Jista’ l-Ministru jgħid x’kien il-kaġun li fil-ġurnata tal-25 ta’ April 2023 filgħodu kien hemm it-traffiku u konġenstjoni qawwija, speċjalment għal min sejjer għax-xogħol mill-partijiet ta’ isfel tal-pajjiż?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minħabba li kmieni (07:44) fil-ġurnata indikata kien seħħ inċident serju fil-mina ta’ Santa Venera (direzzjoni Nofsinhar), il-mina l-oħra (direzzjoni Tramuntana) kellha tintuża fiż-żewġ direzzjonijiet b’kordinazzjoni bejn l-Awtorità tat-Trasport, il-Pulizija u l-LESA sabiex b’hekk tittaffa kemm jista’ jkun il-problema tat-traffiku fir-rush hour. Peress li s-sewwieq involut weġġa’ serjament, il-proċess twal u ż-żona reġgħet ġiet lura għan-normal fit-08:35.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kien il-kaġun li fil-ġurnata tal-25 ta’ April 2023 filgħodu kien hemm it-traffiku u konġenstjoni qawwija, speċjalment għal min sejjer għax-xogħol mill-partijiet ta’ isfel tal-pajjiż?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kien il-kaġun li fil-ġurnata tas-26 ta’ April 2023 filgħodu kien hemm it-traffiku u konġenstjoni qawwija, speċjalment għal min sejjer għax-xogħol mill-partijiet ta’ isfel tal-pajjiż?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-ġurnata msemmija l-kaġun ta’ konġestjoni ta’ traffiku kien minħabba numru ta' inċidenti li seħħu filgħodu, speċjalment fin-naħa t’isfel tal-pajjiż f’toroq arterjali kif tindika t-tabella ta’ hawn taħt.
Data Ħin Post
26/04/2023 07:29hrs Triq il-Gudja, Luqa
26/04/2023 07:33hrs Aldo Moro, Marsa
26/04/2023 08:27hrs Vjal l-Avjazzjoni, Luqa/Gudja (roundabout)
26/04/2023 09:00hrs Santa Venera Tunnel
26/04/2023 14:50hrs Triq Diċembru 13, Marsa
Jista’ l-Ministru jgħid x’kien il-kaġun li fil-ġurnata tas-26 ta’ April 2023 filgħodu kien hemm it-traffiku u konġenstjoni qawwija, speċjalment għal min sejjer għax-xogħol mill-partijiet ta’ isfel tal-pajjiż?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Il-Belt Valletta – Triq San Ġwann– tiswijiet taċ-ċangatura
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5686, li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u li issa ġiet riferuta lilu, u jara li l-ħsara li hemm fiċ-ċangatura fi Triq San Ġwann il-Belt Valletta, fil-parti li tibda minn Triq ir-Repubblika sa Strada Stretta, tiġi msewwija billi hija ta’ inkonvenjent u periklu kbir għal min jagħmel użu minnha?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta illi ċ-ċentru pedonali mhux responsabbiltà tal-Kunsill lokali. Għalhekk, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi d-domanda tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet il-ħsara li ġiet imġarrba kaġun tax-xita ġewwa Bighi, il-Kalkara, u jekk huwiex previst li x-xogħlijiet relattivi jibdew tul din is-sena?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-akbar ħsara li ġarrbet il-penisula ta’ Bighi fil-parti amministrata minn Heritage Malta, wara l-maltemp tad-9/10 ta’ Frar 2023, huwa tiġrif ta’ parti mill-ħajt għoli li jdawwar il-perimetru tal-penisula. Infurmat li bħalissa qed isiru l-istudji meħtieġa, anke ma’ entitajiet oħra kompetenti, sabiex jiġi stabbilit l-aħajr mod ta’ kif jista' jiġi kkonsolidat il-blat biex sussegwentement ikun jista’ jinbena l-ħajt.
Intant infurmat ukoll li għadu prematur f’dan l-istadju li tiġi kommessa data meta ser jinbeda dan ix-xogħol.
Finalment infurmat li bħalissa qiegħed jitkompla wkoll ix-xogħol ta’ ‘waterproofing’ fil-bjut tal-binjiet u qed jinbeda x-xogħol ta’ restawr f’partijiet tal-kumpless.
Jista’ l-Ministru jgħid liema xogħlijiet saru, jew hemm il-ħsieb li jsiru, tul dawn ix-xhur sabiex il-Bajja tar-Rinella ġewwa l-Kalkara jsirilha x-xogħol neċessarju sabiex tkun tista’ tintuża tul is-sajf li ġej?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar m’għandux xogħlijiet pjanati dwar il-Bajja tar-Rinella.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2321 tista’ l-Ministru tgħid jekk kienx hemm xi tibdil fix-xogħlijiet li huma previsti li jsiru fil-Ġnien taċ-Ċiniżi ġewwa Santa Luċija?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa qegħdin jiġu prodotti l-Fabrication Drawings kif stipulat fil-kuntratt mill-operatur li ser jesegwixxi x-xogħol fuq is-sit indikat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex se jsir ix-xogħol neċessarju u urġenti biex tissewwa l-ħsara li hemm fiċ-ċangatura tat-triq fi Triq San Ġwann, fil-Belt Valletta, fil-parti li tibda minn Triq ir-Repubblika sa Strada Stretta?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta għaddejja bi pjan ta’ konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali, inkluż dak tal-Belt Valletta.
Din it-triq ġiet identifikata għall-intervent bħala parti minn dan il-pjan. Madanakollu, diskussjonijiet għadhom ma ġewx konklużi.
Jista’ l-Ministru jgħid liema xogħlijiet saru jew hemm il-ħsieb li jsiru tul dawn ix-xhur sabiex il-Bajja tar-Rinella ġewwa l-Kalkara, isirilha x-xogħol neċessarju sabiex tkun tista’ tintuża tul is-sajf li ġej?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru m’għandux xogħol pjanat għal din iż-żona.
Jista’ l-Ministru jgħid liema xogħlijiet saru jew hemm il-ħsieb li jsiru tul dawn ix-xhur sabiex il-bajja tar-Rinella ġewwa l-Kalkara jsirilha x-xogħol neċessarju sabiex tkun tista’ tintuża tul is-sajf li ġej?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Kalkara li r-responsabilità tal-bajja ma taqax uffiċjalment fir-responsabilità tal-istess Kunsill. Madanakollu, infurmat illi l-Kunsill Lokali tal-Kalkara talab għall-għajnuna sabiex il-bajja u ż-żona ta' Rinella tiġi riġenerata.
Jista’ l-Ministru jgħid meta huwa previst li tkun lesta Triq Dun Ġużepp Demicoli ġewwa Ħal Għaxaq, u kemm ser tkun l-ispiża biex tiġi rranġata?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Għaxaq li x-xogħlijiet mexjin skont id-deadlines stipulati mill-entità kkonċernata.
Intant nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi d-domanda tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid meta huwa previst li tkun lesta Triq Dun Ġużepp Demicoli ġewwa Ħal Għaxaq, u kemm ser tkun l-ispiża biex tiġi rranġata?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fi Triq Dun Ġuzepp Demicoli Għaxaq, fil-parti bejn Triq il-Belt Valletta u Triq Ġuzepp D’Arena, għandhom ikunu lesti sal-bidu ta’ Mejju 2023. Ix-xogħlijiet huma stmati li ser jiswew madwar €600,000.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2312 dwar ix-xogħlijiet li huma previsti li jsiru fl-Iskola Primarja ta' Ħal Għaxaq, jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett sabiex tiġi rranġata u rinnovata din l-iskola?
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2315, jista’ l-Ministru jgħid jekk ġietx stabbilita l-ġurnata li fiha ser jibda x-xogħol f’Misraħ Karmnu Grima ġewwa ż-Żejtun?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali taż-Żejtun illi l-Kunsill ħejja lista ta’ prijoritajiet ta’ toroq sabiex jiġu mwettqa minn l-entità kkonċernata fis-sena 2023. Dawn infurmat li kienu magħżula mis-Sindku bl-approvazzjoni tal-Kunsill skont l-urġenza u l-kundizzjoni tal-wiċċ tat-triq.
Infurmat ukoll li Misraħ Karmnu Grima hi elenkata mal-lista li ser tgħaddi lill-entità kkonċernata aktar tard din is-sena sabiex issir fl-2024.
Rigward il-parti tad-domanda dwar ġurnata li fiha ser jibda definittivament ix-xogħol fl-imsemmi misraħ, nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2318, jista’ l-Ministru jgħid jekk ġietx stabbilita l-ġurnata li fiha ser jibda jsir ix-xogħol f’Misraħ Karmnu Grima ġewwa ż-Żejtun?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta għaddejja b’taħdidiet mal-Kunsilli Lokali kollha biex isir pjan ta’ xogħol ta’ toroq residenzjali f’kull lokalità. Fid-dawl li dawn id-diskussjonijiet għadhom ma ġewx konklużi, ir-responsabiltà tat-tiswijiet u l-manutenzjoni regolari ta’ toroq lokali bħal din imsemmija hija tal-kunsill lokali. Dawn għandhom ir-riżorsi meħtieġa sabiex ikomplu jagħmlu t-tiswijiet temporanji u manutenzjoni li kull triq tkun teħtieġ minn żmien għal żmien.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2319 dwar xogħlijiet fuq dik li tissejjaħ ‘Smoking Room’ ġewwa Bighi, il-Kalkara, jista’ l-Ministru jgħid jekk dawn ix-xogħlijiet għadhomx ser jibdew u jitkomplew tul din is-sena?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li Heritage Malta tinsab fil-proċess relatat mal-permess tal-Awtorità kkonċernata kif ukoll qed jiġi ppreparat it-tender relattiv sabiex jinħareġ mill-aktar fiss.
Intant infurmat li x-xogħlijiet strutturali mistennija jibdew iktar tard din is-sena.
Ministru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet – laqgħat fl-UE
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7210, filwaqt li l-Ministru japprezza li għandu jattendi laqgħat varji, jista’ jindika bil-preċiż liema laqgħat attenda u liema mistenni jattendi?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hu ppjanat li fit-22 ta’ Mejju, l-1 u 2 tà Ġunju nattendi għal laqgħat skont l-A[enda maħruġa mill-Presidenza tal-kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-gazzetti li ngħataw xi forma ta’ għajnuna minħabba l-effetti tal-pandemija u jekk il-gazzetta, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, hux qed tirċievi wkoll dan?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Tista’ l-Ministru tgħid liema huma l-gazzetti li ngħataw xi forma ta’ għajnuna minħabba l-effetti tal-pandemija u jekk il-gazzetta, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, hux qed tirċievi wkoll dan?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.