Legislature:
Category:
Reset
Active:

Bastimenti merkantili li daħlu f’pajjiżna f’dawn l-aħħar għaxar snin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu bastimenti merkantili f’pajjiżna tul dawn l-aħħar sentejn u kemm niżlu persuni minn abbord dawn l-bastimenti?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Bdil fis-sistema preżenti tat-traffiku f’Ħal Tarxien

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li s-sistema preżenti tat-traffiku li joħroġ minn Triq il-Palma u Triq San Anard f’Ħal Tarxien se tinbidel billi qiegħed jingħad li minflok se ssir roundabout li tbiddel il-konfigurazzjoni u l-flow tal-istess traffiku?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar – laqgħat in konnessjoni max-xogħol ministerjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba attenda laqgħat barra minn pajjiżna in konnessjoni max-xogħol Ministerjali tul is-sena li għaddiet? Jista’ jgħid ukoll min akkumpanjah u kemm kienu l-ispejjeż relattivi tal-vjaġġ u l-akkomodazzjoni?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul il-perjodu msemmi attendejt għal laqgħa waħda barra minn pajjiżna fejn kont akkumpanjat minn advisor. L-ispiża sħiħa kienet ta’ €3,300.60c.

Gazzetti — Għajnuna minħabba l-pandemija

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid liema huma l-gazzetti li ngħataw xi forma ta’ għajnuna minħabba l-effetti tal-pandemija u jekk il-gazzetta li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament hijiex tirċievi wkoll dan?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Santa Luċija – nuqqas ta’ aċċess għal toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill Lokali Santa Luċija ġiex ikkonsultat jew ikkonsultax ma’ Transport Malta dwar il-mod li bih numru ta’ toroq ġew kważi inaċċessibbli bit-tabelli li ma jippermettux l-aċċess li kien hemm qabel?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta' Santa Luċija illi fis-sena 2021, waqt li kienu għaddejjin ix-xogħlijiet relatati mal-Proġett ta’ Santa Luċija, l-entità kkonċernata kienet staqsiet lill-Kunsill Lokali jaqbilx li ‘Dawret it-Torri’ u ‘Triq il-Prinjoli’ isiru One-Way sabiex ikun jista' jsir il-promenade b’wisgħa ta’ tliet metri jew inkella jibqgħu two-way. F'dan ir-rigward, infurmat illi l-istess Kunsill kien iddeċieda favur li jsir il-promenade u allura t-toroq imsemmija saru 'One-Way.'

Kulleġġ ta’ Santa Margerita – exclusions f’dawn l-aħħar sitt snin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw exclusions lill-istudenti fil-Kulleġġ ta’ Santa Margerita tul dawn l-aħħar sitt snin, possibbilment maqsuma sena b’sena?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Għajnuna lil gazzetti minħabba l-pandemija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-gazzetti li ngħataw xi forma ta’ għajnuna minħabba l-effetti tal-pandemija u jekk il-gazzetta, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, hijiex tirċievi wkoll dan?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru, inkluż id-dipartimenti u l-entitajiet fi ħdanu, ma provdix għajnuna minħabba l-effetti tal-pandemija lil ebda gazzetta, inkluża dik li d-dettalji dwarha ingħataw separatament.

Turisti li niżlu f’pajjiżna tul dawn l-aħħar għaxar snin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm turisti li niżlu f’pajjiżna tul dawn l-aħħar għaxar snin sena b’sena?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Marsa – Triq Aldo Moro – waqfien fit-traffiku

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6360 u jgħid jekk kienx hemm investigazzjoni jew rapport ippreparat wara li kien hemm waqfien fit-traffiku nhar it-Tnejn 6 ta’ Frar 2023 mit-3.30 p.m sas-6.30 p.m fi Triq Aldo Moro, il-Marsa u t-toroq l-oħrajn? Jista’ jgħid x’passi ttieħdu sabiex it-traffiku li weħel f’diversi partijiet tal-gżira, l-iktar fin-naħa t’isfel, jiġu mċaqilqa fuq toroq oħrajn?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li huwa kompitu tal-Pulizija li jagħmlu investigazzjoni ta’ kif ġara il-każ, u jekk ikun il-każ is-segwenti passi li għandhom jittieħdu. Infurmat ukoll li Transport Malta ħadet azzjoni immedjata meta ġara l-inċident billi ġew assenjati l-uffiċjali tas-sezzjoni tal-muturi u l-operational response unit assistiti mill-Pulizija u LESA f’postijiet strateġiċi sabiex jiġi devjat u maniggjat it-traffiku. Bl-assistenza tal-uffiċjali ta’ Transport Malta u l-entitajiet l-oħra, it-triq bi tliet karreġġjati nżammet dejjem miftuħa fuq karreġġjata waħda. Meta ippermetta, u kien possibbli it-triq bdiet taħdem fuq żewġ karreġjati u biex jitnaqqass il-volum ta’ traffiku fi żona milquta saru devjazzjonijiet fit-toroq tal-madwar fejn prinċiparjament: Ġie devjat it-traffiku li kien gej mis-South minn Santa Luċija lejn Triq Garibaldi u jkompli ghal hdejn ic-Ċimiterju tat-torok ghall-Hal Qormi lejn Marsa-Hamrun bypass, kif ukoll lejn Ħaż-Żebbuġ. Ġie devjat parti mit-traffiku li kien ġej minn Triq Aldo Moro għal mar-roundabout imsejħa tas-suffarini lejn Albert Town, il-Menqa u Blata l-Bajda.

Fgura – Triq il-Kampanella – xogħol

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6358, jista’ l-Ministru jara u jikkonsidra mill-ġdid it-talba sabiex Triq il-Kampanella, Fgura, issir, billi fil-leġiżlatura preċedenti kien hemm impenn li din se ssir?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif ġie spjegat fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 6358, Infrastructure Malta għaddejja b’konsultazzjoni mal-kunsilli lokali kollha, inkluż il-Kunsill Lokali tal-Fgura, u rċeviet lista ta’ prijoritajiet għal-lokalità. Id-diskussjonijiet mal-kunsill għadhom mhux konklużi.

Raħal Ġdid – Pjazza Antoine de Paule – xogħlijiet

Question

B’referenza għall-mistoqsijiet 1390, 1657, 2056, 2928, 4461, 5066, 5165 u 6362, jista’ l-Ministru jgħid meta ser jibda x-xogħol neċessarju fil-Pjazza Antoine de Paule, Raħal Ġdid? Jista’ jgħid almenu jekk sal-aħħar tal-leġiżlatura preżenti dan hux ser ikun konkluż?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat ghad-domanda parlamentari 4461.

Raħal Ġdid – Triq Ninu Cremona – tappiera

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-uffiċjali tal-Ministeru marrux jaraw it-tappiera li hemm fil-bidu ta’ Triq Ninu Cremona, Raħal Ġdid billi qiegħda tagħti fastidju bil-ħoss kull darba li jgħaddu l-karozza minn fuqha?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tar-Raħal Ġdid illi l-istess Kunsill għaddej bid-diskussjonijiet dwar il-ħtieġa ta’ tiswijiet li huma meħtieġa b’rabta mas-suġġett inkwistjoni.

Raħal Ġdid – Triq Ninu Cremona – tappiera

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-uffiċjali tal-Ministeru marrux jaraw it-tappiera li hemm fil-bidu ta’ Triq Ninu Cremona, Raħal Ġdid billi qiegħda tagħti fastidju bil-ħoss kull darba li jgħaddu l-karozza minn fuqha?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Fgura – Triq il-Kampanella – xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 1198 u 5700, tista’ l-Ministru tara li x-xogħol ma jdumx ma jsir fi Triq il-Kampanella, il-Fgura, għax kull darba li tinżel ix-xita l-garages tar-residenti jsiru mhux operabbli?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet għadhom għaddejjin fl-imsemmija triq. Dan huwa xogħol intensiv li jinvolvi wkoll konnessjonijiet ma’ sistemi ta’ drenaġġ f’toroq oħra. Ix-xogħol qed isir b’kollaborazzjoni ma’ entitajiet oħra li min-naħa tagħhom qed iwettqu wkoll xogħlijiet prinċipali f’din it-triq.

Ħal Għaxaq – Għassa tal-Pulizija — manutenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jara li l-Għassa tal-Pulizija f’Ħal Għaxaq tinfetaħ iktar spiss u jindika x’xogħol ta’ manutenzjoni sar is-sena li għaddiet u x’beħsiebu jsir din is-sena?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li ġewwa l-lokalità ta’ Ħal Għaxaq ser jibda s-servizz ta’ pulizija tal-komunità fiż-żmien li ġej. Ninsab infurmat ukoll illi l-għassa f’Ħal Għaxaq tinfetaħ meta jkun hemm in-neċessità, u l-lokalità hija koperta mir-ronda regulari tal-uffiċjali tat-taqsima tal-RIU, kif ukoll dawk tad-distrett.

Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol – Laqgħat barra minn Malta fuq xogħol ministerjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba attenda laqgħat matul is-sena li għaddiet barra minn Malta in konessjoni max-xogħol ministerjali u jistax jindika wkoll min akkumpanjah u kemm kienu l-ispejjeż relattivi tal-vjaġġ u l-akkomodazzjoni?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa — laqgħat barra minn Malta fuq xogħol ministerjali

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il darba attenda laqgħat matul is-sena li għaddiet barra minn Malta in konessjoni max-xogħol ministerjali u jistax jindika wkoll min akkumpanjah u kemm kienu l-ispejjeż relattivi tal-vjaġġ u l-akkomodazzjoni?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bl-informazzjoni fuq is-safar kif mitluba minnu.

Kerċem, Għawdex – Għadira ta’ San Rafflu — xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsijiet parlamentari 3368, 4095 u 6355, jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet saru fl-Għadira ta’ San Rafflu fil-limiti ta’ Kerċem? Jista’ jgħid liema awtorità hija inkarigata sabiex iżżomm l-ambjent tal-istess għadira nadif?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Raħal Ġdid – Pjazza Antoine de Paule

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-uffiċjali tal-Ministeru marrux sabiex jeżaminaw l-istat li tinsab fih il-Pjazza Antoine de Paule, Raħal Ġdid, in vista tal-fatt li hemm ħafna traffiku li jgħaddi minnha u din jidher li għadha m’għaddietx lura f’idejn il-Kunsill Lokali?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għall-mistoqsija parlamentari 4461.

Raħal Ġdid – Triq Ninu Cremona – tappiera

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-uffiċjali tal-Ministeru marrux jaraw it-tappiera li hemm fil-bidu ta’ Triq Ninu Cremona, Raħal Ġdid billi qiegħda tagħti fastidju bil-ħoss kull darba li jgħaddu l-karozzi minn fuqha?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 6516 din għandha tiġi riferuta lill-Ministeru kkonċernat.