Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – implimentazzjoni ta’ Direttivi tal-UE

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew implimentati mill-Ministeru tiegħu tul is-sena 2022 u liema huma dawk li għadhom pendenti?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-sena 2022, il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagh, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni ma kellu l-ebda Direttiva tal-Unjoni Ewropea li kellha tkun trasposta fil-liġi nazzjonali u għaldaqstant m’hemm l-ebda Direttiva li hija pendenti.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali – implimentazzjoni ta’ Direttivi tal-UE

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew implimentati mill-Ministeru tiegħu tul is-sena 2022 u liema huma dawk li għadhom pendenti?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-sena 2022, il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali ma kellu l-ebda Direttiva tal-Unjoni Ewropea li kellha tkun trasposta fil-liġi nazzjonali u għaldaqstant m’hemm l-ebda Direttiva li hija pendenti.

Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża – implimentazzjoni ta’ Direttivi tal-UE

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew implimentati mill-Ministeru tagħha tul is-sena 2022 u liema huma dawk li għadhom pendenti?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-sena 2022, il-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża ma kellu l-ebda Direttiva tal-Unjoni Ewropea li kellha tkun trasposta fil-liġi nazzjonali u għaldaqstant m’hemm l-ebda Direttiva li hija pendenti.

Ministeru għall-Ġustizzja – implimentazzjoni ta’ Direttivi tal-UE

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew implimentati mill-Ministeru tiegħu tul is-sena 2022 u liema huma dawk li għadhom pendenti?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-sena 2022, il-Ministeru għall-Ġustizzja ma kellu l-ebda Direttiva tal-Unjoni Ewropea li kellha tkun trasposta fil-liġi nazzjonali u għaldaqstant m’hemm l-ebda Direttiva li hija pendenti.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza – implimentazzjoni ta’ Direttivi tal-UE

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew implimentati mill-Ministeru tiegħu tul is-sena 2022 u liema huma dawk li għadhom pendenti?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi fis-sena 2022, il-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza ma kellu l-ebda Direttiva tal-Unjoni Ewropea li kellha tkun trasposta fil-liġi nazzjonali u għaldaqstant m’hemm l-ebda Direttiva li hija pendenti.

Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol – implimentazzjoni ta’ Direttivi tal-UE

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew implimentati mill-Ministeru tiegħu tul is-sena 2022 u liema huma dawk li għadhom pendenti?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawk id-Direttivi tal-Unjoni Ewropea li kellhom data ta’ skadenza għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali fis-sena 2022 u li ġew trasposti huma s-segwenti: Direttiva tal-Kunsill (UE) 2019/2235 tas-16 ta’ Diċembru 2019 li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur mizjud u d-Direttiva 2008/118/KE dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa fir-rigward ta’ sforzi ta’ difiża fi ħdan il-qafas tal-Unjoni 30/06/2022 Direttiva (UE) 2021/2261 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2021 li temenda d-Direttiva 2009/65/KE fir-rigward tal-uzu ta’ dokumenti bl-informazzjoni ewlenija mill-kumpaniji maniġerjali tal-imprizi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) 30/06/2022 Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2021/1270 tal-21 ta’ April 2021 li temenda d-Direttiva 2010/43/UE fir-rigward tar-riskji għas-sostenibbiltà u l-fatturi ta’ sostenibbiltà li għandhom jitqiesu għall-Imprizi ta’ Investiment Kollettiv f’Titoli Trasferibbli (UCITS) 31/07/2022 Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2021/1269 tal-21 ta’ April 2021 li temenda d-Direttiva Delegata (UE) 2017/593 fir-rigward tal-integrazzjoni tal-fatturi tas-sostenibbiltà fl-obbligi ta’ governanza tal-prodotti 02/08/2022 Direttiva Tal-Kunsill (UE) 2021/514 tat-22 ta’ Marzu 2021 li temenda d-Direttiva 2011/16/UE dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni 31/12/2022

Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet – implimentazzjoni ta’ Direttivi tal-UE

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew implimentati mill-Ministeru tiegħu tul is-sena 2022 u liema huma dawk li għadhom pendenti?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-sena 2022, il-Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet ma kellu l-ebda Direttiva tal-Unjoni Ewropea li kellha tkun trasposta fil-liġi nazzjonali u għaldaqstant m’hemm l-ebda Direttiva li hija pendenti.

Marsaxlokk – statwa tal-Qalb ta’ Ġesu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li statwa ddedikata lill-Qalb ta’ Ġesu li kienet tinsab fil-moll ta’ Marsaxlokk fuq in-naħa tat-triq int u sejjer lejn Birżebbuġa, ġiet imkissra u mormija waqt li kien qiegħed isir ix-xogħol u jekk le, jista’ jassigura li titqiegħed lura f’postha?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Marsaxlokk illi l-imsemmija statwa tneħħiet minn postha minħabba, li diversi drabi ġiet milquta waqt xogħlijiet li kienu qed issiru fl-inħawi. Għaldaqstant infurmat li l-istatwa tneħħiet u tpoġġiet f’post sigur sakemm jitlesta x-xogħol. Intant, infurmat li l-istatwa tpoġġiet f’postha nhar il-Ġimgħa 17 ta’ Marzu 2023.

Marsaxlokk – statwa tal-Qalb ta’ Ġesu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li statwa ddedikata lill-Qalb ta’ Ġesu li kienet tinsab fil-moll ta’ Marsaxlokk fuq in-naħa tat-triq int u sejjer lejn Birżebbuġa, ġiet imkissra u mormija waqt li kien qiegħed isir ix-xogħol u jekk le, jista’ jassigura li titqiegħed lura f’postha?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Birgu – Casino di Venezia u hotel – sejħa għall-offerti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu sabiex dak li qabel kien il-Casino di Venezia u l-hotel ta’ ħdejh, fix-Xatt tal-Birgu, jerġgħu joħorġu għall-offerti?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 4464.

Bormla – Dock No. 1 – irranġar ta’ bini

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ser jittieħdu sabiex il-parti tal-bini fix-Xatt ta’ Bormla li qabel kienet okkupata fi ħdan id-Dock No. 1 jiġi rranġat billi qed issir il-ħsara sew fih?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sit inkwistjoni, fih medda ta’ mhux inqas minn tliet mija u ħamsin metru ta’ bini kontinwu, hemm bini li diġà ġie irrestawrat u qiegħed jintuża mill A.U.M, kif ukoll bini illi għadu mhux funzjonali u lanqas beda x-xogħol ta’ restawr fuqu iżda, hemm applikazzjoni pendenti mal-Awtorità tal-Ippjanar. Għaldaqstant ikun aħjar jekk jiġi indikat b’mod preċiż liema hu dan il-bini fejn bħalissa qiegħeda ssir l-allegata ħsara.

Bormla – Dock No. 1 – irranġar ta’ bini

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ser jittieħdu sabiex il-parti tal-bini fix-Xatt ta’ Bormla li qabel kienet okkupat fi ħdan id-Dock No. 1 jiġi rranġat billi qed issir il-ħsara sew fih?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi d-domanda tieghu lill-Ministeru kkonċernat.

Landscape Convention – dħul fis-seħħ

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Landscape Convention hux se tiġi fis-seħħ tul din is-sena?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern qed jaħdem fuq il-proċess ta’ ratifikazzjoni ta’ din il-Konvenzjoni. Aktar informazzjoni tingħata fiż-żmien li ġej

Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – laqgħat fl-UE

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt: Laqgħa Data Pajjiż Informal meeting of ministers responsible for Higher Education, Research and Innovation 24-25 ta' Jannar 2022 Pariġi EYCS Council 28-29 ta' Novembru 2022 Brussels 5th European Education Summit 1 ta' Diċembru 2022 Brussels EYCS Council 7 ta' Marzu 2023 Brussels Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li m’hemm l-ebda laqgħa oħra li hi kkonfermata apparti l-lista t’hawn fuq.

Ministru għal Għawdex – laqgħat fl-UE

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella t'hawn taħt: Visit Visit Dates Country City Island Commission General Assembly & Inter Mediterranean Commission Policial Bureau Meeting 22/02/2023 to 23/02/2023 Spain Palma De Mallorca CPMR Political Bureau Meeting 09/03/2023 to 10/03/2023 Spain Murcia

Ministru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittjiet tal-Konsumatur – laqgħat fl-UE

Question

Tista’ l-Ministru tgħid għal liema laqgħat attendiet fi ħdan l-Unjoni Ewropea u dawk li mistennija tattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-aħħar 12-il xahar attendejt għal dawn il-laqgħat fi ħdan l-Unjoni Ewropea: 12 ta’ Mejju 2022 Konferenza Ministerjali f’Pariġi organizzata mill-Presidenza Franċiża intitolata: Chemicals: Better Protecting Health and the Environment 22-23 ta’ Settembru 2022 Kunsill Informali tal-Ministri responsabbli mid-Drittijiet tal-Konsumaturi mtella’ fi Praga bħala parti minn sensiela ta’ laqgħat li jiġu organizzati mill-Istat Membru li jkun qed imexxi l-Presidenza tal-UE. Dwar attendenza għal-laqgħat sa Ġunju ta’ dis-sena, s’issa m’hemmx pjanat safar relatat ma’ materji fi ħdan l-UE.

Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — laqgħat fl-UE

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – laqgħat fl-UE

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa attendejt għall-unika laqgħa li kienet skedata f’Jannar 2023. Aktar laqgħat skedati li jien beħsiebni li nattendi huma f'Marzu, April, Mejju u Ġunju.

Marsaxlokk – statwa tal-Qalb ta’ Ġesu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li statwa ddedikata lill-Qalb ta’ Ġesu li kienet tinsab fil-moll ta’ Marsaxlokk fuq in-naħa tat-triq int u sejjer lejn Birżebbuġa, ġiet imkissra u mormija waqt li kien qiegħed isir ix-xogħol u jekk le, jista’ jassigura li titqiegħed lura f’postha?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istatwa li qed jirreferi għaliha fil-Mistoqsija Parlamentari numru 7419 mhux talli ma ġietx mormija, iżda nqalgħet sabiex ma jiġrilhiex ħsara waqt li kienu għaddejjin ix-xogħlijiet, u wara li ġiet irrestawrata, reġgħet tqiegħdet f’postha fis-17 ta’ Marzu.

Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ – laqgħat fl-UE

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħala l-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ attendejt għal laqgħat fi ħdan l-Unjoni Ewropea u mistenni nattendi għal laqgħat oħra f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena kif jidher hawn taħt: Fl-2023 attendejt għal-laqgħat tal-Kunsill tal-Affarijiet Barranin li saru fit-23 ta’ Jannar, l-20 ta’ Frar u l-20 ta’ Marzu, għal dan tal-aħħar ipparteċipajt ukoll fil-Forum Umanitarju Ewropew kif ukoll laqgħa konġunta mal-Ministri tad-Difiża. Barra minn hekk, attendejt ukoll għal-laqgħa tal-Kunsill Ġenerali fil-21 ta’ Marzu. Fid-9 ta’ Jannar 2023 iltqajt għall-ewwel darba mal-Ministru Ġermaniż għall-Ewropa u l-Klima fi ħdan l-Uffiċċju Federali tal-Affarijiet Barranin, l-E.T. Dr. Anna Lührmann, f’Malta. Nhar it-22 ta’ Jannar 2023 iltqajt mal-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Internazzjonali tar-Repubblika tal-Awstrija, E.T. Alexander Schallenberg fil-marġini tal-Kunsill tal-Affarijiet Barranin tal-Unjoni Ewropea fi Brussell. Fl-24 ta’ Jannar 2023, żort Ruma għal-laqgħat mal-Ministru Taljan tal-Intrapriżi u Made in Italy, l-Onor. Adolfo Urso kif ukoll mal-Ministru Taljan responsabbli għall-Affarijiet Ewropej, l-E.T. Raffaele Fitto. Fl-25 ta’ Jannar, attendejt laqgħa tal-Ambaxxaturi tal-pajjiżi tal-UE organizzata mill-Ambaxxatur Żvediż għal Malta, E.T. Andres Jato. Din il-laqgħa kienet fil-kuntest tal-presidenza Żvediża tal-Kunsill tal-UE. Fl-1 ta’ Frar, kelli laqgħa mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin tar-Rumanija, E.T. Bogdan Aurescu. Fit-8 ta’ Frar, iltqajt mad-Deputat Ministru għall-Finanzi tal-Litwanja, Onor. Mindaugas Liutvinska. Fis-17 ta’ Frar 2023, attendejt għall-Konferenza tas-Sigurtà ġewwa Munich, fejn fost l-oħrajn iltqajt mad-Deputat Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Olanda, l-E.T. Wopke Hoekstra, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, Unjoni Ewropea u Kooperazzjoni ta' Spanja, l-E.T. José Manuel Albares Bueno, u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin u l-Kooperazzjoni Internazzjonali tal-Italja, Onor. Antonio Tajani. Fit-23 ta’ Frar, ippresjedejt dibattitu fil-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda dwar il-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropeja u n-Nazzjonijiet Magħquda. Ir-Rappreżentant Għoli Josep Borrell enfasizza l-impenn tal-Unjoni Ewropeja għal diversi programmi u inizjattivi tal-Ġnus Magħquda. Malta, bhala Membru tal-UE, offriet li tospita dil-laqgħa waqt il-Presidenza Maltija li seħħet fi Frar. Mil-20 sal-21 ta’ Marzu 2023, ipparteċipajt fil-Forum Umanitarju Ewropew li qed jiġi organizzat mill-Kummissjoni Ewropea u l-Iżvezja fejn għamilt intervent. Ġejt ukoll mistieden nagħmel l-intervent ewlieni f’sezzjoni tal-Konferenza bl-isem ta’ “Inżidu l-impenn għat-tfal milquta mill-kunflitti: Ħidma madwar ir-Rabta bejn il-Ħidma Umanitarja, l-Iżvilupp u l-Paċi.” Fit-3 ta’ April se niltaqa’ mal-Kunsillier Federali u Kap tad-Dipartiment Federali tal-Affarijiet Barranin tal-Iżvizzera, E.T. Ignazio Cassis. F’April, f’Mejju u f’Ġunju, mistenni nipparteċipa fil-laqgħat tal-Kunsill tal-Affarijiet Barranin u tal-Kunsill tal-Affarijiet Ġenerali. Matul l-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena mistenni li nattendi wkoll għal-Laqgħat tal-Kunsill tal-Affarijiet Barranin fl-24 ta’ April, 22 ta’ Mejju u 26 ta’ Ġunju. Fit-12 ta' Mejju se nattendi wkoll għal-Laqgħa Informali tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin (magħrufa bħala Gymnich) fi Stokkolma.