Legislature:
Category:
Reset
Active:

MFHEA — konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8328 u jgħid kemm hemm konsulenti ingaġġati mal-Malta Further & Higher Education Authority (MFHEA) u kemm minnhom ġew hekk ingaġġati fl-aħħar sentejn? Jista’ wkoll jgħid jekk dawn sarux bl-approvazzjoni tal-Bord relattiv?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

MFHEA — infiq

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8330 u jikkonferma li fl-aħħar erba’ snin l-infiq fil-Malta Further & Higher Education Authority (MFHEA) qabeż in-€0.5 miljun ta’ dak li kien approvat mill-estimi?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Il-Furjana – manutenzjoni taż-żona wara l-Librerija Pubblika Ċentrali

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8484, jista’ l-Ministru jara li ssir spezzjoni fuq il-parti ta’ wara tal-Librerija Pubblika Ċentrali l-Furjana faċċata tal-Msida Bastion Historic Garden, int u tiela’ lejn l-Uffiċini tal-Kumissarju tat-Taxxi Interni billi mhijiex tiġi kkurata u miżmuma tajjeb ?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.

Ħaż-Żabbar – Triq il-Kunsill tal-Ewropa — xogħol

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8485, jista’ l-Ministru jibgħat uffiċjali sabiex jaraw b’għajnejhom it-traffiku u l-komplikazzjonijiet li qed jinqalgħu ta’ kuljum? Huwa possibbli li x-xogħol fi Triq il-Kunsill tal-Ewropa Fgura/Żabbar jitlesta qabel,?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt il-messaġġ tiegħu lill-awtoritajiet ikkonċernati biex jieħdu azzjoni skont il-bżonn. Infurmat li x-xogħol skedat miexi b’ritmu tajjeb u għalkemm b’mod ristrett it-triq baqgħet tiffunzjona fiż-żewġ direzzjonijiet minkejja l-interventi massivi li għaddejjin.

Kumpens lill-barklora

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 6842, 6941 u 8487, billi ai termini tal-istess liġi hemm l-obbligu li jinġabru dawn l-ispejjeż u għalhekk hemm dmir pożittiv fuq l-istat, jista’ l-Ministru jgħid kif il-Barklori se jiġu kumpensati?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi kif spjegajt fil-mistoqsija parlamentari 6941, l-Att dwar il-Ħlas ta’ Dritt lill-Barklori, Kapitolu 73 tal-Liġijiet ta’ Malta għadu fis-seħħ. F’dawn l-aħħar għaxar snin ma tħallsu jew inġabru l-ebda ħlasijiet f’dan il fond mid-Dwana, u mill-aġenti tal-vapuri. Infurmat ukoll illi d-Dwana kkonfermat li fl-aħħar 16-il sena, il-vapuri fil-port dejjem użaw il-passarella għall-iżbark tal-passiġġieri.

MCAST – ftehim kollettiv ġdid f’kategoriji varji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema pożizzjoni jinsabu n-negozjati sabiex ikun hemm ftehim kollettiv ġdid fil-kategoriji varji fi ħdan l-MCAST, senjatament f’dawk fejn hemm direttivi industrijali għaddejjin mill-membri li japparetjenu lill-UĦM?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmat li n-negozjati mal-UHM għadhom għaddejjin.

Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat – kundizzjonijiet tal-avukati u prokuraturi legali

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 7941, 8315 u 8478, jista’ l-Ministru jara li n-negozjati indikati fl-aħħar tweġiba jsiru verament fl-iqsar żmien possibbli, tenut kont tal-fatt li hemm differenza sostanzjali fil-kondizzjonijiet preżenti ma’ dawk tal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u fl-interess tal-Istat ikun aħjar jekk ikunu uniformi?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’għandix xi nżid iktar mat-tweġibiet li tajt fil-mistoqsijiet parlamentari numri 7941, 8315 u 8478.

Il-Gudja– Triq De Warsbergħ — xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 5694 u 8481 dwar Triq De Warsbergh, Gudja, jista’ l-Ministru jgħid kemm hi prevista l-ispiża għall-istess tiswijiet?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant l-ispiża prevista tax-xogħlijiet fuq Triq De Warsbergh hija ta’ Euro 93,034.47 (mingħajr VAT).

Raħal Ġdid – Triq Kurvetti – xogħol ta’ asfaltar

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsiiet parlamentari 5962 u 8482, jista’ l-Ministru jgħid jekk jistgħux isiru l-arranġamenti u l-koordinazzjoni neċessarja sabiex ix-xogħlijiet fi Triq Kurvetti, f’Raħal Ġdid ma jdumux ma jsiru?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif diġà spjegajna fit-tweġibiet tal-Mistoqsijiet Parlamentari preċedenti, Infrastructure Malta qiegħda taħdem mall-Kunsilli Lokali u x-xogħol tat-toroq jiġi allokat skont l-esiġenzi u l-prijoritajiet tal-lokalità rispettiva tagħhom.

MFHEA – Yearly Business Plan

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8333 u jgħid jekk matul dawn l-aħħar erba’ snin fi ħdan il-Malta Further & Higher Education Authority (MFHEA) kienx hemm Yearly Business Plan sottomess kull sena lill-Bord għad-diskussjoni u għall-approvazzjoni u jekk iva, jista’ jqiegħed kopja ta’ dawn fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

MFHEA – reviżjoni tal-operat

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8332 u jgħid jekk matul dawn l-aħħar snin saritx reviżjoni indipendenti tal-operat tal-Malta Further & Higher Education Authority (MFHEA) u jekk iva, jista’ jgħid x’kienu dawn ir-rakkomandazzjonijiet, minn min saru u jqiegħed kopja ta’ dan fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Ombudsman għall-Edukazzjoni – każ kontra l-MFHEA

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8327 u jgħid jekk huwiex minnu li matul is-sena li għaddiet l-Ombudsman għall-Edukazzjoni rrakkomanda każ kontra l-Malta Further & Higher Education Authority, (MFHEA), u jekk dan huwa minnu, kemm kienet l-ispiża inkorsa, x’kienet in-natura tal-każ u min approva l-pagamenti relattivi?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Wied il-Għajn – Triq ix-Xatt – pavimentar

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5953, jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx avvanz fil-pjani sabiex il-pavimentar tax-Xatt ta’ Wied-il-Għajn isir?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta qed taħdem fuq pjan għax-Xatt ta' Wied il-Għajn. Bħalissa qed isiru d-disinji preliminari. Jekk il-proġett jintlaqa' jkun jista' jiġi mwettaq fis-snin li ġejjin.

Il-Furjana – manutenzjoni taż-żona wara l-Librerija Pubblika Ċentrali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk iż-żona li tinsab wara l-Librerija Pubblika Ċentrali ġewwa l-Furjana, faċċata tal-Imsida Bastion Historic Garden, hijiex ser tiġi kkurata u miżmuma tajjeb?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nitlob lil-Onor. Interpellant sabiex jindirizza l-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Il-Furjana – manutenzjoni taż-żona wara l-Librerija Pubblika Ċentrali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk iż-żona li tinsab wara l-Librerija Pubblika Ċentrali ġewwa l-Furjana, faċċata tal-Imsida Bastion Historic Garden, hijiex ser tiġi kkurata u miżmuma tajjeb?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jindika eżattament iż-żona li qiegħed jirreferi għaliha.

Ħaż-Żabbar – Triq il-Kunsill tal-Ewropa – xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm se jdum għaddej ix-xogħol fi Triq il-Kunsill tal-Ewropa fil-karreġġjata minn Ħaż-Żabbar lejn il-Fgura billi qiegħda tingħalaq arterja importanti għat-traffiku kuljum?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fi Triq il-Kunsill tal-Ewropa fil-karreġġjata minn Ħaż-Żabbar lejn il-Fgura hu previst li jkun lest f’Awwissu ta’ din is-sena. Ta’ min jinnota li t-traffiku baqa’ għaddej b’mod ikkontrollat mis-south bound lanes.

Ħaż-Żabbar – Triq il-Kunsill tal-Ewropa – xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm se jdum għaddej ix-xogħol fi Triq il-Kunsill tal-Ewropa fil-karreġġjata minn Ħaż-Żabbar lejn il-Fgura billi qiegħda tingħalaq arterja importanti għat-traffiku kuljum? Jista' jgħid ukoll x'ħidma twettqet biex l-inkonvenjent jonqos?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-interpellanza tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.

Ħlas lill-barklora b’rabta mat-turisti li niżlu f’pajjiżna

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6842 u b’referenza għall-istatistika li turi li fl-ewwel tliet xhur tas-sena niżlu f’pajjiżna 72,000 persuna bil-cruiseliners, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Att dwar il-Ħlas ta’ Dritt lill-Barklori (Kap. 73 tal-Liġijiet ta’ Malta) ġiex osservat u jekk inġabrux il-flus hemm indikati? Jekk iva, meta ser jiġu distribwiti lill-barklora?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6941.

Raħal Ġdid – Ġnien Lorry Sant – xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5406, jista’ l-Ministru jgħid għaliex ix-xogħlijiet fi Ġnien Lorry Sant, f’Raħal Ġdid waqgħu lura u għadhom mhux lesti?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tar-Raħal Ġdid illi bħalissa l-proġett fl-imsemmi ġnien wasal fl-aħħar fażijiet tiegħu, hekk kif qed isir il-pavimentar finali tal-istess ġnien.