B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 10887, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar fiex waslu l-proġetti l-oħra, minbarra dak ta' ħdejn l-iskola li semma' fir-risposta, u b'mod partikolari l-bidliet li għandhom isiru fl-inħawi ta' Fra Ben, kif ukoll dwar il-bajja li għandha titlesta fl-inħawi tal-ponta tal-Qawra?
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li Triq l-Insolja, Burmarrad, triq li għadha qatt ma saret, fil-fatt tinbena biex jonqsu l-inkonvenjenzi għar-residenti li joqogħdu f'din it-triq? Billi din it-triq u toroq oħra fejn jinbnew appartamenti tal-Gvern qed jibqgħu abbandunati, jista' l-Ministru jieħu l-passi biex mal-Awtorità tad-Djar isiru arranġamenti biex toroq bħal dawn jitħallsu minnha?
Response (GATT, AUSTIN)
Għall-ewwel parti tal-mistoqsija nitlob lill-Onor Interpellant jirrferi għar-risposta li tajt għall-mistoqsija numru 7994. Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm-il liċenzja (jew permess ieħor ta' operazzjoni) ta' trackless trains jew xi definizzjoni oħra tagħhom, popolarment magħrufa bħala chu chu trains fil-fatt ħarġu mill-Awtorità dwar it-Trasport? Kemm-il applikazzjoni minn operaturi privati ġew sottomessi lill-Awtorità dwar it-Trasport matul dawn l-aħħar ħames snin biex joperaw din it-tip ta' train?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hux qed ikun hemm rapporti iktar spissi ta' fawran tad-drenaġġ ħdejn l-iskola primarja ta' San Pawl il-Baħar? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm tnaqqis ta' personnel li jieħu ħsieb din il-pompa partikolari?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li mhux qed ikun hemm rapporti ta’ fawran ta’ drenaġġ ħdejn l-iskola Primarja ta’ San Pawl il-Baħar. Il-ħaddiema f’din il-pompa partikolari (tax-Xama P.S.) tneħħew għax il-pompi huma kontrollati b’sistema awtomatika.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx xi kundizzjonijiet partikolari għal dak li hu sajd bil-parit fil-bajjiet tagħna? Jekk iva, x'inhuma l-kundizzjonijiet partikolari li hemm għall-bajjiet/partijiet differenti?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li s-sajd bil-pariti jista' jsir biss, minn dgħajjes tas-sajd professjonali MFA u MFB. Il-pariti ma jistgħux ikunu wżati mill-15 ta’ Frar sal-15 ta’ Lulju l-ġewwa minn linja miġbuda bejn żewġ pilastri tal-ġebel (plieri) impoġġija wieħed naħa u l-ieħor oħra fil-bajjiet u daħliet tal-baħar. Il-pariti ma jistgħux jintużaw fil-Port il-Kbir u fil-Port ta’ Marsamxett fl-ebda żmien. Dan huwa skond leġislazzjoni sussidjarja SL 425 – 01 maħruġa fil-25 ta’Mejju 1934.
Billi issa ġie stabbilit l-ammont minimu ta' kera li għandu jitħallas meta xi ħadd ikun bil-kera, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk dan l-ammont minimu hux ser jibda jitħallas ukoll lil dawk is-sidien li l-proprjetà tagħhom kienet meħuda bis-sistema ta' possession and use?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont minimu stipulat fil-liġi tal-kera ser ikun qed jitħallas lil dawk is-sidien li l-proprejtà tagħhom kienet miħuda bis-sistema ta’ possession and use.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hux normali li jiġu approvati reserved parking bays f'toroq prinċipali, li fihom it-traffiku jgħaddi fiż-żewġ direzzjonijiet u li mhumiex wesgħin biex jippermettu parking ta' dan it-tip fihom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li meta l-ADT tapprova reserved parking bay, din tassigura li din issir fl-eqreb spazju ta' parkeġġ permissibbli li jkun jeżisti qrib id-dar tal-persuna li tkun għamlet t-talba.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx xi ħsieb partikolari biex isiru xogħlijiet ġodda fil-baħar matul il-kosta Maltija? Liema huma l-proġetti li hu mistenni li jinbdew matul it-12-il xahar li ġejjin?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li matul it-12-il xahar li ġejjin, l-Awtorità Marittima ta' Malta mistennija tibda xogħol jew ix-xiri pubbliku relattiv ma' diversi proġetti fosthom:
- Terminal għall-passiġġieri fiċ-Ċirkewwa
-
Refurbishment
taż-żona tal-għaddasa fiċ-Ċirkewwa
-
Refurbishment
tal-
breakwaters
fil-Port il-Kbir
-
Refurbishment
tal-
main breakwater
f’Marsaxlokk
- Rikostruzzjoni u estensjoni ta’ Lascaris Wharf
- Boiler Wharf
Phase 2
-
Refurbishment
ta’ Deep Water Quay
- Żvilupp ta’ postijiet ta’ żbark għal
ferry
u
water taxis
- Tiswija infrastrutturali f’Barrier Wharf
- Tiswija infrastrutturali fil-marina tal-Imsida
Salina u Iklin — stallazzjonijiet ta' dawl fit-triq
Question
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji u jara li fin-nuqqas ta' stallazzjoni ta' dawl fit-triq li tieħu mis-Salina għall-Iklin, peress li d-dawl baqa' ma ġie stallat qatt, id-diversi cats eyes li m'għadhomx imwaħħla kif ukoll diversi signs oħra li kienu hemm iżda tkissru jew insterqu, fil-fatt jerġgħu jitwaħħlu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' lukandi li mistennija jagħlqu għax-xhur tax-xitwa ta' din is-sena fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar, Qawra u Buġibba? Kemm hu n-numru ta' sodod li hemm f'dawn il-lukandi?
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm minn dawk li ġew allegati b'akkwist illegali tal-liċenzja tas-sewqan tad-dgħajjes fil-fatt ġew proċessati quddiem il-qrati? Kemm minnhom għadhom ma ġewx proċessati? Kemm instabu ħatja?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi bejn Ottubru 2007 u Jannar 2008 ġew ippreżentati 433 każ il-Qorti in konnessjoni ma' akkwist illegali ta’ liċenzja tas-sewqan tad-dgħajjes. Minn dawn 32 għadhom qed jiġu pproċessati. Infurmat ukoll illi l-proċeduri fir-rigward 25 minnhom qed jistennew deċiżjoni mill-Qorti ta’ l-Appell Kriminali dwar eċċezzjoni tal-Preskrizzjoni sabiex ikun jistgħu jitkomplew u s-sebgħa l-oħra għadhom qed jinstemgħu il-provi. Mill-401 każ deċiż, 395 persuna nstabu ħatja.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar f'liema stadju waslu l-proċeduri kontra impjegati tal-Awtorità Marittma li allegatament kienu involuti fil-ħruġ ta' liċenzji tas-sewqan tad-dgħajjes b'mod illegali? Meta saret l-aħħar seduta fil-qrati tagħna dwar dawn il-proċeduri?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsba infurmat illi l-proċeduri li qed jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant jinsabu pendenti quddiem il-Qorti tal-Maġistrrati (Malta) u l-kawża tinsab differita għall-provi tal-Prosekuzzjoni. Infurmat ukoll li l-aħħar seduta quddiem il-Qorti saret fil-15 t’Ottubru, 2009.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kienet l-qatla tal-majjal u ċanga fl-ewwel disa' xhur ta' din is-sena? Kif titqabbel din il-qatla mal-qatla tal-2008, 2007 u 2006 rispettivament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-qatla (rjus) tal-majjal u ċ-ċanga fl-ewwel disa’ xhur ta’ din is-sena, imqabblin ma’ l-2008, 2007 u 2006 huma skont kif ġej:
2006
2007
2008
2009
Majjal
74,660
66,936
73,905
66,357
Ċanga
3,685
3,461
3,917
4,413
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' siġar tal-frott u t-tip tagħhom li mistennija jinbiegħu mill-Ministeru tal-Agrikoltura din is-sena? Meta hu mistenni li joħorġu s-sejħiet għax-xiri ta' dawn is-siġar?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Peress li bħalisssa hemm azzjoni industrijali mill-Klassi Agrikola, ordnata mill-Union Ħaddiema Maqgħudin, l-informazzjoni ma setgħetx tinġabar u għahekk tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jitlesta x-xogħol fuq iz-zuntier tal-Knisja tal-Imġarr? Kemm sewa dan ix-xogħol s'issa? Kemm hu misteni li jiswa sakemm jitlesta?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Rigward l-ewwel mistoqsija, nirreferi l-Onor Membru għar-risposta tal-mistoqsija nru 10747.
Peress lit-tender għax-xogħol inħareġ mill-Kunsill Lokali, nitlob l-Onor Membru biex jirreferi l-aħħar żewġ mistoqsijiet lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-għases f'Malta u f'Għawdex li mhux qed ikunu miftuħa kuljum fuq bażi regolari? Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema minn dawn l-għases huma mistennija jerġgħu jinfetħu fiż-żmien li ġej?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Bħal ma diġa kelli l-okkażjoni nispjega, l-għasses prinċipali kollha jinżammu miftuħa l-ħin kollu, filwaqt li l-oħrajn jingħalqu meta l-preżenza tal-pulizija li jkun xogħol f’dik l-għassa tkun meħtieġa x’imkien ieħor.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jsir ix-xogħol neċessarju fuq Labour Avenue n-Naxxar? Meta se jinħarġu t-tenders għax-xogħol neċessarju f'din it-triq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li it-tender għax-xogħlijiet ta’ asphalting fl-imsemmija triq għalaq fis-16 ta’ Ottubru 2009. Wara li jsir il-proċess ta’ aġġudikazzjoni u jintgħażel il-kuntrattur dawn ix-xogħlijiet għandhom jibdew.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm lukandi li applikaw biex jibbenefikaw mill-iskemi li offra l-Gvern għal għajnuna tal-lukandi? F'liema lokalitajiet jinsabu dawn il-lukandi?
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kienu l-lukandi li infurmaw lill-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta li ser jagħlqu għax-xhur tax-xitwa fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm lukandi oħra li fil-fatt għalqu f'dawn l-istess inħawi?