Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx xi ħsieb partikolari biex isiru xogħlijiet ġodda fil-baħar matul il-kosta Maltija? Liema huma l-proġetti li hu mistenni li jinbdew matul it-12-il xahar li ġejjin?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Silent hours
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm ilha li ddaħħlet il-prassi tas-silent hours fl-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Min hu intitolat għal dawn l-hekk imsejħa silent hours u f'liema jiem tiġi pprattikata?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-prassi tas-silent hours, jiġifieri li l-case officers ma jirrispondux it-telephone iżda jirċievu messaġġi bl-e-mail, kienet introdotta snin ilu biex tippermetti l-case officers jaħdmu mingħajr interruzzjoni kull nhar ta' Ġimgħa.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 9837, jista' l-Ministru jagħti t-tagħrif mitlub għal dak li jirrigwardja Triq il-Wileġ, San Pawl il-Baħar billi m'hemm l-ebda triq bl-isem Lilly kif miktub fid-domanda oriġinali?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Billi Triq San Ġorġ, Triq il-Ġilju, Triq il-Qalb ta' Ġesù, Triq is-Sajjied, Triq il-Ħalel u t-telgħa tal-Wardija, matul ix-xhur li għaddew batew il-konsegwenzi ta' ħsarat li saru fit-toroq, prinċipalment minn ħsarat fil-main tal-WSC, jista' l-Ministru jieħu l-passi biex dawn it-toroq jiġu asfaltati mill-ġdid u dan biex jiġu evitati ħsarat fil-vetturi li jgħaddu minnhom u wkoll jonqos it-tgergir tar-residenti f'dawn l-istess toroq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Triq Ġilju u Triq Ħalal ġew asfaltati ftit taż-żmien ilu filwaqt li Triq il-Wardija issewwiet wara li tlesta x-xogħol mill-WSC bħala parti mill-kundizzjonijiet li l-Awtorità għamlet biex inħareġ il-permess għal dan ix-xogħol.
Rigward it-toroq San Ġorġ, Qalb ta’ Ġesu’ u Sajjied ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali huwa responssabli għall-manutenzjoni tagħhom.
Jista' l-Ministru, permezz tal-Awtorità dwar it-Trasport, jieħu l-passi neċessarji biex it-triq li twassal mill-Imġarr sa Għajn Tuffieħa, u b'mod partikolari l-parti tat-triq li twassal minn ħdejn ir-Roman Baths sat-triq li tasal mix-Xemxija, tiġi rranġata qabel ma sseħħ xi traġedja li tħalli lil xi persuni mejtin?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li għaddejt l-osservazzjoni tiegħu lill-ADT biex dan ix-xogħol isir meta r-riżorsi jippermettu.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex fl-inħawi tal-appartamenti tal-gvern in-naħa ta' Triq Porzjunkola, il-Qawra, San Pawl il-baħar, jiġu stallati pelican lights minħabba l-fatt li hemm bosta familji (bosta minnhom bi tfal żgħar) li jkollhom bżonn jaqsmu min-naħa għal oħra tat-triq minħabba l-karozzi tal-linja jew trasport għall-iskejjel?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li għaddejt l-osservazzjoni tiegħu lill-ADT. Ninfurmah ukoll li l-prattika dwar l-istallazzjoni ta' pelican lights hi li dawn isiru fuq inizjattiva tal-Kunsilli Lokali.
San Pawl il-Baħar — Triq il-Port Ruman - xogħol fuq it-triq
Question
Billi Triq il-Port Ruman il-Qawra, San Pawl il-Baħar hi waħda mill-itwal toroq li hemm fl-inħawi li f'partijiet minnha għadha bla servizzi u bla wiċċ tat-tarmac, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex is-servizzi u x-xogħol nieqes li għad irid isir, fil-fatt isir kemm jista' jkun malajr?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li t-triq msemmija mill-Onor Interpellant hi nkluża fil-programm ta' bini ta' toroq residenzjali li ħejjiet l-Awtorità, liema programm hu kkundizzjonat mil-limiti ta' riżorsi u mill-prioritajiet relattivi.
B'referenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 5522, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'ser tkun il-funzjoni tar-Roads Network Limited? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk l-istaff li llum jaħdem ma' l-Awtorita' dwar it-Trasport fil-qasam tat-toroq, hux ser jiġu ngaġġati minn din il-kumpannija?
Response (GATT, AUSTIN)
In vista li issa saret Awtorità ġdida, din il-kumpanija mhix se tintuża.
Awtorità dwar it-Trasport ta' Malta — numru ta' kuntratturi
Question
Jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni dwar kemm hu n-numru ta' kuntratturi li jaħdmu xogħlijiet ta' toroq, kif jirriżultaw lill-Awtorità dwar it-Trasport ta' Malta?
Hemm xi klassifikazzjoni partikolari għar-rigward ta' dawn il-kuntratturi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li n-numru ta' kuntratturi reġistrati mal-ADT li jaħdmu xogħlijiet ta' toroq huma 76.
Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija r-risposta hija le.
Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — Triq San Ġorġ - xogħlijiet meħtieġa
Question
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma twettaq xogħol li kien u għadu meħtieġ li jsir fl-ewwel parti ta' Triq San Ġorġ u cioè bejn Triq il-Parroċċa u Triq San Pawl, u dan biex l-inkonvenjenti kbar lir-residenti u lil dawk li jgħaddu minn din it-triq, fil-fatt jispiċċaw?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-manutenzjoni tat-triq imsemmija taqa' taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill Lokali rispettiv.
Burmarrad u San Pawl il-Baħar — tqegħid ta' pelican lights
Question
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex fid-dawl (pelican lights) approvati f'Burmarrad u Lilly Road San Pawl il-Baħar, jiġu stallati kemm jista' jkun malajr u dan biex jiġu evitati inċidenti bla bżonn li jistgħu jinqalgħu? Kemm ilhom li ġew approvati dawn il-lights u x'wassal biex idumu daqshekk biex jiġu mqiegħda f'posthom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li x-xogħol fuq l-istallazzjoni ta' dawn il-pelican lights ser isiru aktar tard matul din is-sena.
Lilly Road, San Pawl il-Baħar ma teżistix.
Awtorità dwar it-Trasport — tibdil fid-direttorat tal-liċenzji - informazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta sar l-aħħar tibdil fid-direttorat tal-liċenzji fi ħdan l-Awtorità dwar it-Trasport? X'kien it-tibdil li sar f'dan id-direttorat u kemm kien hemm persuni li ġew affettwati b'riżultat ta' dan it-tibdil? Kemm u x'tip ta' promozzjonijiet seħħew b'riżultat ta' dan il-bdil?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jispjega aħjar x'ifisser bil-kelma "tibdil".
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar f'kemm-il lokalità f'Malta u Għawdex twaħħal decoration lighting matul il-kosta tal-baħar? Fejn kienu dawn il-lokalitajiet? Hemm possibilità li dan it-tip ta' dawl jitwaħħal matul il-kosta mix-Xemxija sas-Salina, jew almenu f'partijiet minn dawn l-inħawi?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li kien biss fl-Għadira li twaħħlu, b’mod temporanju għas-sajf, decoration lighting f’forma ta’ festun.
Mix-Xemxija sas-Salina ħemm ħafna fanali mwaħħlin fuq bollards tal-konkos, ħlief għall-parti bejn l-iskola primarja u t-Torri. Peress li jinħass li b’din is-sistema ta’ dwal hemm dawl biżżejjed, mhux maħsub li jitwaħħlu decoration lighting f’din iż-żona.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma dawk il-lokalitajiet li fihom jistgħu jiġu organizzati l-attivitajiet marbuta mal-programm 'Naturalment...Malti'?
F'liema lokalitajiet kienu organizzati s'issa dawn l-attivitajiet?
Fejn hu mistenni li jiġu organizzati iktar minn dawn l-attivitajiet li jagħtu exposure tajba lill-prodott Malti?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li kwalunkwe lokalità tista’ tkun tajba għall-programm “Naturalment Malti”, speċjalment jekk ikollha konnessjoni diretta mal-prodott. Raġunijiet oħra jistgħu jkunu li l-lokalità tkun f’żona turistika jew fejn il-konkorrenza tista’ tkun waħda tajba.
S’issa dawn l-attivitajiet kienu organizzati f’Ħaż-Żabbar, Ħad-Dingli, fl-Imġarr, f’Marsaxlokk, fil-Buskett, f’tas-Sliema u f’San Lawrenz, Għawdex.
Għalkemm jista’ jkun hemm tibdil, dawn l-attivitajiet huma ppjanati li jsiru wkoll, f’Ħaż-Żebbuġ, fiż-Żejtun, fil-Għargħur, f’Ħal-Lija, f’Ħal-Qormi u f’San Ġiljan.
Din hija l-ewwel sena tal-kalendarju Naturalment Malti u l-programm tal-2010 qed jitfassal bħalissa.
Minbarra l-attivitajiet ‘Naturalment Malti’, l-MRRA jagħti wkoll għajnuna lill-lokalitajiet li jorganizzaw attivitajiet fejn il-prodott Malti jingħata prominenza.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' bdiewa full time u part-time li hemm reġistrati mad-dipartiment?
Jista' jagħti dan it-tagħrif skond il-lokalitajiet li fihom joqogħdu dawn l-istess bdiewa?
Kif jitqabblu dawn in-numri mal-bdiewa reġistrati fl-istess lokalitajiet fl-2004 u fl-1999?
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' sajjieda full time u part-time li hemm reġistrati bħalissa mal-Ministeru? F'liema lokalità huma reġistrati? Kif jitqabblu dawn in-numri ma' dawk li kien hemm fl-2000 u fl-2005?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li ma jinżammux rekords storiċi fir-Reġistru tas-sajd u l-anqas ma wieħed jitkellem fuq sajjieda reġistrati iżda fuq bastimenti tas-Sajd reġistrati.
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — skeda
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-inħawi li bħalissa l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar qed tikkunsidra li tiskeda, madwar Malta u Ghawdex? F'liema stadju wasal il-proċess ta' l-iskedar ta' kull wieħed minn dawn is-siti?
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm stabbilimenti turistiċi li setgħu japplikaw għal xi waħda mill-iskemi ta' għajnuna li ħabbar il-Gvern dan l-aħħar u li fil-fatt applikaw għal dawn l-iskemi? Kemm minn dawn it-talbiet ġew approvati, u f'liema lokalitajiet jinsabu dawk li kellhom l-applikazzjoni milqugħa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Iskema għall-proġetti turistiċi minn entrapriżi, iffinanzjata mill-UE, ma tillimitax l-ammont ta’ entitajiet li setgħu japplikaw għall-fondi taġt din l-iskema maħsuba għall-ħolqien ta’ proġetti relatati mat-turiżmu. Il-proġetti ppreżentati kellhom jaqgħu taħt mill-anqas waħda minn ħames oqsma ta’ interventi li kienu:
· Titjib tal-Prodott u investiment f’apparat ġdid
· Investiment f’miżuri favur l-ambjent
· Investiment fit-teknoloġija ta’ informazzjoni u komunikazzjoni
· Investiment fil-ħolqien ta’ servizzi jew prodotti ġodda
· Investiment fil-
Marketing
L-ewwel sejħa nfetħet fi Frar 2009 u għalqet fit-30 ta’ Marzu 2009. Daħlu total ta’ wieħed u disgħin (91) applikazzjoni li jinsabu għaddejjin minn proċess ta’ evalwazzjoni li għandu jiġi konkluż sa Settembru li ġej.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-lokalitajiet ta’ dawk li kellhom l-applikazzjoni milqugħa.
L-iskema tas-Sussidji fuq self mill-bank hija applikabbli għall-entitajiet ta’ akkomodazzjoni jew ristoranti. L-entitajiet ta’ akkomodazzjoni eliġibbli huma:
·
Hotels
·
Apart Hotels
·
Tourist Villages
·
Guesthouses
·
Hostels
Is-sejħa għall-applikazzjonijiet infetħet f’April 2009 u ħa tibqa’miftuħa sa ma jiġu allokati l-flus kollha. It-TSDU irċeviet applikazzjoni waħda. Din l-applikazzjoni waslet fl-aħħar stadju ta’ evalwazzjoni. Ħa jiġi organizzat
Seminar
fejn ħa jingħata iktar informazzjoni fuq din l-iskema nhar il-Ħamis 16 ta’ Lulju.
Seminar
simili ħa jiġi organizzat ukoll Għawdex.
l-Awtorità dwar it-Trasport ta' Malta — toroq- għoti ta' tarmac
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-Awtorità dwar it-Trasport ta' Malta fasslitx xi pjan differenti milli kien jeżisti qabel dwar dawk li huma toroq li għandhom jingħataw kisja tajba bit-tarmac?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-lista ta' toroq residenzjali ma tbiddlitx, waqt li għat-toroq l-oħra, din titbiddel skond l-istat tat-triq u l-finanzi li jkun hemm.
Burmarrad saż-Żebbiegħ — linking function - irranġar
Question
Billi t-triq li twassal minn Burmarrad saż-Żebbiegħ għandha funzjoni importanti bħala linking function u billi f'din it-triq hemm madwar żewġ kilomentri tul li mhumiex tajbin għal użu mill-vetturi, minħabba l-istat tat-triq, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex din it-triq tingħata wiċċ bit-tarmac?
Response (GATT, AUSTIN)
Filwaqt li ninforma lill- Onorevoli Interpellant li għaddejt is-suġġeriment tiegħu lill-ADT, din tikkunsidra li dan ix-xogħol mhux meqjus bħala prijorita’. Sadanittant jibqa’ l-obbligu tal-kunsill lokali rispettiv li jara’ li ssir manutenzjoni bażika f’din it-triq.