ftehim dwar ġarr ta' merkanzija u passiġġieri bejn Malta u Għawdex
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta jiġi fi tmiemu l-ftehim preżenti għall-ġarr ta' merkanzija u passiġġieri bejn Malta u Għawdex? X'inhu mistenni li jiġri meta dan il-ftehim jasal fl-aħħar tiegħu?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu bħalissa n-numru ta' talbiet għall-istallazzjoni ta' speed cameras? F'liema nħawi ta' Malta u Għawdex qegħdin it-talbiet pendenti quddiem l-Awtorità dwar it-Trasport? Kemm hemm cameras approvati li għad iridu jiġu stallati u fejn?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' kunsilli lokali taż-żgħażagħ li għandna f'Malta u Għawdex? F'liema lokalità hemm dawn il-kunsilli u meta twaqqfu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-proġett ta’ empowerment tal-Kunsilli Lokali taż-Żgħażagħ ġie mniedi f’Settembru li għadda. 29 Kunsill Lokali applikaw biex jissieħbu f’dan il-proġett. Dawn kienu Birkirkara, Birgu, Birżebbuġa, Bormla, Fgura, Floriana, Gudja, Iklin, Isla, Kirkop, Mosta, Msida, Mtarfa, Nadur, Naxxar, Pietà, Qormi, Rabat Malta, Rabat Għawdex, San Ġiljan, San Ġwann, San Lawrenz, San Pawl il-Baħar, Siġġiewi, Swieqi, Tarxien, Valletta, Żebbuġ Malta u Żurrieq. Bħalissa qed jintlaqgħu l-applikazzjonijiet taż-żgħazagħ minn dawn il-lokalitajiet biex iservu bħala Kunsilliera Żġħażagħ f’dan il-proġett.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' persuni li huma impjegati bħala biċċiera fil-biċċerija tal-Marsa? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk hemmx, preżentament vacancies ta' dan it-tip?
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex jinbnew biċċeriji (slaughter houses)? Jekk iva, f'liema lokalitajiet jinsabu dawn l-applikazzjonijiet pendenti?
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — xogħol marbut mal-ambjent u mal-ippjanar
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' impjegati fl-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent l-Ippjanar li fil-fatt jagħmlu xogħol marbut mal-ippjanar u kemm hu n-numru ta' persuni li jagħmlu xogħol marbut mal-ambjent? Jista' jagħti tagħrif dwar x'inhu l-ammont ta' flus li ddaħħal l-Awtorità mix-xogħol tagħha relatat mal-ambjent?
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm rapporti ta' siti meqjusa bħala open plots li dwarhom inġibdet l-attenzjoni tal-Ministeru fid-diversi lokalitajiet li għandna f'Malta? Fejn jinsabu dawn is-siti?
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar f'liema lokalitajiet madwar Malta u Għawdex hemm talbiet biex jinfetħu childcare centres mill-privat, mill-kunsilli lokali, jew f'xi forma ta' Public Private Partnership bejn il-Gvern u l-privat? Jista' jagħti tagħrif dwar x'tip ta' regolamenti hemm biex jinfetħu dawn it-tip ta' ċentri mill-privat?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien, fl-ewwel disa' xhur ta' din is-sena, in-numru ta' persuni li qagħdu għat-test prattiku tas-sewqan u għaddew mill-ewwel darba? Jista' jgħid ukoll kemm kien in-numru ta' persuni, f'dan l-istess perjodu li fil-fatt kien għadhom m'għaddewx wara l-ħames tentattiv tagħhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li fl-ewwel disa' xhur ta' din is-sena in-numru ta' persuni li qagħdu għat-test prattiku tas-sewqan u għaddew mill-ewwel darba kienu ta' 1726.
F'dan l-istess perjodu in-numru ta' persuni li qagħdu għat-test prattiku tas-sewqan u li fil-fatt kien għadhom m'għaddewx wara l-ħames tentattiv tagħhom kien ta' 104.
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' studenti li bdew xi kors fl-MCAST full-time din is-sena? F'liema korsijiet bdew dawn l-istudenti din is-sena?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar f'liema lokalitajiet hu mistenni li jkun hemm bini ta' skejjel ġodda madwar Malta u Għawdex matul is-snin li ġejjin? F'liema skejjel hu mistenni li jkun hemm tkabbir tal-faċilitajiet eżistenti? Fejn hemm applikazzjonijiet diġà pendenti quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Bħalissa għaddej xogħol fuq il-bini ta’ skola ġdida sekondarja tas-subien fil-lokalita’ tal-Mosta (Żokrija), kif ukoll fuq skola sekondarja ġewwa r-Rabat Għawdex. L-applikazzjonijiet tal-iskejjel tal-Mosta u tar-Rabat Għawdex ġew approvati mill-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) u x-xogħol fuq dawn l-iskejjel għaddej b’ritmu mgħaġġel. Hemm applikazzjoni pendenti quddiem il-MEPA għall-bini ta’ skola ġdida (sekondarja għall-bniet) ġewwa l-Ħandaq, limiti ta’ Ħal Qormi.
Fl-iskola Dun Manuel Attard ġewwa l-Wardija huwa pjanat li jsiru xogħlijiet biex b’hekk din l-iskola issir iktar aċċessibli. Din l-applikazzjoni ġiet sottomessa lill-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u għada pendenti.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema dipartiment/awtorità tal-Gvern qed jikkordina l-ħidma marbuta mat-tnissil tal-għasafar tal-għana fil-magħluq? Jista' jagħti tagħrif dwar fiex wasal sal-lum dan il-programm ta' tnissil tal-għasafar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-proġett tat-tnissil tal-għasafar ta’ l-għana fil-magħluq hu responsabbilità tal-Ministeru għall-Affarijiet Rurali, Riżorsi u Ambjent u huwa kkordinat mill-Kumitat ORNIS. Il-proġett qed isir fl-Għammieri. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar rapport li ngħata lill-Kumitat ORNIS li juri l-ammonti ta’ għasafar li tnisslu.
għases f'Malta u f'Għawdex miftuħa 24 siegħa kuljum
Question
Jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni ta' liema huma l-għases f'Malta u f'Għawdex li mhux dejjem ikunu miftuħa fuq bażi ta' 24 siegħa kuljum? Jista' jagħti indikazzjoni dwar jekk hux qed jirriżulta li kien hemm żieda fir-reati kommessi f''dawn il-lokalitajiet?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Kif diġa kelli l-okkażjoni ninforma lill-Kamra illi l-Għasses tal-Pulizija priniċpali kollha, u ċioe’ dawk l-Għasses ikkunsidrati bħala Distrett jew Diviżjonijiet, jinżammu miftuħa l-ħin kollu, filwaqt li l-Għasses l-oħra jingħalqu meta l-preżenza tal-pulizija li jkun xogħol f’dik l-Għassa tkun meħtieġa x’imkien ieħor. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bejn Jannar u Ottubru tas-sena l-oħra ma' din is-sena kien hemm 7 lokalitjiet li l-Għassa ma’ kienetx miftuħa l-ħin kollu, fejn kien hemm żieda minima fir-reati rrapurtati. Inżid ukoll illi matul l-ewwel għaxar xhur ta’ din is-sena, ir-rata ta’ delitti rrapurtati lill-Pulizija naqqset bi 12% fuq l-istess perijodu tas-sena l-oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk jidhirx li l-ftehim li sar min-naħa tal-Gvern biex f'Malta jkollna opportunità ta' studju wara l-ewwel degree fil-mediċina, qed ikollu effett fuq in-numru ta' persuni gradwati f'dan is-settur li jħallu Malta biex ikomplu bl-istudji tagħhom?
biċċeriji fil-privat approvati għall-qatla tal-annimali jew tat-tjur
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' biċċeriji fil-privat li huma approvati għall-qatla tal-annimali jew tat-tjur? Fejn jinsabu dawn il-biċċeriji?
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fejn hemm applikazzjonijiet pendenti biex jinfetħu childcare centres, f'Malta u f'Għawdex, kemm mill-Gvern innifsu, kif ukoll mill-privat?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Persuni mtellgħin il-Qorti fuq atti illegali kontra l-annimali
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' persuni li ttellgħu l-Qorti akkużati b'atti illegali kontra l-annimali f'pajjiżna matul l-2008 u l-2009? Minn liema lokalitajiet kienu dawk li ttellgħu l-Qorti b'dawn l-akkużi?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul l-2008 kien hemm 8 persuni li ttellgħu il-Qorti mill-Pulizija fuq reati konnessi ma’ moħqrija ta’ annimali. Dawn kienu residenti Ħamrun (1) il-Mellieha (3) Rabat Għawdex (1) San Gwann (1) Għargħur (1) Valletta (1).
Infurmat ukoll illi matul sa l-aħħar ta' Novembru ta' din is-sena tressqu 18 il-persuna. Dawn kienu residenti Qormi (4) Żurrieq (1) San Ġiljan (1) B’kara (2) Mellieħa (1) Birgu (1) San Pawl il-Baħar (3) Bidnija (1) Rabat (2) M’xlokk (1) Msida (1).
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar in-nurmu ta' studenti li qed jattendu fl-Università bħalissa, li huma ġejjin minn Għawdex? F'liema korsijiet qed jattendu dawn l-istudenti Għawdxin bħalissa?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' inċidenti tat-traffiku fatali li kellna fit-toroq tagħna matul l-2007, l-2008 u din is-sena? F'liema lokalitajiet seħħew dawn l-inċidenti?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.