Legislature:
Category:
Reset
Active:

Raħal Ġdid – Triq Valletta – xogħol ta’ asfaltar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk Triq Valletta, f’Raħal Ġdid, hux se tiġi asfaltata mill-ġdid billi sejra lura?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta' Raħal Ġdid illi l-Kunsill riċentament talab lill-entità kkonċernata sabiex titranġa l-iktar parti li għandha bżonn attenzjoni tat-triq imsemmija u dan minħabba li x-xogħol inkwistjoni ma jaqax fil-kompitu tal-Kunsill Lokali rispettiv. Għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi d-domanda tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.

Wied il-Għajn – Triq ix-Xatt – pavimentar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-pavimentar tax-xatt ta’ Wied il-Għajn, u ċjoè ta’ Triq ix-Xatt, hux se jinbdel billi qiegħed jitmermer sew?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala li din il-materja ser tiġi diskussa mill-Kunsill Lokali fl-ewwel seduta li jmiss, sabiex jiġi stabbilit l-aħjar pjan ta’ azzjoni u b’hekk tiġi indirizzata l-problema.

Wied il-Għajn – Triq La Sengle – xogħol ta’ asfaltar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk Triq La Sengle, f’Wied il-Għajn, hux se tiġi asfaltata mill-ġdid billi sejra lura?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta varat proċess ta’ konsultazzjoni mal-Kunsilli Lokali, fosthom dak ta’ Wied il-Għajn, fejn talbithom jagħtu lista ta’ toroq li għandhom bżonn xogħol infrastrutturali u li huma ta’ prijorità għal-lokalità tagħhom, biex ikunu jistgħu jsiru fis-snin li ġejjn. Dan skont skeda dettaljata li qed tiġi diskussa u maqbula magħhom.

Wied il-Għajn – Triq La Sengle – xogħol ta’ asfaltar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk Triq La Sengle, f’Wied il-Għajn, hux se tiġi asfaltata mill-ġdid billi sejra lura?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill lokali ta’ Marsaskala li l-Kunsill Lokali talab lill-entita kkonċernata sabiex Triq La Sengle tkun l-ewwel triq li ssir. Dan minħabba li hemm problema kbira fis-sub-base ta’ din it-triq. Infurmat ukoll li l-Kunsill Lokali rispettiv minn naħa tiegħu kien diġà ta t-tarmac lil din it-triq madwar sitt snin ilu. Intant infurmat ukoll li l-Kunsill ghandu l-intendiment illi jagħmel il-manutenzjonijiet tal-emerġenza meħtieġa bil-cold asphalt sakemm tiġi mibnija mill-ġdid din it-triq minn l-entità kkonċernata.

Wied il-Għajn – Triq Sant’ Anna – xogħol ta’ asfaltar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk Triq Sant’ Anna, f’Wied il-Għajn, hux se tiġi asfaltata mill-ġdid billi sejra lura?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill lokali ta' Marsaskala li l-Kunsill ghal diversi drabi ghamel asfaltar mil-ġdid u anke patching bil-hot asphalt f'din it-triq. Il-Kunsill jinforma illi l-problema b'din it-triq hija li hekk kif isir ix-xogħol, fi ftit snin, jerga’ jkun hemm ħsara fis-servizzi tal-‘house connection services’ tal-ilma. Infurmat ukoll mill-Kunsill Lokali rispettiv li fl-imsemmija triq, l-asfalt huwa tajjeb imma huma id-diversi it-trinek tal-‘house connection services’ li joħolqu diversi problemi fl-imsemmija triq. F’dan ir-rigward il-Kunsill Lokali kontinwament ikollu komunikazzjoni mal-entita kkoncernata. Intant infurmat li l-aħħar patching li sar bil-hot asphalt mill-Kunsill kien madwar sentejn ilu.

Fgura – Triq il-Kampanella – żbroff ta’ drenaġġ

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1198, tista’ l-Ministru tgħid jekk ix-xogħlijiet fi Triq il-Kampanella, Fgura sarux u jekk le, meta se jsiru?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għaddejja b’koordinazzjoni mal-entità li tieħu ħsieb xogħol infrastrutturali biex din twettaq ix-xogħol meħtieġ.

Marsaxlokk – Triq Delimara — xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2064, jista’ l-Ministru jgħid x’passi ulterjuri ttieħdu biex Triq Delimara, Marsaxlokk, tiġi fi stat aħjar?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’din it-triq Infrastructure Malta lestiet proġett ta’ żewg kilometri sa ftit qabel it-Tempju tas-Silġ. Dan kien jinkludi wiċċ ġdid. Il-biċċa tat-triq minn Tas-Silġ lejn iż-Żejtun ma kenitx parti mill-proġett ta’ Infrastructure Malta u kien hemm proġett tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma.

Marsaxlokk – Triq Xrobb l-Għaġin — xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2063, jista’ l-Ministru jgħid x’passi ulterjuri ttieħdu biex Triq Xrobb l-Għaġin, Marsaxlokk, tiġi fi stat aħjar?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għall-mistoqsija parlamentari 5701.

Community Work Scheme – ħlas ta’ arretrati lill-ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema li kienu qed jaħdmu taħt il-Community Work Scheme fis-snin 2020, 2021, 2022 li tħallsu l-arretrati li kellhom jingħataw fl-ammont ta’ €200 fix-xahar?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-€200 fix-xahar imsemmija fil-mistoqsija jirreferu għal żieda fil-pagi tal-parteċipanti tal-Community Work Scheme b’effett minn Jannar tal-2018. Dawn tħallsu lill-parteċipanti fil-ħin u għaldaqstant ma kien hemm ebda każ ta’ arrettrati.

Disponibbiltà tal-mediċina Pregabalin Sandoz

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk huwiex minnu li l-mediċina indikata bħala “Pregabalin Sandoz” ma tinsabx għad-dispożizzjoni tad-dipartiment sabiex tingħata lil min għandu dritt skont ir-regolamenti mediċi?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-mediċina Pregabalin dejjem kienet disponibbli.

Wied il-Għajn – Triq ix-Xatt – pavimentar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-pavimentar tax-xatt ta’ Wied il-Għajn, u ċjoè ta’ Triq ix-Xatt, hux se jinbdel billi qiegħed jitmermer sew?

Response (FARRUGIA, AARON)

Minbarra diversi xogħlijiet infrastrutturali importanti li twettqu fil-lokalità, qed tiġi evalwata wkoll il-possibbiltà li jsiru xi proġetti fiż-żona madwar ix-xatt ta’ Wied il-Ghajn, għalkemm il-pjani għadhom fi stadju preliminari.

Gudja – Triq De Warsbergh — tiswija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se jittieħdu passi biex Triq De Warsbergh fil-Gudja tiġi rranġata u jekk le, jista’ jara li jiġi redatt pjan għaliex is-sitwazzjoni ta’ din it-triq qed tikkawża tbatija lir-residenti?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din it-triq qed isservi bħala devjazzjoni tat-traffiku minħabba l-proġett ta’ madwar l-ajruport. Nikkonferma li din it-triq qiegħda fuq il-lista ta’ prijorità tagħna biex jibdew ix-xogħlijiet fuqha malli jitlesta l-proġett tal-KTAIP.

Community Work Scheme — ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema jaħdmu taħt l-iskema tal-Community Work Scheme fis-snin 2020, 2021 u 2022 u kemm kull sena daħlu ħaddiema ġodda fl-istess?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ ħaddiema li kienu jaħdmu taħt l-iskema tal-Community Work Scheme fis-snin 2020, 2021 u 2022 (figuri sal-aħħar ta’ Dicembru) u kemm daħlu ġodda kull sena huma mniżżla fit-tabella t’ hawn taħt: Sena Numru ta’ ħaddiema Ħaddiema ġodda 2020 1030 166 2021 981 31 2022 1155 240

Gudja – Triq De Warsbergh — tiswija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se jittieħdu passi biex Triq De Warsbergh, fil-Gudja tiġi rranġata u jekk le, jista’ jara li jiġi redatt pjan għaliex is-sitwazzjoni ta’ din it-triq qed tikkawża tbatija lir-residenti?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi d-domanda tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.

Gudja – Triq De Warsbergh — tiswija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se jittieħdu passi biex Triq De Warsbergh, fil-Gudja tiġi rranġata u jekk le, jista’ jara li jiġi redatt pjan għaliex is-sitwazzjoni ta’ din it-triq qed tikkawża tbatija lir-residenti?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Fgura – Triq Mater Boni Consiglii — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex qed ikun hemm dan id-dewmien biex jiġi finalizzat ix-xogħol fuq Triq Mater Boni Consiglii, Fgura, peress li dan id-dewmien qiegħed jikkawża inkonvenjent lir-residenti?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ġentilment nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 5551.

Fgura – Triq Mater Boni Consiglii — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex qed ikun hemm dan id-dewmien biex jiġi finalizzat ix-xogħol fuq Triq Mater Boni Consiglii, Fgura, peress li dan id-dewmien qiegħed jikkawża inkonvenjent lir-residenti?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari nru 2332.

Santa Luċija – Triq il-Ġnien – xogħlijiet fuq blokk ta’ appartamenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’passi qed jittieħdu u x’xogħlijiet huma previsti li jsiru tul din is-sena fi Blokk I, Triq il-Ġnien, Santa Luċija?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fi Blokk 1 fi Triq il-Ġnien, Santa Luċija, l-Awtorità tad-Djar għandha ppjanant li jsiru tiswijiet f’numru ta’ gallarijiet li ġew irrappurtati mill-inkwilini minħabba ħsarat strutturali, tiswijiet fl-opramorta tal-Blokk kif ukoll ser jinbidlu l-aperturi fil-komun tal-Blokk.