San Pawl il-Baħar — nies li jieħdu xi forma ta' għajnuna speċjali
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' persuni li jieħdu xi forma ta' għajnuna soċjali (tal-qgħad) u li bħalissa joqogħdu San Pawl il-Baħar (il-lokalità kollha)? Kemm hu n-numru ta' single mothers li joqgħodu f'dawn l-inħawi u li jirċevu children's allowance?
Jista ' l-Ministru jagħti tagħrif dwar f'liema areas ta' San Pawl il-Baħar kienu rappurtati s-serqiet li seħħew matul l-2007 u l-2008 u dan fis-sens ta' liema nħawi seħħew, Xemxija, Wardija, Burmarrad, Qawra Buġibba u San Pawl il-Baħar? Hemm ċans li l-Ministru jgħin fit-twaqqif ta' neighbour hood watches f'dawn l-inħawi?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Qed inqiegħed l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Membru fuq il-Mejda tal-Kamra. Għar-rigward in-Neighbourhood Watch ser jittieħdu l-passi neċessarji.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' Maltin li jinsabu f'ħabsijiet barra minn Malta? F'liema pajjiżi jinsabu dawn il-Maltin u x'kuntratt regolari jsir, jekk isir, bejn dawn li qegħdin il-ħabs u l-qraba tagħhom f'Malta bil-għajnuna tal-Ministeru?
Response (BORG, TONIO)
Hemm tnejn u għoxrin persuna ta' nazzjonalita' Maltija li jinsabu arrestati barra minn Malta li nafu bihom (persuni arrestati jistgħu jagħżlu li ma jinfurmawnix, u jistgħu ukoll jagħzlu li ma jitolbux l-assistenza tal-Gvern Malti).
Dawn jinstabu arrestati fil-pajjiżi li ġejjin:
Awstralja 8 *
Italja 2
Olanda 1
Spanja 2
Tajlandja 1
Renju Unit 6 **
Stati Uniti 2
* iktar informazzjoni għadha qed tinġabar mill-Konsolati
** 1 għandu ċittandinanza Ingliza u talab għaċ-ċittadinanza Maltija a bazi tat-twelid tiegħu f'Malta
Spanja - ma ntalbitx assistenza konsolari fl-ebda każ
Italja - f'każ wieħed ma ntalbitx assistenza konsolari; f'każ l-ieħor il-familjari u l-avukat kienu f'kuntatt
mal-Ambaxxata
Stati Uniti - intalbet u ingħatat assistenza konsolari f'każ wieħed
Olanda - kuntatt regolari jsir bejn il-persuna arrestat u l-familjari bil-għajnuna tal-Ambaxxata
Iżjed informazzjoni għadha qed tiġi miġbura mill-Ambaxxati u l-Konsli Onorarji ta' Malta.
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li titlesta minn kollox l-iskola ġdida li qed tinbena l-Mosta? Liema żgħażagħ huma mistennija li jattendu għat-tagħlim f'din l-iskola? Meta hu mistenni li tinfetaħ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-iskola l-ġdida fi ħdan il-Kulleġġ Maria Reġina ser tilqa’ s-subien ta’ eta’ sekondarja mis-sena skolastika 2010-2011.
Is-subien li ser jattendu din l-iskola huma mill-primarji tal-istess Kulleġġ Maria Reġina.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' liċenzji ta' postijiet kummerċjali li ħarġu mid-divizjoni tal-kummerċ matul l-2008? Kif inhuma maqsuma dawn il-liċenzji u f'liema lokalitajiet fil-fatt jinsabu dawn il-postijiet kummerċjali li ġew reġistrati?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Vot speċifiku għal-għaqdiet soċjali fil-Baġit nazzjonali
Question
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex fil-baġit nazzjonali jibda jkun hemm vot speċifiku, intenzjonat biex jgħin lill-bosta għaqdiet soċjali li għandna mifruxa madwar Malta u Għawdex biex dawn ikunu jistgħu jingħataw għajnuna biex iħallsu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma tagħhom? Jekk dan mhux possibli, jista' almenu jagħmel l-arranġamenti neċessarji biex il-kontijiet ta' dawn l-għaqdiet ma jibqgħux joħorġu b'rata kummerċjali?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi, taħt in-nefqa Rikurrenti tal-Gvern, jinsabu żewg items apposta, Numru 5463 Energy Support Measures u Numru 5070 Support to Voluntary Organisations, li taħthom jiġu ivvutati ammonti kull sena, li jintużaw, fost affarijiet oħra, bħala għajnuna lil diversi għaqdiet soċjali sabiex ikopru l-ispejjeż tagħhom, skond ir-rati applikabbli lilhom.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma t-toroq li sa issa telstew fl-inħawi ta' Santa Maria Estate, liema toroq kienu parti mill-ftehim bejn l-Awtorità dwar it-Trasport u l-CENMED għat-tiswija tat-toroq f'dawn l-inħawi? Liema toroq li kienu parti minn dak il-ftehim fil-fatt għadhom ma sarux, u meta hu mistenni li dawk it-toroq fil-fatt jitlestew? Kemm kienet s'issa l-ispiża fuq dawn it-toroq li fil-fatt saru u kemm hu stmat li għad fadal spejjeż biex dawn it-toroq jitlestew?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li sa llum tlestew ix-xogholijiet f’Toroq Palm, Nixxiegħa, Ħlewwa, Hena, Għaqda, Sliem, Alwetta, Gardell, Daħlet id-Dalji, Rundun, Sardinell, Bufula, Bilbla, Żebbuġ u xogħol ta’ servizzi fi Triq il-Qortin u Triq il-Pont.
Infurmat ukoll li t-toroq li kienu parti tal-ftehim u għadhom ma sarux huma Triq il-Pont, Triq il-Qortin, Triq il-Gojjin, Triq ta’ Fuq il-Widien u Triq ix-Xaghra ta’ Barra.Ix-xogħol li sar s’issa jammonta għal €1,305,896 u x-xogħol li għad fadal xi jsir huwa stmat li jiswa madwar €850,000.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-fażijiet li fadal isiru fil-masġar ta' ħdejn Kennedy Grove il-Qawra limiti ta' San Pawl il-Baħar? Meta hu mistenni li x-xogħol f'dan il-post fil-fatt jintemm u l-faċilità tkun tista' titqies bħala li hi lesta?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-parti l-kbira tat-Tielet u l-aħħar fażi fil-masġar ta’ ħdejn Kennedy Grove giet kompluta fid-29 ta’ Mejju 2009. It-taħwil tal-kumplament ta’ 400 siġra ser isir f’Ottubru ta’ din is-sena.
St. Francis Foundation for Animals — eżenzjoni mill-ħlas tar-registration fee
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9545 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u cioè: Billi fil-media kien hemm rapporti li St.Francis Foundation for Animals (SFFA) ma kenitx ser tibqa' taħdem fil-qasam tal-annimali billi l-gvern ma tax eżenzjoni mill-ħlas tar-registration fee għal żewġ vetturi li skond huma jintużaw għall-ġarr tal-annimali, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhi l-policy f'każ ta' talbiet bħal dawn, għall-eżenzjoni mit-taxxa?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, meta l-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment jevalwa talbiet għal eżenzjonijiet, dejjem jagħti ħafna konsiderazzjoni għal kull applikazzjoni li jirċievi.
Il-Ministeru għandu linji gwida li jimxi fuqhom biex ma jkunx hemm la preċedenti u lanqas preferenzi. Fl-istess ħin, jipprova jżomm balanċ biex jiġi salvagwardjat l-erarju tal-Gvern għax, kif japprezza l-Onor. Interpellant, żgur li dan l-element ma jistax jiġi traskurat jew imwarrab fil-ġemb.
Issa, f’dan ir-rigward, kieku l-Ministeru joħroġ mill-linji gwida li għandu (li jikkonċentraw fuq benefiċju għall-element uman u għadu ma ġiex mifrux fuq benefiċju għall-annimali), ikun qed jiftaħ parametri wisgħajn li ma jispicċċw qatt, s’intendi, a skapitu tal-fisku publiku. U, biex jagħmel tajjeb għat-telf, il-Gvern ikollu jaġġusta r-rati tat-taxxa applikabli fuq reġistrazzjoni tal-vetturi, biex l-ammont li llum qed jinġabar, jibqa’ jinġabar – ħaġa, li żgur ma hix rakkomandata.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'tip ta' kontrolli jsiru biex jiġi assigurat li fil-pitkalija ma jiddaħħlux frott u ħaxix ta' barra li mbagħad jinbiegħ bħala ta' Malta? Meta saru l-aħħar kontrolli u x'irriżulta minn dawn l-ispezzjonijiet? Kien hemm xi persuni li tressqu l-Qorti minħabba dan it-tip ta' abbuż?
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar jekk hemmx xi korsijiet ġodda f'kull livell li ser jiġu introdotti din is-sena fl-Università ta' Malta (naturalment jekk ikun hemm applikazzjonijiet biżejjed)? Jekk iva, liema ser ikunu dawn il-korsijiet li ser jiġu introdotti u f'liema fakultajiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Studenti li jaħdmu mal-Istitut għal Studji Turistiċi
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu preżentement in-numru ta' studenti li qed jattendu xi taħriġ fl-Istitut għal Studji Turistiċi? Minn liema lokalità huma dawn li qed jattendu dan it-taħriġ? Kemm minnhom fil-fatt diġà jaħdmu ma' xi waħda mill-lukandi li għandna f'Malta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Esperimenti fuq tkabbir ta' ħxejjex, frott u annimali
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-esperimenti li bħalissa qed isiru mill-ħaddiema tal-Gvern, f'dawk li huma tkabbir ta' ħxejjex u frott, kif ukoll f'dak li hu tkabbir tal-annimali?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onor Interpellant li din il-mistoqsija tirrikjedi aktar xogħol u għalhekk għandna bżonn aktar żmien sabiex inkunu nistgħu niġbru l-informazzjoni mitluba.
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm kien din is-sena n-numru ta' żgħażagħ li qagħdu għall-eżamijiet tas-Sec u tal-Matsec u li talbu li jkunu eżenti mill-ħlasijiet dovuti u dan minħabba l-qagħda finanzjarja tal-familji tagħhom? Tista' tagħti tagħrif dwar kif jitqabbel dan in-numru man-numru ta' studenti li talbu li jkunu eżenti minn dan il-ħlas fit-2008 u fl-2007?
Response (CRISTINA, DOLORES)
In-numru ta' żgħażagħ li qagħdu għall-eżamijiet tas-Sec u tal-Matsec u li talbu li jkunu eżenti mill-ħlasijiet dovuti huwa kif ġej:
SENA
2007: 417
2008: 443
2009: 494
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kif inbidel in-numru taż-żgħażagħ li qagħdu għall-eżamijiet tas-Sec u Matsec fl-2007 , 2008 u l-2009 fis-suġġetti tal-fiżika, kimika, bioloġija, matematika u l-IT f'kull suġġett, kull sena indikata? Kif jitqabbel dan in-numru ta' applikanti ma dak tal-lingwi? Hemm xi programm speċjali fl-edukazzjoni biex iħajjar aktar żgħażagħ jistudjaw is-suġġetti msemmija?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' persuni li għandhom aktar minn 45 sena u li qed jirreġistraw għax-xogħol? Kemm hemm minn dawn il-persuni li ilhom jirreġistraw:
a) inqas minn sitt xhur?
b) bejn sitt xhur u sena?
ċ) bejn sena u sentejn?
d) bejn sentejn u ħames snin?
e) iktar minn ħames snin?
Hemm xi programm partikulari għal dawn in-nies biex jirritornaw għax-xogħol kemm jista' jkun malajr?
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' ċentri li l-Aġenzija Sapport, u aġenziji oħra governattivi għandhom madwar Malta u Għawdex biex fil-fatt jagħtu s-sapport tagħhom lil dawk ir-residenti li għandhom ħtieġa ta' għajnuna partikolari? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk hemmx xi sistema partikolari biex permezz tagħha dawk li għandhom bżonn din l-għajnuna fil-fatt jersqu 'l quddiem u jitolbuha?
Billi jirriżulta li numru sew ta' pjanti u b'mod partikolari tjur u annimali li huma meqjusa bħala Maltin qed jonqsu drastikament, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex flimkien mal-Istitut tal-Agrikoltura fl-Università, fil-fatt jinbdew programmi li permezz tagħhom dak kollu li hu Malti jkun jista' jiġi salvat bla ma naslu fl-istat li wasalna fil-każ tal-gendus Malti, fejn dan prattikament kien spiċċa għal kollox?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat lid-Dipartiment ta’ l-Agrikoltura minn dejjem kien konxju tal-ispeċi ta’ annimali u pjanti endemiċi Maltin li jinsabu fi stat ta’ periklu ta’ estinzjoni. Fil-fatt, fil-qasam sperimentali ta’ l-Għammieri jinsabu speċi tal-gendus Malti, mogħoż Maltin, nagħaġ Maltin, tiġieġ suwed ta’ Malta, naħal Malti u siġar taż-żebbuġ u bajtar Malti. Dawn l-annimali u pjanti qed jiġu kkonservati permezz ta’ programm ta’ tnissil.
Sadanittant, kif kien intqal fir-risposti għall-mistoqsijiet nru 4956 u 8295 , l-Għammieri qed jiġi ristrutturat bl-iskop li dan jissaħħaħ u jkun jista’ joffri servizz ta’ kwalità għola anki fil-qasam tar-riċerka fuq konservazzjoni ta’ speċi differenti ta’ annimali u pjanti ndiġeni.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu mistenni li jkun l-investiment li ser tagħmel l-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta fil-lokalitajiet turistiċi, u ta' importanza turistika, matul din is-sena? Liema proġetti oħra huma ppjanati li jsiru, fejn ser isiru, u kemm hu mistenni li jqumu dawn il-proġetti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-MTA għandha programm ta’ investiment fil-prodott li jvarja minn immaniġġjar ta’ bajjiet sa proġetti ta’ tisbiħ (product upgrading). Fost il-proġetti li qed taħdem fuqhom l-MTA bħalissa hemm dawn li huma miġburin f’lista u qed inpoġġihom fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema toroq fil-kampanja, li għandhom linking function, fil-fatt huma mistennija li jingħataw wiċċ ġdid matul din is-sena? Hemm xi pjan speċifiku li permezz tiegħu jkunu jistgħu jingħataw toroq oħra simili, matul is-snin li ġejjin?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.