Ħamrun – faċilitajiet sanitarji fil-kumpless ġdid tal-Handball
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8714 u jgħid meta se jkunu lesti l-faċilitajiet sanitarji fil-kumpless il-ġdid tal-Handball fil-Ħamrun? Jista’ jgħid ukoll meta se jinbnew l'hekk imsejħin changing rooms għall-atleti u meta se tibda taħdem l-iscore board?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-kumpless sportiv ta’ Maria Assunta fil-Ħamrun diġà hemm faċilitajiet sanitarji. Bl-istess mod li fl-aħħar snin ingħatat dehra ġdida permezz ta’ servizzi ta’ faċilitajiet ġodda, l-istess se jibqa’ jsir.
Il-Belt Valletta – Triq San Ġwann– tiswijiet taċ-ċangatura
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7954, jista’ l-Ministru jgħid jekk itteħdux passi biex Triq San Ġwann, fil-Belt Valletta, tiġi rranġata fil-parti indikata fl-istess mistoqsija?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Diviżjoni għat-Tindif u Manutenzjoni hija biss responsabbli minn ħsarat żgħar li jinqalgħu fiċ-ċangaturi. Għaldaqstant nitolbu biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Il-Belt Valletta – Triq San Ġwann– tiswijiet taċ-ċangatura
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7954, jista’ l-Ministru jgħid jekk itteħdux passi biex Triq San Ġwann, fil-Belt Valletta, tiġi rranġata fil-parti indikata fl-istess mistoqsija?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Triq San Ġwann, fil-Belt Valletta fil-parti li tibda minn Triq ir-Repubblika sa Strada Stretta, hija waħda mit-toroq li l-Kunsill Lokali ppropona li għandha tiġi rranġata, madanakollu d-diskussjonijiet mal-kunsill rigward il-prijoritajiet tax-xogħol għadhom ma ġewx konklużi.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol ġewwa Delceppo Ground, f’Bormla?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Bormla li x-xogħlijiet mixjin hekk kif inhu ppjanat.
Infurmat li sakemm ma jkunx hemm problemi mhux mistennija, jonqos biss li jsir turf artifiċjali fil-5-a-side football pitch, jiġu installati CCTV cameras u jitwaħħlu l-bandli.
Raħal Ġdid – pjazza quddiem il-Knisja ta’ Għajn Dwieli — xogħlijiet
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6354, jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu x-xogħlijiet fil-pjazza ta’ quddiem il-Knisja ta’ Għajn Dwieli, f’Raħal Ġdid?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninsab infurmat li nħadmu 130 minn 170 balavostra u nbeda x-xogħol fuq il-parti fejn ser issir rampa għall-persuni bi bżonnijiet speċjali. Tneħħa s-soprabank u l-balavostri eżistenti biex issa jkun jista’ jibda wkoll ix-xogħol fuq il-parti tal-ħajt.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8952, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali, u ċjoè: B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 1390, 1657, 2056, 2928, 4461, 5066, 5165 u 6362 jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi forma ta’ żvilupp fuq ix-xogħol neċessarju fil-Pjazza Antoine de Paule f’Raħal Ġdid fid-dawl li din is-sitwazzjoni issa ilha pendenti s-snin u jindika meta se jibda jsir ix-xogħol neċessarju f’din il-pjazza ?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nistieden lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8952, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali, u ċjoè: B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 1390, 1657, 2056, 2928, 4461, 5066, 5165 u 6362 jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi forma ta’ żvilupp fuq ix-xogħol neċessarju fil-Pjazza Antoine de Paule f’Raħal Ġdid fid-dawl li din is-sitwazzjoni issa ilha pendenti s-snin u jindika meta se jibda jsir ix-xogħol neċessarju f’din il-pjazza?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta fi ħdan il-Ministeru ntalbet biex tassisti lill-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali biex jindirizza xi ħsarat li żviluppaw fil-wiċċ ta’ din il-pjazza. Infrastructure Malta kkummissjonat studji u numru ta’ testijiet biex isiru rakkomandazzjoniet kif l-aħjar jiġu indirizzati dawn il-ħsarat wara diskussjonijiet mal-awtoritajiet ikkonċernati.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8952, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali, u ċjoè: B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 1390, 1657, 2056, 2928, 4461, 5066, 5165 u 6362 jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi forma ta’ żvilupp fuq ix-xogħol neċessarju fil-Pjazza Antoine de Paule f’Raħal Ġdid fid-dawl li din is-sitwazzjoni issa ilha pendenti s-snin u jindika meta se jibda jsir ix-xogħol neċessarju f’din il-pjazza?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8952, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali, u ċjoè: B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 1390, 1657, 2056, 2928, 4461, 5066, 5165 u 6362 jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx xi forma ta’ żvilupp fuq ix-xogħol neċessarju fil-Pjazza Antoine de Paule f’Raħal Ġdid fid-dawl li din is-sitwazzjoni issa ilha pendenti s-snin u jindika meta se jibda jsir ix-xogħol neċessarju f’din il-pjazza?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8332 u 8706 u jgħid jekk matul dawn l-aħħar snin saritx reviżjoni indipendenti tal-operat tal-Malta Further & Higher Education Authority (MFHEA) u jekk iva, jista’ jgħid x’kienu dawn ir-rakkomandazzjonijiet, minn min saru u jqiegħed kopja ta’ dan fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8327 u 8707 u jgħid jekk huwiex minnu li matul is-sena li għaddiet l-Ombudsman għall-Edukazzjoni rrakkomanda każ kontra l-Malta Further & Higher Education Authority, (MFHEA), u jekk dan huwa minnu, kemm kienet l-ispiża inkorsa, x’kienet in-natura tal-każ u min approva l-pagamenti relattivi?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8328 u 8708 u jgħid kemm hemm konsulenti ingaġġati mal-Malta Further & Higher Education Authority (MFHEA) u kemm minnhom ġew hekk ingaġġati fl-aħħar sentejn? Jista’ wkoll jgħid jekk dawn sarux bl-approvazzjoni tal-Bord relattiv?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8330 u 8709 u jikkonferma li fl-aħħar erba’ snin l-infiq fil-Malta Further & Higher Education Authority (MFHEA) qabeż in-€0.5 miljun ta’ dak li kien approvat mill-estimi?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Il-Furjana – manutenzjoni taż-żona wara l-Librerija Pubblika Ċentrali
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8710, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali, u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8484, jista’ l-Ministru jara li ssir spezzjoni fuq il-parti ta’ wara tal-Librerija Pubblika Ċentrali l-Furjana faċċata tal-Msida Bastion Historic Garden, int u tiela’ lejn l-Uffiċini tal-Kumissarju tat-Taxxi Interni billi mhijiex tiġi kkurata u miżmuma tajjeb?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jindirizza din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jara li l-ħajt li hemm fil-Pjazza De Paule, ġewwa Raħal Ġdid, li miegħu kellhom jitkabbru numru ta’ pjanti, jiġi kkurat?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid li l-istess Kunsill qiegħed jiddiskuti u jesplora diversi toroq 'il quddiem b’rabta mas-suġġett inkwistjoni.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid f’liema stadju jinsab il-bini tal-Paola Hub, kemm intefaq s’issa u jekk xi ħadd mill-Ministeru ltaqax mar-residenti in vista tal-volum tat-traffiku li dan se jġib u d-diffikultà fil-parkeġġ?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi x-xogħol fuq iċ-Ċentru għas-Saħħa Reġjonali Vincent Moran huwa avvanzat u on target sabiex jilqa’ l-ewwel pazjenti din is-sena. In-nefqa s’issa hi ta’ madwar €29 miljun. Ninformah ukoll illi sar traffic impact assessment minn Transport Malta mal-permess tal-binja, u l-proġett ġie ddisinjat b’parkeġġ inkorporat miegħu li ser jesa' madwar 230 karozza, għall-użu tal-pazjenti, l-istaff, u residenti tal-madwar.