Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li attendejt laqgħa f’Stockholm, l-Iżvezja bejn it-13 u l-14 ta’ Frar 2023 organizzata mill-Presidenza Svediża tal-Kunsill tal-UE. Titlu: ‘ High-Level Meeting on Active and Autonomous Ageing’. M’hemmx iktar laqgħat li mistenni nattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena.
Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali – laqgħat fl-UE
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-laqgħat li attendejt u mistenni nattendi għalihom huma “TTE Informal Council of Ministers – Stockholm" fi Frar u “TTE Council of Ministers – Luxembourg" f'Ġunju li ġej.
Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar – laqgħat fl-UE
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kienx hemm laqgħat li kelli nattendi fi ħdan l-Unjoni Ewropea bħala Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar mill-bidu tas-sena sal-lum.
Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul din il-leġiżlatura ma kien hemm l-ebda laqgħat Informali Ministerjali dwar it-turiżmu u mhumiex ippjanati laqgħat informali tal-Kunsill tal-Ewropa dwar it-turiżmu sal-aħħar tal-Presidenza Svediża.
Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali – laqgħat fl-UE
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi attendejt għall-EYCS Council li sar bejn it-28 u d-29 ta’ Novembru (2022) u mistenni nattendi għall-istess Kunsill li jsir bejn il-15 u s-16 ta’ Mejju 2023.
Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża – laqgħat fl-UE
Question
Tista’ l-Ministru tgħid għal liema laqgħat attendiet fi ħdan l-Unjoni Ewropea u dawk li mistennija tattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħala prassi, u sa fejn ikun possibbli, jien nattendi l-laqgħat kollha li jsiru fi ħdan l-Unjoni Ewropea u li jkunu intenzjonati għall-Ministri responsabbli mit-temi partikolari tal-portafoll ministerjali tiegħi.
Normalment dawn ikunu jinkludu il-laqgħat li jsiru tal-Kunsill Ministerjali tal-Ambjent kif ukoll dak tal-Enerġija.
Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien attendejt għal dawn il-laqgħat li ġejjin mill-bidu ta' din il-leġiżlatura:
- 9 ta’ Ġunju 2022 – Justice and Home Affairs Council ġewwa l-Lussemburgu
- 13 u 14 t’Ottubru 2022 – Justice and Home Affairs Council ġewwa l-Lussemburgu
- 8 u 9 ta' Diċembru 2022 – Justice and Home Affairs Council ġewwa Brussell
- 9 u 10 ta’ Marzu 2023 – Justice and Home Affairs Council ġewwa Brussell
Intant fix-xhur li ġejjin ser nattendi l-Justice and Home Affairs Council bejn it-8 u 9 ta’ Ġunju 2023 ġewwa l-Lussemburgu.
Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza – laqgħat fl-UE
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li attendejt u mistenni nattendi laqgħat hekk kif ġej:
25-26 ta’ Jannar – Swedish Informal Home Affairs Council Meeting – Stokkolma, l-Iżvezja,
3-4 ta' Marzu - Med 5, Malta
9 ta’ Marzu – Formal Justice and Home Affairs Council Meeting – Brussell, il-Belġju.
20-21 ta’ Marzu – Jumbo Foreign and Defence Council Meeting + Schuman Security and Defence Forum 2023 – Brussell il-Belġju
8/9 ta’ Ġunju (Dettalji għad iridu jiġu mħabbra) – Formal Justice and Home Affairs Council Meeting – Lussemburgu.
Ministru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet – laqgħat fl-UE
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħala parti mix-xogħol Ministerjali tiegħi, nattendi regolarment għal diversi laqgħat imsejħa minn xi istituzzjoini tal-Unjoni Ewropeu, partikolarment dak tal-Kunsill tal-Ministri. Hu ppjanat li f’Mejju u Ġunju nattendi għal laqgħat skont l-Agenda maruġa mill-Presidenza.
Jista’ l-Ministru jara li jkun hemm bus stop shelters f’diversi toroq f’Santa Luċija, Malta, billi diversi persuni jridu jistennew il-karozza tal-linja sajf u xitwa mingħajr ilqugħ?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 7199 din għandha tiġi riferuta lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jara li jkun hemm bus stop shelters f’diversi toroq f’Santa Luċija, Malta, billi diversi persuni jridu jistennew il-karozza tal-linja sajf u xitwa mingħajr ilqugħ?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija, li fl-istess lokalità hemm numru ta’ bus shelters li waqt li kien qed isir il-proġett tal-promenade u l-junction ta’ Santa Luċija, l-entità kkonċernata kienet ħadet id-deċi¿joni li tinbidel id-direzzjoni tat-traffiku f’ċertu toroq u għaldaqstant kien hemm xi bus shelters antiki li spiċċaw fuq in-naħa opposta tat-triq, filwaqt li l-bus stops il-ġodda pre¿enement għadhom mingħajr bus shelter.
Infurmat illi l-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija kkomunika u għadu qiegħed jikkomunika mal-entità kkonċernata sabiex dawn l-istess bus shelters isiru fuq in-naħa t-tajba tat-triq.
Il-Furjana – ġonna Sir Luigi Preziosi u Vilhena – fondi allokati għaż-żamma tagħhom
Question
Jista’ l-Ministru jara li l-Kunsill Lokali tal-Furjana jiġi allokat biżżejjed fondi sabiex il-Ġonna Sir Luigi Preziosi u Vilhena jiġu miżmuma aħjar, billi għandhom bżonn kura?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-fondi li l-Kunsilli Lokali jingħataw sabiex iwettqu l-funzjonijiet statutorji tagħhom, inkluża l-funzjoni taż-żamma u manutenzjoni ta’ ġonna u parks pubbliċi, huma kif stabbiliti fil-formula li hemm fl-Att dwar Gvern Lokali (Kap. 363).
Intant infurmat ukoll mid-Diviżjoni għall-Gvern Lokali li l-Kunsill Lokali tal-Floriana din is-sena ġie allokat is-somma ta’ €55,900 għal din il-funzjoni.
Il-Furjana – ġonna Sir Luigi Preziosi u Vilhena – assistenza għaż-żamma tagħhom
Question
Tista’ l-Ministru tara li l-Kunsill Lokali tal-Furjana jiġi assistit u l-Ġonna Sir Luigi Preziosi u Vilhena jiġu miżmuma aħjar billi għandhom bżonn kura?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Il-Furjana – ġonna Sir Luigi Preziosi u Vilhena – assistenza għaż-żamma tagħhom
Question
Jista’ l-Ministru jara li l-Kunsill Lokali tal-Furjana jiġi assistit u l-Ġonna Sir Luigi Preziosi u Vilhena jiġu miżmuma aħjar billi għandhom bżonn kura?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nistieden lill-Onor. Interpellant jindirizza din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Il-Furjana – ġnien Sir Luigi Preziosi – grounds tal-futbol
Question
Jista’ l-Ministru jara li l-Kunsill Lokali tal-Furjana jiġi assistit sabiex il-grounds tal-futbol li hemm fil-Ġnien Sir Luigi Preziosi jiġu miżmuma aħjar billi għandhom bżonn kura?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kunsill imsemmi qatt ma saritlu talba f’dan is-sens.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija pubblika ta’ Ħal Tarxien tul is-sena 2022 u kemm kien hemm donazzjonijiet mill-pubbliku u mill-Kunsill Lokali?
Response (BONNICI, OWEN)
L-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t'hawn taħt:
Lokalità
Kotba mixtrija ġodda - 2022
Donazzjonijiet inkluż mil-pubbliku u l-Kunsilli Lokali – 2022
Tarxien
89
115
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija tal-Kulleġġ Malti tal-Arti, Xjenza u Teknoloġija (MCAST) tul is-sena 2022 u kemm kien hemm donazzjonijiet mill-pubbliku?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul l-2022 l-MCAST xtraw 168 ktieb ġdid, filwaqt li sar investiment fuq 102 e-book ukoll. L-MCAST irċiviet ukoll 77 ktieb bħala donazzjoni.