Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar kemm hu preżentament in-nurmu ta' spetturi tal-pulizija li qed jaqdu diversi doveri li huma meħtieġa mill-ispetturi tal-pulizija biex il-korp ikun jista' jaqdi d-doveri tiegħu sewwa lejn il-bliet u rħula tagħna, kif ukoll ir-residenti tagħhom?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 29 Spettur tal-Pulizija li huma assenjati xogħol direttament fid-diversi Għasses fl-ibliet u l-irħula. Ma' dawn, wieħed irid iżid ukoll 24 Spettur ieħor, li għalkemm huma stazzjonati fit-Taqsimiet tas-CID, Droga u Frodi, ukoll huma impenjati sabiex jissiltu l-kriminalità fl-ibliet u l-irħula tagħna. Ta min wieħed jgħid li hemm ukoll 2 Spetturi li hemm fit-Taqsima tat-Traffiku, li wkoll qed jagħmlu xogħol siewi ħafna fl-interess tal-kommunita' in ġenerali. Fl-aħħar mill-aħħar, l-Korp tal-Pulizija kollu, mill-kbir saż-żgħir qiegħed hemm sabiex iservi lill-kommunità u lill-pajjiżna, irrespettivament il-post fejn ikun qed iservi.
Ġenituri li ttellgħu l-Qorti fuq assenteiżmu tat-tfal
Question
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm kien matul l-aħħar xhur, bejn Settembru 2008 u Ġunju 2009, in-numru ta' każi fejn ġenituri ttelgħu l-Qorti minħabba assenteiżmu ta' uliedhom mill-iskola obbligatorja? Minn liema lokalitajiet l-aktar li kien hemm tfal li ma attendewx l-iskola matul dan il-perjodu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra
Jista' l-Ministru jagħti dettalji ta' kemm, xahar b'xahar, kien in-numru ta' persuni li daħlu fid-dipartiment tal-emergenza matul din is-sena? Jista' jagħti tagħrif dwar kemm minn dawn il-persuni, fil-fatt kienu marru l-poliklinika qabel ma marru f'dan id-dipartiment (jekk tali informazzjoni tinżamm)?
Billi n-numru ta' anzjani li għandna f'pajjiżna qeegħed dejjem jiżdied, u billi hemm indikazzjonijiet li xi djar tal-anzjani tal-Knisja ser jingħalqu (jew ma jibqgħux jaċċettaw persuni ġodda fihom), jista l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'inizjattivi ġodda qed jittieħdu biex l-anzjani tagħna jibqa' jkollhom fejn imorru meta jkollhom bżonn jiġu rikoverati f'xi istituzzjoni?
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm area offices tad-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali madwar Malta u Għawdex?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Diviżjoni tas-Sigurta’ Soċjali għandha erbgħa u għoxrin (24) uffiċċji Distrettwali mqassmin tnejn u għoxrin (22) f’Malta u tnejn (2) f’Għawdex.
Dawn huma:
MALTA
Balzan
Birkirkara
Birgu Access
Fgura
Hamrun
Luqa
Marsa
Mosta
Msida
Naxxar
Paola
Qawra Access
Qormi
Rabat
San Gwann
Siggiewi
Sliema
Valletta Access
Żabbar
Żebbug
Żejtun
Żurrieq
GHAWDEX
Nadur
Victoria
Jista l-Ministru jagħti tagħrif dwar f'liema lokalitajiet hemm day care centres tal-Gvern jew tal-Kunsilli Lokali? X'tip ta' għajnuna tingħata lill-anzjani li jattendu dawn iċ-ċentri ta' matul il-jum?
Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ — Faċilitajiet Korrettiva ta' Kordin - għajnuna neċessarja
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ tiġix f'kuntatt mal-awtoritajiet tal-Faċilita Korrettiva ta' Kordin, biex jiġi assigurat li dawk il-persuni li jkunu ser joħorġu minn din l-istituzzjoni, fil-fatt tingħatalhom l-għajnuna neċessarja biex ikunu jistgħu jintegraw ruħhom fid-dinja tax-xogħol? X'tip ta' għajnuna jingħataw dawk li joħorġu minn dawn l-istituzzjonijiet?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-KXT permezz tas-Supported Employment Section tagħha għandha kuntatt stabbilit mal-Awtoritajiet tal-Faċilita Korrettiva ta’ Kordin. Dan kemm fir-rigward ta’ taħrig, fejn jiġi organizzat programm ta’ taħrig iffinanzjat mill-KXT ġewwa Kordin stess u anke fejn ikun il-każ, meta persuni li qegħdin iservu sentenza jattendu korsijiet ta’ taħrig ġewwa l-ETC f’Ħal-Far.
Fir-rigward ta’ opportunitajiet ta’ xogħol, jeżisti arrangament partikolari fejn il-prigunieri li jkunu eligibbli għall-
Prison Leave
jitpoġġew fuq il-
Bridging the Gap Scheme (BTG),
skema li toffri opportunita ta’
Work Exposure,
bil-probbabilita’ li jkun hemm xogħol lest, wara li jiġi skontat il-perjodu ta’ detenzjoni..
Meta ‘
ex-inmate
’ jaqbad tirreġistra għax –xogħol u jinforma bis-sitwazzjoni tiegħu, dan mill-ewwel jiġi riferut lis-
Supported Employment Section,
bil-għan li jingħata servizz aktar partikolari minn Klijenti ‘
mainsteam
’.
Sabiex l-ingaġġ tagħhom fix-xogħhol jiġi aktar faċilitat, l-
Employer
jiġi offrut kemm l-iskema tal-
BTG
u anke jekk ikun eligibbli għall-sussidju fuq is-salarju li huwa jagħti lill-
‘ex-inmate’
taħt l-
Employment Aid Programme
’
.
Jista l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' koperattivi li għandna mwaqqfa f'Malta u Għawdex? Jista' jagħti tagħrif dwar liema huma s-setturi tax-xogħol li fil-fatt fihom hemm koperattivi mwaqqfa? Kemm hu n-numru ta' persuni li huma organzizzati b'dan il-mod fid-diversi koperattivi li għandna bħalissa f'Malta?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li fil-preżent hemm 57 koperattiva reġistrata mal-Bord tal-Koperattivi fil-gżejjer Maltin. Dawn il-koperattivi jinqasmu f'erba' kategoriji, jiġifieri, tal-Konsumatur, tas-Servizzi, tal-Ħaddiema u tal-Produzzjoni.
Sal-lum il-Moviment Koperattiv iħaddan fih 5618 membru.
Iktar tagħrif mitlub ser jitpoppa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Malta Hotel and Restaurants Association — skart mormi minn stabbilimenti
Question
Jista' l-Prim Ministru, flimkien mas-Segretarjat Parlamentari għat-Turiżmu jagħmel analiżi mal-Malta Hotel and Restaurants Association biex jassigura li matul is-sena li ġejja dawk l-istabbilimenti kummerċjali fil-qasam tal-catering fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar, ikollhom arranġament permanenti biex jinġabar l-iskart tagħhom, għaliex bosta minn dawn l-istabbilimenti fil-fatt iħallu dan l-iskart barra fil-mument li jagħlqu u dan ma jinġabarx qabel numru ta' sigħat wara?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Wara studju li sar mill-Awtorità tat-Turiżmu flimkien ma’ msieħba oħrajn, fosthom l-MHRA, GRTU u l-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan, ġie stabbilit li għandu jkun hemm sistema ċentralizzata għaż-żona ta’ Paceville.
Wara diskussjonijiet li saru mal-MRRA, wkoll responsabbli tat-tindif pubbliku in-ġenerali, ġiet iffurmata kumpanija ġdida msejjħa ‘Green MT’ li ħadet f’idejha il-ġbir ta’ skart in-ġenerali f’Paceville.
Din kienet prova ta’ sitt ġimgħat, bil-ħsieb li tiġi implimentata f’lokalitajiet oħrajn fosthom f’San Pawl il-Baħar.
General Retailers and Traders Union — arranġament permanenti għal ġbir ta' skart
Question
Jista' l-Prim Ministru flimkien mas-Segretarjat Parlamentari għat-Turiżmu u mal-General Retailers and Traders Union jassigura li dawk l-istabbilimenti kummerċjali li għandna madwar Malta u Ghawdex u li huma bħala settur rappreżentati mill-General Retailers and Traders Union, ikkollhom arranġament permanenti biex l-iskart tagħhom ikun jista' jinġabar permezz ta' sistema apposta għal dawn il-każi ta' xogħol?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 12615/11/1.
Billi r-riċerka u l-innovazzjoni huma setturi li jingħataw importanza partikolari mill-Unjoni Ewropea, u billi jidher li l-Gvern Malti għandu l-ħsieb li jagħti inċentivi partikolari għal dan is-settur, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar xi skemi partikolari hu mistenni li jitabbru f'dan il-qasam?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Il-baġit mħabbar aktar kmieni dan ix-xahar jindika numru ta' inizjattivi ġodda jew supplementi għall-inizjattivi eżistenti bl-għan li jsaħħu l-investiment fir-riċerka u l-innovazzjoni f’Malta. Dawn jinkludu:
· Estensjoni ta l-iskema '
20millionforindustry'
b'żieda ta' €7 miljun ewro, li minnhom 4 miljun ewro se jiġu allokati għar-riċerka u l-innovazzjoni.
· Żieda fil-vot għall-inċentivi tal-
Malta Enterprise
biex fost l-oħrajn, investituri barranin li diġà joperaw f’Malta jiġbdu lejn Malta attivitajiet vertikali għall-operat eżistenti tagħhom, inklużi ir-riċerka u żvilupp tal-prodott, fost l-oħrajn.
· Irduppjar tal-Fond ta’ Riċerka u Innovazzjoni għal €700,000.
· Tfassil ta' strateġija għall-Iżvilupp tal-Industrija tal-Logħob Diġitali, li għaliha ġew allokati €250,000.
· Twaqqif ta’
databank
dwar il-
Genome
Uman, b'allokazzjoni ta' €250,000 għal dan il-proġett.
· Twaqqif tal-
Malta University Research, Innovation and Development Trust Fund
bil-għan li
jinkoraġġixxi r-riċerka fl-Università u li jgħin fl-użu
tagħha għal skopijiet kummerċjali u industrijali. Nofs miljun ewro gew alloakti lill-Università
ta’ Malta biex jitwaqqaf dan it-Trust Fund, li ghandu jigi ssuplementat ukoll b’ghotjiet ohrajn fejn
kull donazzjoni ta’ mhux anqas minn €150 se jingħata tnaqqis tal-istess ammont mid-dħul taxxabbli sa massimu ta’ €50,000.
· Rifużjoni ta’ 15.2% fuq spejjeż li fuqhom tkun tħallset it-taxxa f’proġetti ta’ riċerka approvati mill-Ministeru tal-Finanzi u mill-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija.
· Inċentiv sostanzjali lil persuni u entitajiet li jagħmlu riċerka li twassal għal privattivi,
patents
, li jkopru l-invenzjonijiet tagħhom li jikkonsisti f’eżenzjoni mit-taxxa fuq
royalties
u dħul simili (sa ammont massimu li se jiġi stabbilit) li jirriżultaw minn
patents
fuq invenzjonijiet li jkunu jikkwalifikaw fil-parametri stabbiliti fil-kuntest tal-politika ekonomika u industrijali tal-Gvern.
· L-integrazzjoni ta’ xi laboratorji tal-Gvern fil-Laboratorju Nazzjonali li eventwalment se jifforma parti mill-
Biotechnology Park
ġewwa San Ġwann, b’investiment ta’ 20 miljun ewro.
· Premju għall-Kreattività u l-Innovazzjoni, b’fond ta’ €100,000 li għandu jinċentiva aktar investiment fil-kreattività u l-innovazzjoni fl-oqsma tal-edukazzjoni, l-arti, it-teknoloġija u l-manifattura.
Id-dettalji preċiżi ta' kif se jaħdmu dawn l-iskemi fil-prattika għadhom qed jiġu analizzati mill-entitajiet konċernati rispettivi u huma mistennija jitħabbru fil-futur qrib.
Billi fil-budget għas-sena d-dieħla tħabbru numru sostanzjali ta' miżuri li permezz tagħhom is-self employed u l-intraprizi żgħar jistgħu jibbenefikaw minn diversi skemi, jista l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex dawk kollha li jistgħu jibbenefikaw minn skemi bħal dawn ikunu nfurmati bihom anke fuq bażi personali?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Malta Enterprise għandha pjanijiet sabiex tagħmel kampanja ta’ informazzjoni sabiex twassal dawn l-iskemi lil dawk kollha li jistgħu jkunu benefiċjarji ta’ dawn l-iskemi.
Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar meta hu mistenni li jkun hemm deċizjoni finali dwar x'se jigri mill-Villaġġ tas-Snajja f'Ta' Qali? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk hemmx xi applikazzjonijiet pendenti għall-żvilupp f'dan il-post quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?
Response (FENECH, TONIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel referenza għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari numru 10910, u ninformaħ illi l-ewwel abbozzi tal-proġett ser ikunu lesti din il-ġimgħa, u ser ikunu diskussi mar-rapprezentanti tas-sidien il-ġimgħa d-dieħla.
Sa llum għadha teżisti applikazzjoni pendenti quddiem il-MEPA bir-referenza
(PA 05312/02) PA 6199/04.
Fil-ġimgħat li ġejjin għadha titieħed id-deċizzjoni jekk tibqax tintuża l-istess applikazzjoni jew issirx applikazzjoni ġdida.
ċirkostanzi partikulari — ekonomija dinjija - inċentivi għal min joħloq impjiegi produttivi ġodda
Question
Billi l-budget għas-sena d-dieħla qed jagħmel enfasi qawwija fuq il-ħolqien tax-xogħol, ħaġa ferm importanti fiċ-ċirkostanzi partikolari li għaddejja minnhom l-ekonomija dinjija, jista' l-Ministru jagħti xi dettalji oħra, iktar minn dawk imsemmija fil-budget, biex jingħataw inċentivi għal min joħloq impjiegi produttivi ġodda?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-portijiet li fihom sar dredging matul l-2008 u l-2009 rispettivament? F'liema portijiet hu mistenni li jsir il-dredging matul l-2010? Kemm sewa f'kull każ, il-dredging li sar matul l-2008 u l-2009 rispettivament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar fiex waslu l-pjanijiet biex jinbena l-kumpless sportivi fil-Qawra? Tista' tagħti tagħrif dwar jekk il-brief għal dan il-kumpless huwiex lest?
Response (CRISTINA, DOLORES)
It-technical and specification brief tal-proġett tlesta. Bħalissa qed jiġi abbozzat il-kunċett li bih ser toħroġ is-sejħa biex jinstab sieħeb strateġiku għal dan il-proġett.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu fil-preżent in-numru ta' persuni li huma rikoverati fid-dar tal-anzjani fil-Mellieħa? Jista' jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' applikazzjonijiet pendenti minn anzjani biex jidħlu f'din id-dar tal-anzjani?
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 12287, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm mill-ammont indikat fir-risposta fil-fatt inġabar f'Lulju, Awwissu u Settembru 2008? Kemm imbagħad kien il-ġbir fit-tliet xhur Ottubru, Novembru u Diċembru 2008?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat illi l-ammonti li nġabru fix-xhur mitluba kienu kif gej:
Lulju – 16,680 kg
Awwissu – 20,820 kg
Settembru – 18,220 kg
Ottubru – 19,220 kg
Novembru –14,580 kg
Diċembru – 11,620 kg
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 12293, jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni dwar jekk il-WasteServ nnifisha żżommx rekord tal-frekwenza li biha jitnaddfu dawn is-siti, u jekk fil-fatt ittieħdux miżuri biex tiżdied il-frekwenza tat-tindif ta' siti partikolari? Tista' l-WasteServ tibda tiġbor l-informazzjoni neċessarja dwar dan l-iskart fuq bażi lokali minflok fuq bażi nazzjonali?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat illi l-WasteServ iżżomm rekord tal-frekwenza li biha jitnaddfu l-bring-in-sites u tieħu miżuri biex iżżid il-frekwenza meta jkun meħtieġ. Bħalissa l-WasteServ tbattal dawn is-siti fuq bażi ta’ tipi ta’ l-iskart, u mhux bil-lokalità, għaldaqstant l-informazzjoni tinġabar fuq bażi nazzjonali.
Kunsill Lokali jista’ faċilment jagħmel arranġament ma’ skema awtorizzata u b’hekk ikun jaf kemm qed jiġġenera skart, skont il-kunsill tiegħu, anki fil-
Bring-in-sites.
Commuted Parking Payment Scheme — ammont ta' flus miġbura
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu fil-preżent l-ammont ta' flus li nġabar permezz tal-CPPS f'Malta u f'Għawdex lokalità b'lokalità? Jista' jagħti tagħrif fejn fil-fatt minn dawn il-lokalitajiet kien hemm applikazzjonijiet mill-kunsilli lokali rispettivi, li permezz ta' dawn l-applikazzjonijiet qed jitolbu li jinbnew parkeġġi?