Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #12426 Sitting 160 2009-11-17 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ċentru Smartkids fil-Qawra

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta nfetaħ iċ-ċentru Smartkids fil-Qawra? X'tip ta' kollaborazzjoni kien hemm mal-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar meta nfetaħ dan iċ-ċenrtu? U issa li nfetaħ, x'tip ta' kollaborrazzjoni qed ikun hemm mal-istess kunsill lokali biex jitmexxa dan iċ-ċentru?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Korporazzjonijiet — servizzi għaddejjin mit-toroq

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kif ser jiġi assigurat li l-korporazzjonijiet li għandhom servizzi għaddejjin mit-toroq tagħna ma jaqbdux u jaqtgħu dawn is-servizzi bi ħsara għal uċuħ tat-toroq? Kif jista' jigarantixxi li fejn isiru toroq ġodda, dawn l-istess toroq ikollhom is-servizzi mqegħdin fil-bankini biex jiġu evitati ħsarat fit-toroq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Awtorità dwar it-Trasport u Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — bus terminus fil-Qawra/Buġibba

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 11876, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhi, jew x'kienet il-pożizzjoni li ttieħdet mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u l-Awtorità dwar it-Trasport fiż-żmien li għadda dwar it-terminus tal-karozzi tal-linja fil-Qawra/Buġibba?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat li l-ADT għandha ħsieb li tagħmel applikazzjoni għand il-MEPA għall-upgrading tat-terminus tal-Qawra/Buġibba.
Leg 11 PQ #12344 Sitting 159 2009-11-16 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Bereġ lokali — tobba

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' bereġ lokali li għadhom joperaw madwar Malta u Għawdex? Fejn jinsabu dawn il-bereġ u x'inhuma l-ħinijiet tal-ftuħ tagħhom? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk hux normali li f'dawn il-bereġ ikun hemm tabib preżenti, inkella ikun hemm biss nurse?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #12345 Sitting 159 2009-11-16 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Childcare centres immexxija mill-Gvern — tfal li jattendu fihom

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' childcare centres immexxija mill-Gvern li għandna madwar Malta u Ghawdex? Jista' jgħid fejn jinsabu dawn iċ-ċentri u x'inhu n-numru ta' tfal li jattendu f'dawn iċ-ċentri?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #12346 Sitting 159 2009-11-16 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

djar tal-anzjani fil-privat — standards

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-kriterji li jridu jiġu osservati mid-djar ta' l-anzjani fil-privat? Jista' jagħti tagħrif dwar liema huma dawk l-istandards li jridu jiġu osservati minn individwi privati li jiddeċiedu li jagħmlu investiment f'din it-tip ta' akkomodazzjoni?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #12348 Sitting 159 2009-11-16 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

injection tal-influwenza staġjonali

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' persuni li ħadu l-injection ta' l-influwenza staġjonali għand xi wieħed mill-kunsilli lokali din is-sena? Kemm hu n-numru ta' kunsilli lokali li fil-fatt ħadu sehem f'din l-iskema ta' injections? Kemm ingħataw injections f'kull kunsill lokali li ħa sehem f'din l-iskema?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #12349 Sitting 159 2009-11-16 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Skejjel governattivi — inizjattivi partikulari kontra tifrix ta' mard

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk fl-iskejjel governattivi, speċjalment dawk primarji, jittieħdux xi inizjattivi partikulari biex jassiguraw li ma jkunx hemm tifrix ta' mard li jittieħed minn fost l-istudenti li jattendu dawn l-istess skejjel?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #12415 Sitting 159 2009-11-16 Oral · Interim From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Mellieħa — Tat-Tomna - permessi mingħand l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar fiex waslu quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, l-applikazzjoni għall-permessi tal-bini għall-area industrijali f'Tat-Tomna, fil-Mellieħa? Kemm qed jiġi propost li jinbnew garaxxijiet f'dawn l-inħawi wara xi bidliet li jista' jkun ġew mitluba mill-istess Awtorità matul ix-xhur li għaddew?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

water taxis — liċenzji

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' water taxis li ġew liċenzjati biex joperaw fil-portijiet tagħna? Minn liema portijet ġew liċenzjati biex joperaw? Kemm hu mistenni li joħorġu liċenzji għal dan it-tip ta' trasport matul iż-żmien li ġej? Jista' jagħti tagħrif jekk ġewx, jew hux ser jiġu stabbiliti xi rotot partikolari għal dan it-tip ta' servizz?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

opri tal-baħar li jġorru passiġġieri

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' opri tal-baħar li huma liċenzjati biex iġorru l-passiġġieri fl-ibħra territorjali Maltin? Minn liema portijiet huma liċenzjati li joperaw dawn l-opri tal-baħar?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Awtorità Marittima ta' Malta — spezzjonijet fuq opri tal-baħar

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' spezzjonijiet li saru mill-Awtorità Marittima ta' Malta, matul ix-xhur tas-sajf 2009, fuq opri tal-baħar li kienu fl-ibħra Maltin? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm każi fejn instab li kien hemm abbużi mil-liġijiet lokali?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Awtorità Marittima ta' Malta — vapuri bil-bandiera Maltija

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' investigazzjonijiet li saru mill-Awtorità Marittima ta' Malta matul l-aħħar 12-il xahar, dwar inċidenti li jinvolvu vapuri reġistrati taħt il-bandiera Maltija? Kemm kien hemm vapuri taħt il-bandiera Maltija li fil-fatt talbu li jkollhom għajnuna mill-awtorità?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

vapuri reġistrati taħt il-bandiera Maltija — ksur ta' liġijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm każi fejn vapuri reġistrati taħt il-bandiera Maltija ġew investigati minn awtoritajiet tal-port barranin u nstabu li qed jiksru konvenzjonijiet internazzjonali? Jekk fl-affermattiv, fejn instab li kien il-każ? X'passi ttieħdu mill-awtoritajiet Maltin kontra s-sidien/operaturi ta' dawn il-vapuri?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Dipartiment tal-Avjazzjoni Ċivili — air operators certificates

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu preżentament in-numru ta' Air Operators Certificates li ħarġu mid-Dipartiment tal-Avjazzjoni Ċivili u li preżentament għadhom validi? F'kull każ, meta ħarġu l-ewwel darba dawn l-istess Air Operators Certificates? Kemm hemm kumpaniji Maltin u barranin, rispettivament, li huma rikonoxxuti mid-Dipartiment tal-Avjazzjoni Ċivili?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #11360 Sitting 157 2009-11-10 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

San Pawl il-Baħar, Qawra u Buġibba — lukandi

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' lukandi li mistennija jagħlqu għax-xhur tax-xitwa ta' din is-sena fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar, Qawra u Buġibba? Kemm hu n-numru ta' sodod li hemm f'dawn il-lukandi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Numru 11358/11/1. Nixtieq inżid li fil-lukandi li beħsiebhom jagħlqu temporanjament hemm 2,063 sodda.
Leg 11 PQ #11365 Sitting 157 2009-11-10 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

San Pawl il-Baħar — xogħol ta' tisbiħ

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 10887, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar fiex waslu l-proġetti l-oħra, minbarra dak ta' ħdejn l-iskola li semma' fir-risposta, u b'mod partikolari l-bidliet li għandhom isiru fl-inħawi ta' Fra Ben, kif ukoll dwar il-bajja li għandha titlesta fl-inħawi tal-ponta tal-Qawra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-MTA għandha numru ta’ proġetti ppjanati għaż-żona tal-Qawra (fl-inħawi ta’ Fra Ben). Dawn jinkludu fost l-oħrajn il-bini ta’ akwarjum pubbliku li bħala attrazzjoni turistika ġdida għandha żżid il-pontenzjal taż-żona. Bħalissa għaddej il-proċess tal-competitive dialogue, liema ‘djalogu’ għandu jibda għall-aħħar ta’ Novembru. Dan il-proċess għandu jwassal għat-Tender finali fil-bidu tas-sena d-dieħla. L-MTA għandha wkoll ppjanat proġett li hu mmirat biex jiffaċilità l-aċċessibilità għal fuq il-bajja u għal ġol-baħar, tal-għawwiema u għaddasa. Dan il-proġett hu mistenni jibda fil-ġimgħat li ġejjin u mistenni jkun lest sas-sajf li ġej. It-tieni fażi tal-proġett jinkludi l-krejazzjoni ta’ bajja fiż-żona tal-Qawra. Bħalissa qed isiru numru ta’ studji biex jiddeterminaw l-istabbilità tal-bajja proposta.

Permessi għal Trackless trains

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm-il liċenzja (jew permess ieħor ta' operazzjoni) ta' trackless trains jew xi definizzjoni oħra tagħhom, popolarment magħrufa bħala chu chu trains fil-fatt ħarġu mill-Awtorità dwar it-Trasport? Kemm-il applikazzjoni minn operaturi privati ġew sottomessi lill-Awtorità dwar it-Trasport matul dawn l-aħħar ħames snin biex joperaw din it-tip ta' train?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Awtorita` Dwar it-Trasport ta’ Malta ħarġet liċenzja waħda ta’ Trackless Train fis-6 t’Awwissu 2008. L-operat ta’ din it-Trackless Train huwa fuq bażi esklussiva u huwa irregolat permezz ta’ kuntratt bejn l-Awtorita` u l-Operatur. Matul dawn l-aħħar ħames snin l-Awtorita` irċeviet sitt(6) applikazzjonijiet biex jiġu operati Trackless Trains. Sadanittant, il-Gvern qabbad lill-ADT biex tippreżenta pariri tekniċi kif dan is-settur għandu jiġi regolat.

frott u ħaxix impurtat

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex jiġi assigurat li l-ebda frott/ħaxix importat ma jsib ruħu għand il-mara tad-dar bħala prodott imkabbar lokalment?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra
Leg 11 PQ #12294 Sitting 157 2009-11-10 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — shooting ranges

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' każi pendenti quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għal dawk li huma shooting ranges f'pajjiżna? Billi l-policy dwar ix-shooting ranges donnha baqgħet qatt ma ġiet konkluża, jista' jara li fil-fatt tiġi fi tmiemha biex dawk l-applikanti li għandhom applikazzjoni pendenti għal shoooting range ikollhom il-każ tagħhom proċessat kemm jista' jkun malajr?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.