Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' fire and safety reports li ġew mitluba matul l-2009 għall-applikazzjonijiet pendenti li kien hemm quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?
San Pawl il-Baħar — ċitazzjonijiet fuq rimi ta' materjal
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' ċitazzjonijiet li ħarġu mill-pulizija għal dawk li huma rimi ta' materjal (inkluż sigaretti) fit-toroq tagħna matul l-2009 u din is-sena s'issa, fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
NInsab infurmat illi matul is-sena l-oħra l-Pulizija tat 56 ċitazzjoni fuq rimi ta' materjal inkluż sigaretti, fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar, filwaqt li f'Jannar u Frar ta' din is-sena ngħataw 8.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' applikazzjonijiet għall-bini ta' serer li ġew approvati mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar matul l-2009? Fejn kienu l-applikazzjonijiet li fil-fatt ġew approvati, lokal b'lokal?
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-passi li se jittieħdu jew li qed jittieħdu bħalissa min-naħa tal-Gvern biex tiġi kkontrollata l-problema tat-tuta absoluta? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk hux qed jissemma xi tip ta' bexx partikolari biex tiġi kkontrollata din il-problema?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru diġa fassal u ser iwettaq pjan nazzjonali sabiex tiġi ikkontrollata il-problema li t-Tuta Absoluta qed tikkawza fuq it-tadam. Dan il-pjan jinkludi mass trap monitoring, trapping u enforcement fuq dawk il-bdiewa li ma jimxux ma dan il-pjan. Diġà inħargu ukoll tliet avviżi legali kif ġej:
· Linji Gwida/istruzzjonijiet lill-produtturi għall-kontroll u konteniment tat-Tuta absoluta (Nru 232)
· Miżuri ta' infurzar stabbiliti uq zoni kkultivati bit-tadam għall-kontroll tat-Tuta absoluta (Nru 233)
· Linji Gwida għar-rappreżentanti tal-Produtturi għall kontroll tat-Tuta absoluta. (Nru 234)
Inħarġu ukol tlett sejħiet għal Espressjoni ta’ Interesson għall-monitorġġ, xiri ta' fermoni u infurzar u bħal issa dawn qiegħdin fi stadju ta’ evalutazzjoni. Il-Gvern ser jonfoq madwar 350,000 Ewro biex jgħin fit-twettieq ta' dan il-pjan nazzjonali għall-benefiċċju tal-bdiewa.
Id-Dipartiment qiegħed ukoll jagħmel kampanja ta’ informazzjoni. Ġew diġa organizzati numru ta’ laqgħat ta' informazzjoni, kif ukoll kienu mqassma leaflets fuq il-kontroll ta’ dan l-insett. Is-suċċess ta' dan il-pjan jiddependi totalment fuq il-kontribut ta' kulħadd. Għalhekk biex jgħin fit-tixrid ta' l-informazzjoni, dan it-tagħrif tpoġġa fuq is-sit elektroniku tal-Ministeru.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kienu l-interventi li saru matul l-2009 mill-Pest Control Unit? Fejn saru dawn l-interventi matul dan il-perjodu ta' żmien?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nixtieq ninforma l-Onor Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' ġonna li qed jaħdem fuqhom bħalissa biex jiġu mibnija, jew li qed jinbnew mill-Ministeru, jew flimkien mal-Ministeru bħalissa? Fejn jinsabu dawn il-ġonna pubbliċi li qed jinbnew bħalissa?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-proġetti ta’ ġonna pubbliċi inklużi fil-programm
ta’ dan il-Ministeru għax-xhur u snin li ġejjin jammontaw għal erbagħtax u huma kif ġejin:
· Baħar iċ-Ċaghaq - Triq l-Arzella
· Bormla - Triq San Ġwann
· Delimara - Park Nazzjonali
· Delimara - Xorb l-Għagin
· Floriana - Triq l-Indipendenza (Pinetum)
· Marsa - Spencer Hill
· Pembroke - Triq Sant’ Andrija
· Pieta - Triq Marina
· Salinii - l-estensjoni tal-Park tas-Salini
· San Ġwann - Triq l-Istefanotis
· Sliema -Triq Qui-si-Sana
· Swieqi - Triq il-Keffa
· Ta' Qali - l-estensjoni tal-Park Nazzjonali
· Nadur - Il-Barriera ta' Isopu (flimkien mal-Ministeru ta' Għawdex)
Il-Ministeru ser jgħin ukoll fl-iżvilupp ta’ ġnien pubbliku fil-Melllieħa mill-Kunsill Lokali.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' interventi li saru matul is-sena li għaddiet biex jiġu maħruġa persuni minn vetturi li kienu involuti f'inċidenti tat-traffiku.?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li matul is-sena l-oħra d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili wettaq 144 intervent biex jinħarġu persuni minn vetturi nvoluti f'inċident tat-traffiku.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' persuni li applikaw biex joqogħdu għall-eżami taċ-ċivil li sar dan l-aħħar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant rigward il-proċess ta’ għażla li qed isir għall-iskrivani fis-Servizz Pubbliku huwa hekk:-
Applikaw 862
Mhux eliġibbli 7
Qagħdu għall-eżami 756
Assenti 99
Fondi mill-Unjoni Ewropea biex jitjiebu s-sistemi tal-ilma tal-lukandi
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' lukandi u stabilimenti turistiċi oħra li talbu li jingħataw xi forma ta' għajnuna minn fondi tal-Unjoni Ewropea, biex ikunu jistgħu jtejbu s-sistemi ta' l-ilma tagħhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Taħt l-ewwel sejħa ta’ l-iskema għall-proġetti ta’ Turiżmu Sostenibbli l-istabbilimenti li applikaw għall-għajnuna finanzjarja biex ikunu jistgħu jtejbu s-sistemi ta’ l-ilma huma:
· Kempinski San Lawrenz (lukanda)
· Island Group Ltd (lukandi)
· Cutalex Ltd (guesthouse)
· Alex P. Cutajar (restaurant)
· Suncrest (lukanda)
· Holiday Resort (lukanda)
Minn dawn l-istabbilimenti Kempinski San Lawrenz u Island Group Ltd ġew allokati l-fondi.
Taħt it-tieni sejħa ta’ l-iskema dawn huma l-istabbilimenti li applikaw għall-fondi:
· Stivala Operators (lukanda)
· Kitchen Concepts (restaurant)
· Calypso Hotel (lukanda)
· Connection Caterers (restaurant)
· Leisure and Theme Park (stabiliment turistiku)
· Education Ltd (skola ta’ l-ingliz)
· Sunny Coast (lukanda)
· Hotel Xlendi (lukanda)
· Westminster Properties (lukanda)
L-evalwazzjoni tat-tieni sejħa għadha qed issir.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' speed cameras li hemm talbiet għalihom biex jitwaħħlu?
F'liema lokalitajiet huma dawn it-talbiet? Meta hu mistenni li jitwahhlu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-bus shelters li twaħħlu matul l-aħħar ftit ġimgħat bejn Diċembru 2009 u llum?
Kemm hawn bus shelters approvati li għad iridu jitqiegħdu f'posthom, u fejn jinsabu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu preżentement in-numru ta' persuni li jridu jirrpurtaw fuq bażi regolari fl-għasses ta' San Pawl il-Baħar, Melllieħa, Qawra, Mosta u Naxxar?
Kemm minn dawn il-persuni huma Maltin u kemm huma barranin?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif ġej:-
numru ta' persuni li qed jippreparaw biex jidħlu fil-Korp tal-Pulizija
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu preżentement in-numru ta' persuni li qed jippreparaw biex jidħlu fil-Korp tal-Pulizija?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi n-numru fil-preżent ta' persuni li qed isegwu kors ta' taħriġ fl-Akkademja tal-Pulizija huwa ta' 135, peres li rtiraw erba' studenti.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kienu l-inċidenti fatali li seħħew f'Malta u f'Għwdex matul l-2009 u din is-sena sal-lum?
Fejn seħħew dawn l-inċidenti?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta' inċidenti fatali li seħħew f'Malta u f'Għawdex matul l-2009 u matul l-ewwel xahrejn ta' din is-sena kienu ta' 48 u ta' 7 rispettivament. Dawn seħħew f'dawn il-lokalitajiet:-
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma bħalissa l-prorpjetajiet li qegħdin fil-proċess li jiġu esproprjati? Għal liema skop pubbliku qed jiġu esproprjati dawn il-proprjetajiet?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi d-Dipartiment għandu diversi talbiet għall-esproprijazzjoni ġdida ta’ art f’ nħawi differenti. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' negozji li ma ħallsux il-liċenzji tagħhom matul l-2009 jew għax għalqu n-negozju jew għax kienu fil-proċess li jibdlu l-ġeneru tax-xogħol tagħhom?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi matul is-sena kien hemm 191 kanċellazjoni ta' liċenzja. Tajjeb li wieħed jikklarifika li dan mhux neċessarjament għalqu n-negozju imma jista' jkun li ser juzaw il-post għal ġeneru ieħor liċenzjat minn awtorita oħra.
Korporazzjoni Enemalta u Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — xogħlijiet fit-telgħa tax-Xemxija
Question
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex il-korporazzjonijiet konċernati u ċioe l-Korporazzjoni Enemalta u l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, jieħdu ħsieb isewwu b'mod permanenti dik il-parti tat-telgħa tax-Xemxija li tħaffret mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u li għalkemm isewwiet xi tlieta jew erba' darbiet din is-sena, fl-istess ħin reġgħet inqalgħet kull darba? Jista' jara li l-ħsara li tħalliet fil-bankina fi Triq il-Pijunieri (quddiem Triq il-Qroll) mill-Korporazzjoni Enemalta tissewwa immedjatament għaliex ilha hekk diversi ġimgħat?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi x-xogħol meħtieġ fi Triq il-Pijunieri nkluż it-tiswija tal-bankina issa ġie konkluż.
Jista' l-Ministru jara jekk hux possibli li garages ta' karozza waħda, jew ta' tnejn, li ma jkununx qed jintużaw għal skop kummerċjali, iżda sempliċement biex fihom titqiegħed karozza privata (u b'hekk titneħħa mit-triq), u li jkollhom is-servizz tad-dawl u tal-ilma, ma jħallsux bir-rata kummerċjali ta' l-arloġġ tagħhom, għaliex dawn fil-fatt kwazi kwazi lanqas biss jużaw dan l-istess servizz li għandhom?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Electricity Supply Regulations Chapter 36 (5) jgħid li garages ta’ karozza waħda li ma jaqbżux 30m2 f’area u jintużaw għal użu privat biss u mhux użu kummerċjali dawn għandhom jitqiesu bħala residenzjali. Għalhekk biex niċċaraw l-impressjoni ta’ l-Onor. Interpellant garages ta’ karozza waħda li jintużaw esklussivament għal skop privat ma jħallsux rata non-residenzjali (kummerċjali). Garage b’area ta’ 30m2 huwa biżżejjed biex jesa’ żewġ karozzi.
Jista' l-Ministru jara jekk hux possibli li numru ta' toroq f'diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex, li m'għandhomx dwal pubbliċi, anke fejn dawn it-toroq huma residenzjali, fil-fatt jitwaħħal fihom id-dawl li hu meħtieġ, għaliex hu diffiċli ferm għal uħud mill-kunsilli lokali li jistallaw dan id-dawl li hu neċessarju għal matul il-lejl?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi wara li d-delegazzjoni tal-Awtorità rigward is-street lighting għadda bħala Avviż Legali fl-2001/2002, ir-responsabbiltà għal street lighting ġdid waqgħet taħt il-Kunsilli Lokali rispettivament.