Santa Luċija – Triq il-Ġnien – Appartamenti ta’ Block 3
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-appartamenti ta’ Block 3, Triq il-Ġnien, Santa Luċija humiex se jiġu kkurati aħjar u ssirilhom il-manutenzjoni neċessarja interna u esterna?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull sena l-Awtorità tad-Djar tfassal programm ta’ riġenerazzjoni li jikkomprendi madwar 60 blokk f’lokalitajiet u Oqsma tad-Djar differenti u dan sabiex dawn il-binjiet, inkluż il-binja li qed issir referenza għaliha, jingħataw dehra aktar ġdida u ntejbu l-kwalità tal-ħajja tar-residenti li jgħixu fihom.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk matul din is-sena humiex se jsiru x-xogħlijiet neċessarji sabiex Triq Kottoner, il-Fgura tiġi rranġata mill-ġdid?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta varat proċess ta’ konsultazzjoni mal-Kunsilli Lokali, fosthom dak tal-Fgura, fejn talbithom jagħtu lista ta’ toroq li għandhom bżonn xogħol infrastrutturali u li huma ta’ prijorità għal-lokalità tagħhom, sabiex ikunu jistgħu jsiru fis-snin li ġejjn. Dan skont skeda dettaljata li għadha qed tiġi diskussa u miftiehma magħhom.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm investigazzjoni jew rapport preparat wara li kien hemm waqfien fit-traffiku nhar it-Tnejn 6 ta’ Frar 2023 mit-3.30.p.m sas-6.30.p.m fi Triq Aldo Moro, il-Marsa u t-toroq l-oħrajn? Jista’ jgħid x’passi ttieħdu sabiex it-traffiku li weħel f’diversi partijiet tal-gżira, l-iktar fin-naħa t’isfel, jiġu mċaqilqa fuq toroq oħrajn?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f'seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm investigazzjoni jew rapport preparat wara li kien hemm waqfien fit-traffiku nhar it-Tnejn 6 ta’ Frar 2023 mit-3.30.p.m sas-6.30.p.m fi Triq Aldo Moro, il-Marsa u t-toroq l-oħrajn? Jista’ jgħid x’passi ttieħdu sabiex it-traffiku li weħel f’diversi partijiet tal-gżira, l-iktar fin-naħa t’isfel, jiġu mċaqilqa fuq toroq oħrajn?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi dwar l-inċident li qed jirreferi għalih l-Onor. Membru, li seħħ nhar it-Tnejn 6 ta’ Frar 2023 waranofsinhar fi Triq Aldo Moro, il-Marsa, il-pulizija mill-għassa tal-Ħamrun ġew infurmati li kien hemm makkinarju li waqa’ waqt li kien qed jiġi trasportat u kien qed jostakola t-triq. Dawn mill-ewwel marru fuq il-post biex jevalwaw is-sitwazzjoni u jikkontrollaw it-traffiku waqt li raw li tingħalaq it-triq biex jiġi evitat kull periklu. Infurmat illi jassistu kien hemm ukoll uffiċjali minn TM u mil-LESA biex għenu fil-kontroll tat-traffiku. Minħabba li kien hemm tixrid ta’ żejt fl-istess triq, taw l-għajnuna tagħhom membri tal-Protezzjoni Ċivili. Dawn neħħew il-periklu biex sussegwentament setgħet tinfetaħ it-triq għan-normal. Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija nitolbok tagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 1390, 1657, 2056, 2928, 4461, 5066 u 5165, jista’ l-Ministru jgħid meta se jibda jsir ix-xogħol neċessarju fil-Pjazza Antoine de Paule, Raħal Ġdid u li almenu sal-aħħar tal-leġiżlatura preżenti dan se jiġi konkluż?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 4461.
Raħal Ġdid – Għajn Dwieli – manutenzjoni ta’ appartamenti
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5689, jista’ l-Ministru jgħid jekk humiex se jsiru xogħlijiet ta’ tiswija fl-appartamenti tal-Gvern li hemm faċċata tal-Knisja ta’ Għajn Dwieli, Raħal Ġdid, fi Triq Kordin u ċjoè Blk A, B, C u D tul din is-sena?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-blokok ta’ Binja Kordin fi Pjazza Sant’Antnin, Raħal Ġdid, mhumiex proprjetà tal-Awtorità tad-Djar.
Raħal Ġdid – pjazza quddiem il-Knisja ta’ Għajn Dwieli — xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk humiex se jsiru xogħlijiet matul din is-sena sabiex tiġi rranġata aħjar il-pjazza li hemm quddiem il-Knisja ta’ Għajn Dwieli, Raħal Ġdid u jgħid ukoll jekk jistgħux jinbidlu l-balavostri li qed jitmermru?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta varat proċess ta’ konsultazzjoni mal-Kunsilli Lokali, fosthom dak ta’ Raħal Ġdid, fejn talbithom jagħtu lista ta’ toroq li għandhom bżonn xogħol infrastrutturali u li huma ta’ prijorità għal-lokalità tagħhom, sabiex ikunu jistgħu jsiru fis-snin li ġejjn. Dan skont skeda dettaljata li għadha qed tiġi diskussa u mifthiema magħhom.
Raħal Ġdid – pjazza quddiem il-Knisja ta’ Għajn Dwieli — xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk humiex se jsiru xogħlijiet matul din is-sena sabiex tiġi rranġata aħjar il-pjazza li hemm quddiem il-Knisja ta’ Għajn Dwieli, Raħal Ġdid u jgħid ukoll jekk jistgħux jinbidlu l-balavostri li qed jitmermru?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tar-Raħal Ġdid li x-xogħlijiet imsemmija, inkluż t-tqegħid ta' balavostri ġodda, ser isiru mid-dipartiment kkonċernat fil-ġranet li ġejjin.
Għaldaqstant ikun aktar opportun jekk l-Onor. Interpellant jirreferi l-interpellanza tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
Raħal Ġdid – pjazza quddiem il-Knisja ta’ Għajn Dwieli — xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk humiex se jsiru xogħlijiet matul din is-sena sabiex tiġi rranġata aħjar il-pjazza li hemm quddiem il-Knisja ta’ Għajn Dwieli, Raħal Ġdid u jgħid ukoll jekk jistgħux jinbidlu l-balavostri li qed jitmermru?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li se jsiru xogħlijiet matul din is-sena sabiex tiġi rranġata l-pjazza li hemm quddiem il-Knisja ta’ Għajn Dwieli, Raħal Ġdid u l-balavostri jistgħu jinbidlu.
Għawdex – Kerċem — Għadira ta’ San Rafflu – xogħlijiet
Question
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 3368 u 4095, jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet saru fl-Għadira ta San Rafflu fil-limiti ta’ Kerċem u jistax jgħid ukoll liema awtorità hija inkarigata sabiex iżżomm l-ambjent tal-istess għadira nadif?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk l-Għadira ta’ San Rafflu fil-limiti ta’ Kerċem hijiex qed tiġi monitorata u l-ambjent tagħha miżmum u kkontrollat mill-uffiċjali tal-Ministeru?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bħalissa għaddej monitoraġġ fl-Għadira ta’ San Rafflu dwar il-kwalità tal-ilma u tal-ekoloġija skont id-Direttiva li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (Water Framework Directive). Bħala parti minn din l-istess Direttiva, l-immaniġġjar tas-sit isir skont ir-riżultati ta’ dan il-monitoraġġ.
Tista’ l-Ministru tgħid x’xogħol qiegħed isir fi Triq Brittanja, Raħal Ġdid ?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, fi Triq Brittanja f’Raħal Ġdid, l-Enemalta qed tgħaddi cables ġodda mis-substation ta’ Triq is-Sultana biex issaħħaħ id-distribuzzjoni għall-konsumaturi ta’ dawk in-naħat. Waqt dawn ix-xogħlijiet, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ħadet l-opportunità biex tibdel il-mains tal-ilma, tinstalla servizzi ġodda għar-residenti u tagħmel xogħol ta’ rinovar fuq il-manholes tad-drenaġġ.
Wied il-Għajn – Triq il-Knisja – xogħol ta’ asfaltar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk Triq il-Knisja, f’Wied il-Għajn, hux se tiġi asfaltata mill-ġdid billi sejra lura?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta varat proċess ta’ konsultazzjoni mal-Kunsilli Lokali, fosthom dak ta’ Wied il-Għajn, fejn talbithom jagħtu lista ta’ toroq li għandhom bżonn xogħol infrastrutturali u li huma ta’ prijorità għal-lokalità tagħhom, sabiex ikunu jistgħu jsiru fis-snin li ġejjn. Dan skont skeda dettaljata li qed tiġi diskussa u maqbula magħhom.
Wied il-Għajn – Triq il-Knisja – xogħol ta’ asfaltar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk Triq il-Knisja, f’Wied il-Għajn, hux se tiġi asfaltata mill-ġdid billi sejra lura?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mil-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala li t-triq inkwistjoni tagħmel parti minn lista ta’ toroq illi l-istess Kunsill talab lill-entità kkonċernata sabiex issir mill-ġdid.
Infurmat ukoll li fil-frattemp ser issir il-manutenzjoni u l-patching temporanju kollu li jkun hemm bżonn min-naħa tal-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk Triq Kurvetti, f’Raħal Ġdid, hux se tiġi asfaltata mill-ġdid billi sejra lura?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta varat proċess ta’ konsultazzjoni mal-Kunsilli Lokali, fosthom dak ta’ Raħal Ġdid, fejn talbithom jagħtu lista ta’ toroq li għandhom bżonn xogħol infrastrutturali u li huma ta’ prijorità għal-lokalità tagħhom, sabiex ikunu jistghu jsiru fis-snin li ġejjn. Dan skont skeda dettaljata li qed tiġi diskussa u maqbula magħhom.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk Triq Kurvetti, f’Raħal Ġdid, hux se tiġi asfaltata mill-ġdid billi sejra lura?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta' Raħal Ġdid illi l-Kunsill riċentement talab lill-entità kkonċernata sabiex titranġa l-iktar parti li għandha bżonn attenzjoni tat-triq imsemmija u dan minħabba li x-xoghol inkwistjoni ma jaqax fil-kompitu tal-Kunsill Lokali rispettiv.
Għalhekk, nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi d-domanda tieghu lill-Ministeru kkonċernat.