Engineering
Conflict Resolution and Mediterranean Security
Conservation of Decorative Architectural Studies
Criminology and Criminal Justice Studies
Dance
Earth Systems
Educational Leadership
Intelligent Systems
Materials Engineering
Materials Engineering in the Construction Industry
Oriental Studies
Orthodontics
Project Management in Construction
Radiography - Therapy
Reproductive Health
Telecommunications
Web Science
Work and Human Resources
tfajliet u ġuvintur taħt is-sittax-il sena — sentenza ta' priġunerija
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' tfajliet u ġuvintur li għandhom anqas minn sittax-il sena u li bħalissa qed iservu xi sentenza ta' priġunerija f'xi istitutuzzjoni f'Malta u Għawdex?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi fil-preżent in-numru ta' żgħażagħ taħt is-sittax-il sena li qegħdin fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin huwa ta' tlieta, ġuvni li qed jiskonta sentenza ta' ħabs u ġuvni u tfajla li qegħdin jistennew sabiex il-każ tagħhom jiġi terminat..
Persuni taħt is-sittax-il sena — każijiet ta' proċeduri kriminali
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' persuni li għandhom inqas minn sittax-il sena u li għandhom każijiet ta' proċeduri kriminali għaddejin kontrihom fil-Qrati Maltin?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għall-mistoqsija parlamentari numru 14580.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jkun jista' jinbeda x-xogħol ta' titjieb fuq il-front ta' San Pawl il-Baħar bejn il-Menqa u l-iskola primarja ta' San Pawl il-Baħar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 13940.
Jista' l- Prim Ministru jagħti tagħrif dwar fiex wasal l-proċess ta' aġġudikazzzjoni dwar ix-xogħol li għandu jsir fl-inħawi tal-iskola sal-Menqa f'San Pawl il-Baħar?
Meta hu mistenni li x-xogħol jinbeda fiżikament, biex ikun lest kemm jista' jkun malajr?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-proċess tal-aġġudikazzjoni tat-tender li jwassal għall-proġett imsemmi fil-mistoqsija tal-Onorevoli Interpellant tlesta sal-ftuħ tat-tieni envelope jiġifieri l-proposta teknika. Sfortunatament, il-proċess tal-ftuħ ta’ l-aħħar envelope – jiġifieri tal-proposta finanzjarja – kellu jiġi sospiż minħabba l-fatt li wieħed mill-bidders appella għar-rakkomandazzjonijiet tal-kumitat tal-evalwazzjoni. Il-proċess ikun jista’ jitkompla la darba jkun instema’ l-appell.
Jista' l-Prim Ministru jara li matul is-sena li ġejja, permezz tal-kunsilli lokali, il-Gvern iwettaq numru ta' proġetti marbutin mar-restawr ta' monumenti li għandna mifruxa madwar Malta u Għawdex?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kif ġie mħabbar lill-Kunsilli Lokali kollha fil-31 ta’ Diċembru, permezz ta’ Memo 90/2009, din is-sena ser tiġi mnedija skema ta’ finanzjament lill-Kunsilli Lokali, għar-restawr ta’ postijiet storiċi żgħar.
Hemm il-ħsieb li aktar tard dan ix-xahar tiġi mħabbra din l-iskema sabiex il-Kunsilli Lokali kollha jkollhom żmien biżżejjed biex jippreparaw l-applikazzjoni tagħhom skont il-ħtiġijiet fil-lokalitajiet rispettivi.
MEPA — applikazzjonijiet pendenti - titjib ta' faċilitajiet
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14170, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif mitlub għal dawk li huma faċilitajiet sportivi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skont is-sistema ta' l-informatika tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, l-Awtorità għandha pendenti quddiemha sitta u ħamsin (56) applikazzjoni li tirrigwarda faċilitajiet sportivi (fis-sens wiesgħa tal-kelma). Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi fejn jinsabu l-faċilitajiet relattivi.
Din l-informazzjoni nġabret fuq applikazzjonijiet pendenti li għandhom fil-proposta xi waħda mill-kliem "
archery
", "
athletics
", "
basketball
", "boċċi", "
football
", "
golf
", "
gym
", "
hockey
", "
pitch
", "
polo
", "
racing
", "
range
", "
rugby
", "
scrambl
ing/ers
", "
shooting
", "
skateboard
", "
sport
", "
squash
", "
stadium
", "
surf
", "
tennis
", u "
volleyball
".
San Pawl il-Baħar, Mellieġa, Naxxar u Imġarr — korsijiet organizzati mill-ITS
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu preżentament in-numru ta' studenti mill-inħawi ta' San Pawl il-Baħar, Mellieħa, Naxxar u Imġarr li qed jattendu xi wieħed mill-korsijiet organizzati mill-Istitut tal-Istudji Turistiċi? Liema korsijiet qed jattendu dawn il-persuni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' postijiet kummerċjali li hemm reġistrati li għandhom arloġġ tad-dawl madwar Malta u Għawdex? Billi jidher li anke garages ta' karozza waħda li għandhom arloġġ separat minn dik tad-djar fejn jinsabu huma meqjusa bħala postijiet kummerċjali, u billi ħafna drabi dawn il-postijiet ikollhom xorti jekk jaħlu unit wieħed ta' elettriku fis-sena, jista' jara li dawn il-garages ma jibqgħux jiġu meqjusa bħala postijiet kummerċjali?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx xi limitazzjonijiet partikolari imposti dwar il-bejgħ ta' xorb alkoħoliku mill-isptarijiet u l-iskejjel kemm dawk governattivi kif ukoll dawk privati?
Billi issa għadda ħafna żmien minn mindu ġew approvati l-pelican lights f'Burmarrad u f'San Pawl il-Baħar u billi dawn għadhom ma twaħħlux, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li fil-fatt jiġu stallati dawn il-pelican lights approvati?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Raħħala tal-baqar/barrin — għajnuna mill-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' raħħala tal-baqar/barrin li ingħataw l-għajnuna mill-Unjoni Ewropea matul l-2009? Fejn huma armati l-farms ta' dawn ir-raħħala? Kemm kienet b'mod globali l-għajnuna li ngħatat?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat illi n-numru ta’ raħħala tal-baqar/barrin li ngħataw l-għajnuna għall-baqar/barrin mill-Unjoni Ewropeja matul l-2009 taħt il-Programm tal-Iżvilupp Rurali 2007/13 huwa ta’ 60 waqt li mill-għajnuna finanzjarja diretta taħt l-Iskema tal-Pagament Uniku għas-sena 2009 bbenefikaw 67 raħħal.
Ir-raħħala li bbenefikaw minn dawn l-għajnuniet għandhom l-irziezet tagħhom ġewwa Malta f’Ħal Għaxaq, Żejtun, Birżebbuġia, Rabat, Naxxar, Mellieħa, Swieqi, San Ġwann, Salina, Dingli, Magħtab, Marsascala, Luqa u Siggiewi u f’Għawdex ġewwa Kerċem, Sannat, Rabat, Munxar u Xewkija.
It-total ta’ għajnuna li ngħatat matul l-2009 hija ta’ €6,180,014.66.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' negozji li ma ħallsux il-liċenzji tagħhom matul l-2009 jew għax għalqu n-negozju jew għax kienu fil-proċess li jibdlu l-ġeneru tax-xogħol tagħhom?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' patents li ġew reġistrati f'Malta matul l-2009? Kemm hu fil-preżent in-numru ta' patents reġistrati f'Malta?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta' invenzjonijiet li għalihom ġiet maħruġa patent matul 2009 kien ta' 34.
In-numru ta' applikazzjonijiet li saru f'Malta s'issa huwa ta' 4280.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hux minnu dak li ġie rappurtat fil-gazzetti dwar il-prezz li ġie offrut għall-bejgħ tas-Selmun Palace Hotel? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk fil-fatt il-proċess tal-bejgħ hux ser jitkompla nkella hux ser jinbeda xi proċess ġdid?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 14271.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema propjetajiet tal-Gvern qed jintlaqgħu offerti għall-bejgh tagħhom preżentament? Fejn jinsabu dawn il-proprjetajiet, u meta hu mistenni li l-proċess tal-bejgħ tagħhom fil-fatt jintemm?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi bħalissa hemm tlettax –il offerta għal bejgħ ta’ proprjetà u huma mqassmin kif muri fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma bħalissa l-prorpjetajiet li qegħdin fil-proċess li jiġu esproprjati? Għal liema skop pubbliku qed jiġu esproprjati dawn il-proprjetajiet?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.