Legislature:
Category:
Reset
Active:

Università ta' Malta — żidiet fil-ħlasijiet tal-korsijiet

Question

Billi f'dawn l-aħħar ġimgħat dehru diversi rapporti li jitkellmu dwar żidiet fil-ħlasijiet tal-korsijiet li ser isiru fl-Università matul iż-żmien li ġej, tista' l-Ministru tikkonferma jew tiċħad dawn ir-rapporti? Jekk ser ikun hemm żidiet, tista' tgħid x'inhi l-ġustifikazzjoni għal dawn iż-żidiet?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Skond l-avviż legali 258 tal-2009 kien hemm żidiet fil-ħlasijiet tal-korsijiet ta’filgħaxija li ser isiru fl-Università matul iż-żmien li ġej. Fil-maġġor parti, il-miżati l-ġodda japplikaw għall-korsijiet ta’ filgħaxija u huma miżati nominali li bl-ebda mod ma jirriflettu l-ispejjeż involuti biex jiġu offruti dawn il-korsijiet. Ta’min isemmi li sas-sena akkademika li għaddiet, ħlief ghal xi korsijiet partikulari, il-miżata ta’ kors Undergraduate kienet ta’€232.94 fis-sena u il-miżata ta’ kors Masters bir- riċerka kienet ta’ €174.70 fis-sena. Diversi fatturi ġew meqjusa waqt it-taħtidiet tar-riforma tal-miżati, fosthom: 1. L-ispejjeż diretti ta’ dawn il-korsijiet; 2. L-impatt finanzjarju fuq l-istudenti; 3. L-istruttura tal-miżati b’tali mod li l-miżati tal-korsijiet jigu standarizzati u ma jkunx hemm differenzi kbar bejn kors u ieħor ta' l-istess tip; 4. Il-miżati ta’korsijiet offruti minn istituzzjonijet barranin li joperaw minn hawn Malta. Iż-żieda fil-miżati ser tigi implimentata fuq perjodu ta’seba’ snin b’tali mod li ż-żieda tkun gradwali u allura bl-inqas impatt negattiv fuq l-istudenti. Studenti li jibdew il-programm tagħhom f’sena akkademika partikolari għandhom iħallsu il-miżata stabbilita għal dik is-sena partikolari matul il-programm kollu idum kemm idum. Barra minn hekk, l-istudenti li ser ikunu suġġetti għal żieda fil-miżata pagabbli, ingħataw il-possibilita’ li jħallsu l-miżata kull simestru minflok darba fis-sena meta jibda l-programm. Studenti li bdew il-kors ta’ studju tagħhom fis-sena akkademika 2008/2009 jew qabel jibqgħu jħallsu l-mizati indikati lilhom meta huma bdew il-kors tagħhom. Għalhekk studenti li qed ikomplu l-istudju tagħhom mhumiex ser jiġu affetwati b’din ir-riforma. Ta’ min issemmi li ż-żieda fil-miżati ta’ korsijiet li bdew din is-sena akkademika kienet waħda minima meta mqabbla mas-snin ta’ qabel. Iż-żieda fil-miżata tal-kors undergraduate tvarja bejn €0 u €70 kull simestru, ż-żieda fil-miżata ta’ kors postgraduate tvarja bejn €9 u €352 kull simestru u ż-żieda fil-miżata ta’ dottorat tvarja bejn €77 u €127 kull simestru. Ta’ min iffakkar li l-Università xorta ħa tkun qed tissussidja dawn l-korsijiet konċernati. Dan is-sussidju huwa stmat għall-aktar minn €4 miljun fi spejjeż diretti barra mill-ispejjeż indiretti u spejjeż ohra generali.
Leg 11 PQ #11300 Sitting 148 2009-10-19 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

toroq li iridu jiġu asflatati

Question

Jista' l-Prim Ministru jieħu l-passi neċessarji biex matul ix-xhur li ġejjin, u qabel naslu għall-istaġun tas-sajf li ġej, numru ta' toroq li jeħtieġu li jiġu asfaltati għall-ewwel darba, isiru, u dan biex jitnaqqsu l-ilmenti tal-operaturi turistiċi u tar-residenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #11349 Sitting 148 2009-10-19 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar Mater dei — dipartiment tal-emerġenza

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' persuni li marru fid-dipartiment tal-emerġenza kull xahar kemm ilu li fetaħ l-Isptar Mater Dei? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk il-kampanja li kienet saret biex fl-emerġenza jattendu biss dawk li verament ikollhom bżonn kellhiex suċċess?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Mellieħa — Santwarju tal-Madonna - restawr

Question

Tista' l-Ministru tara, permezz ta' Heritage Malta jew xi organizzazzjoni oħra governattiva li flimkien mal-Knisja (l-Awtoritajiet tagħha jew il-parroċċa tal-Mellieħa) isir progamm ta' restawr fis-Santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa, billi dan is-santwarju storiku għandu ħtieġa ta' restawr f'diversi partijiet tiegħu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-Heritage Malta tista’ toffri pariri professjonali dwar il-metodoloġija ta’ restawr permezz tal-iskema ta’ servizzi professjonali li għandha d-Diviżjoni ta’ Konservazzjoni fi ħdan l-istess aġenzija, però mhux li jsir ir-restawr, għaliex il-ħaddiema tagħha matul is-sena li ġejja diġà huma mpenjati fuq proġetti oħra.
Leg 11 PQ #11351 Sitting 148 2009-10-19 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Koperattivi — kategorija ta' xogħol

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' koperattivi li għandna reġistrati bħalissa f'Malta? F'liema kategorija ta' xogħol jaħdmu dawn il-koperattivi? Kemm ilhom imwaqqfa dawn il-koperattivi?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #11352 Sitting 148 2009-10-19 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Tribunal ta' Kontra l-Korruzzjoni — investigazzjonijiet

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 10430, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kienu u liema kienu l-każijiet li ntbagħtu quddiem il-Kummissjoni Permanenti Kontra il-Korruzzjoni matul l-2007 u l-2008? Liema huma l-każijiet li spiċċat l-investigazzjoni dwarhom u liema għadhom pendenti?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul is-snin 2007 u 2008, ġew preżentati quddiem il-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni, sittax-il każ, erbgħatax fl-2007 u tnejn fl-2008. Minn dawn, f’ każ wieħed biss għadhom għaddejjin l-investigazzjonijiet dwarhu, il-ħmistax l-oħra kollha ġew konklużi. Dwar l-aħħar parti tad-domandi, nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, skont l-Art. 15 (1) Kap.326 l-ebda informazzjoni ma tista’ tiġi svelata dwar il-każijiet li tirċievi l-Kummissjoni.
Leg 11 PQ #11293 Sitting 147 2009-10-13 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Avukati li għandhom il-warrant

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' avukati li għandhom il-warrant biex jipprattikaw il-professjoni tagħhom hawn Malta? Kemm minnhom jippratikaw f'Għawdex?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-mistoqsija Parlamentari numru 8067.

Numru t'applikanti għall-kors t'għalliema tal-B.Ed

Question

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar hemm hu n-numru t'applikanti għall-kors t'għalliema (B.Ed) li daħlu din is-sena fl-Università? F'liema suġġett hu mistenni li ser jitħarrġu dawk l-applikaw? Kemm talbu li jidħlu fil-kors għal taħriġ fil-livell primarju?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #11295 Sitting 147 2009-10-13 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Korp tal-Pulizija — sejħa ġdida għall-ingaġġ

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li toħroġ sejħa ġdida għall-ingaġġ fil-Korp tal-Pulizija? Meta saret l-aħħar sejħa? Kemm kien in-numru t'applikanti? Kemm minnhom ġew aċċettati?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi nhar is-7 ta’ Ottubru 2009, 139 rekluta bdew kors ta’ taħriġ għal kuntistabbli fl-Akkademja tal-Pulizija skont sejħa għall-applikazzjonijiet ippublikata fil-Gazzetta tal-Gvern tal-10 ta’ Marzu 2009. Infurmat ukoll illi b’kollox kien hemm 237 applikant.

Open top buses — passiġieri

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dawr kemm u fejn ġew riservati partijiet biex jintużaw għall-Open Top Buses biex iniżżlu u jgħabbu l-passiġġieri? Jista' jara li fejn hu possibli dawn il-partijiet jiġu amalgamati mal-bus stops normali għaliex f'ċerti lokalitajiet dawn qed itelfu l-parking bays tant bżonjużi għal karozzi oħra?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

San Pawl il-Baħar — toroq bit-tarmak

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji ta' liema toroq hu mistenni li jiġu mogħtija wiċċ bit-tarmak fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar matul it-12-il xahar li ġejjin? Liema minn dawn it-toroq diġà ħarġet it-tender għalihom? Meta hu mistenni li toħroġ it-tender għat-toroq l-oħra?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-ADT għandha pjanijiet biex jitlestew it-toroq li kienu inklużi fil-programm ta’ bini ta’ toroq residenzjali. Fil-lokalità msemmija mill-Onorevoli Interpellant għad iridu jsiru it-toroq li jidhru fuq it-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. It-tenders għax-xogħlijiet f’dawn it-toroq għad jinħarġu skond il-fondi u l-prijoritajiet li jirriżultaw.

Matsec u Sec — eżamijiet - resits

Question

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' studenti li qagħdu għar-resits fil-livell tas-Sec u tal-Matsec f'Settembru 2009? F'liema suġġetti għamlu dawn ir-resits? Kemm studenti għaddew minn dawn l-eżamijiet?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Flus dovuti minn klabbs u assoċjazzjonijiet sportivi

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhuma l-ammonti ta' flus li huma dovuti minn klabbs u l-assoċjazzjonijiet tagħhom fi ħlasijiet tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma skond id-dixxiplini sportivi differenti, kif kienu fl-aħħar ta' Awwissu 2009?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li s-sistema preżenti ma toffrix il-faċilità li toħroġ ir-rapport mitlub mill-Onorevoli Interpellant u għalekk mhux possibli li jinħareġ rapport fejn jiġi stabbilit l-ammont ta’ flus dovuti minn klabbs u assoċjazzjonijiet tagħhom rigward kontijiet tad-dawl u l-ilma.

San Pawl il-Baħar — Bozza

Question

Billi xi ġimgħat ilu kien hemm inċident tat-traffiku fi Triq San Pawl (hekk kif titla' mill-Veccia) li fih arblu tad-dawl tkisser u kellu jinbidel iżda l-bozza li kienet imwaħħla fuqu ma reġgħetx tqegħdet, jista' l-Ministeru jieħu l-passi neċessarji biex din il-bozza terġa' titwaħħal?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-bozza msemmija issa reġgħet twaħħlet.

Tenders għall-kostruzzjoni ta' toroq

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema toroq ħerġin, jew ser joħorġu għalihom fil-futur qarib, tenders għall-kostruzzjoni tagħhom fis-7, 11 u 12-il distrett elettorali, raħal, raħal?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #10208 Sitting 145 2009-10-06 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — skeda

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-inħawi li bħalissa l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar qed tikkunsidra li tiskeda, madwar Malta u Ghawdex? F'liema stadju wasal il-proċess ta' l-iskedar ta' kull wieħed minn dawn is-siti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għal din is-sena hemm diversi tipi ta' binjiet ta' valur storiku, arkitettoniku, kulturali jew kuntestwali madwar Malta u Għawdex proposti għall-iskedar kif ukoll numru ta' siti ta' valur arkeoloġiku u ekoloġiku. Il-lista ta' proprjetajiet proposti għall-iskedar bħalissa tinkudi kważi 1,000 sit/proprjeta' jew feature. L-Awtorità qegħda fil-proċess li tiskeda l-proprjetajiet li ġejjin tul din is-sena: Knejjes (Parroċċi) - 85 Arkeoloġija ( Antiquities (Protection) List ) - 52 Bini ( Antiquities (Protection) List ) - 26 Proprjetajiet oħra - 59 Bħalissa hemm tlett proposti għall-iskedar tal-wirt naturali li ġew ippreparati mid-Direttorat ta' l-Ippjanar li huma: Wied tal-Miżieb Ta' Ċenċ Wied ta' Għajn Żejtuna Minbarra dawn, hemm proposti oħra għall-iskedar tal-wirt naturali li għadhom fi stadju inqas avvanzat: l-għerien ta' Bengħisa id-Dwejra il-kumplament tal-kosta t'Għawdex u żoni oħra f'Malta li huma ta' importanza ekoloġika u/jew xjentifika skond il-provviżjoni tal-Artikolu 46 tal-Att Dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp. L-iskedar tal-wirt naturali jinvolvi surveys li jwasslu sabiex il-linja tal-iskedar timxi mal-periferiji eżistenti tal-post kif ukoll evalwazzjoni ta' letteratura u informazzjoni oħra relevanti dwar l-ekosistemi, l-ġeoloġija u l-ġeomorfoloġija tal-post, kif ukoll tal-pajsaġġ ( landscape ). (Minħabba nuqqas ta' riżorsi umani x-xogħol kollu fuq il-proposti ta' l-iskedar tal-wirt naturali isir kollu minn persuna waħda biss!) Kull skedar li jiġi approvat jiġi ppubblikat fil-gazzetta tal-gvern u gazzetti lokali. Is-sidien ta' l-art skedata jiġu nnotifikati u għandhom dritt għal rikonsiderazzjoni sa tletin ġurnata mid-data ta' l-ittra reġistrata. Ir-rikonsiderazzjonijiet jitressqu quddiem il-Bord tal-MEPA għal deċiżjoni. Wara dan il-proċess is-sidien għandhom dritt għall-appell li jrid jiġi sottomess lill-Bord ta' l-Appelli fi żmien tletin ġurnata mid-data ta' l-ittra reġistrata tar-risposta dwar ir-rikonsiderazzjoni.

San Pawl il-Baħar — skola primarja - maintenance u xogħlijiet oħra

Question

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar jekk fl-iskola primarja ta' San Pawl il-Baħar sarx xi xogħol ta' maintenance, jew xogħol ieħor, matul l-aħħar xhur? Hawn xi rapporti li jindikaw li hemm bżonn ta' iktar tiswija li trid isir f'din l-iskola?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Fl-aħħar xhur fl-iskola primarja ta’ San Pawl il-Baħar sar xogħol ta’ tibjid fil-klassijiet, fil-kurituri u fit-tromba; sar bieb tal-ħadid, saret tiswija ta’ mitt siġġu u mitt mejda, saret ukoll tiswija tal-membrane u tas-sewer, ġew installati 22 emergency light, 18-il fan, 9 energy saving units, railing fuq ċint baxx u hand-rail mal-poġġaman tat-taraġ, gandott twil ġie mgħotti bil-gradi tal-ħadid, saret estensjoni ta’ network tal-Internet fis-sezzjoni tal-Kindergarten, u xi xogħolijiet oħra minuri. Ix-xogħol li fadal isir ġie mgħoddi lis-Sezzjoni għas-Servizzi Tekniċi u ma jdumx ma jkun proċessat.
Leg 11 PQ #10887 Sitting 145 2009-10-06 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

San Pawl il-Baħar — Xogħol ta' tisbiħ

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar fiex wasal il-proċess ta' tendering għax-xogħol infrastrutturali (li jinkludi xogħol ta' tisbiħ ta' diversi proġetti) li suppost jibda wara s-sajf u li mistenni isir bejn l-iskola primarja tal-Gvern, San Pawl il-Baħar u l-parti tal-Qawra? Meta mistenni jibda x-xogħol fuq dawn il-proġetti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-proġett li huwa ko-finanzjat mill-UE taħt il-programm ta’ Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali jkopri l-promenade li jibda mill-iskola primarja tal-Gvern, San Pawl il-Baħar, tul ta’ kważi kilometru. Ix-xogħol li mistenni jsir jinkludi; cantilevered promenade ta’ 80 metru, istallazjoni ta’ sistema ta’ dawl ġdid u għamara fuq il-promenade, tisbieħ tal-promenade eżistenti, kif ukoll titjib tat-toroq ta’ madwar il-promenade. L-offerti għall-pubbliku ħarġu fis-7 ta’ Settembru 2009 u jgħalqu fl-20 ta’ Ottubru 2009. Wara jibda l-proċess ta’ aġġudikazzjoni ta’ l-offerti li jkunu ntefgħu. Ix-xogħol ikun jista’ jibda hekk kif dan il-proċess ikun konkluż u l-kuntratt iffirmat. Il-permessi ta’ dan il-proġett ġew approvati mill-MEPA.

Studenti li applikaw għal korsijiet tal-Università

Question

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' studenti li applikaw għal kull wieħed mill-korsijiet li għalihom kien hemm sejħa din is-sena għal tagħlim fl-Università?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #10889 Sitting 145 2009-10-06 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kif il-Gvern qed jaħseb biex il-kunsilli ta' lokalitajiet f'Malta/Għawdex li fix-xhur tas-sajf ikollhom il-popolazzjoni tagħhom li tikber ferm, fil-fatt ikollhom kontribuzzjonijiet miżjuda minħabba l-fatt li qed isibu diffikultà biex ilaħħqu mad-doveri tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern hu konxju minn ċerti ċirkostanzi li mhux maħsub għalihom fil-formula ta’ finanzjament lill-Kunsilli Lokali, fosthom iċ-ċirkostanza msemmija mill-Onorevoli Membru. Din is-sena, il-Gvern nieda żewġ skemi biex jindirizzaw dawn iċ-ċirkostanzi, u ċioe’: Skema Fondi Speċjali għal Lokalitajiet bi Bżonnijiet Speċjali u Skema Fondi Speċjali. Ta’ l-ewwel (b’fond ta’ € 565,000) hi maħsuba speċifikament għal ċirkostanzi simili għal dawk imsemmija mill-Onorevoli Interpellant. It-tieni Skema (b’fond ta’ € 250,000) hi mmirata sabiex b’mod ġenerali Kunsill li jipprova li jkollu underfunding taħt xi funzjoni, ikun jista’ jingħata għajnuna finanzjarja supplimentari.