Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8333 u 8705 u jgħid jekk matul dawn l-aħħar erba’ snin fi ħdan il-Malta Further & Higher Education Authority (MFHEA) kienx hemm Yearly Business Plan sottomess kull sena lill-Bord għad-diskussjoni u għall-approvazzjoni u jekk iva, jista’ jqiegħed kopja ta’ dawn fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-business plans dejjem ġew sottomessi skont il-proċedura stabbilita.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8332 u 8706 u jgħid jekk matul dawn l-aħħar snin saritx reviżjoni indipendenti tal-operat tal-Malta Further & Higher Education Authority (MFHEA) u jekk iva, jista’ jgħid x’kienu dawn ir-rakkomandazzjonijiet, minn min saru u jqiegħed kopja ta’ dan fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-aħħar snin saru 2 audits interni.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8327 u 8707 u jgħid jekk huwiex minnu li matul is-sena li għaddiet l-Ombudsman għall-Edukazzjoni rrakkomanda każ kontra l-Malta Further & Higher Education Authority, (MFHEA), u jekk dan huwa minnu, kemm kienet l-ispiża inkorsa, x’kienet in-natura tal-każ u min approva l-pagamenti relattivi?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispiża totali kienet ta’ €494.30, dan il-pagament ġie approvat mis-CEO tal-MFHEA.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8328 u 8708 u jgħid kemm hemm konsulenti ingaġġati mal-Malta Further & Higher Education Authority (MFHEA) u kemm minnhom ġew hekk ingaġġati fl-aħħar sentejn? Jista’ wkoll jgħid jekk dawn sarux bl-approvazzjoni tal-Bord relattiv?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li infurmat li l-MFHEA m’għandhiex konsulenti ingaġġati.
Liġi dwar il-Ġustizzja Riparatriċi – rapport annwali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk għaddhiex għandu r-rapport annwali skont is-subartikolu 3 tal-Artikolu 9 tal-Liġi dwar il-Ġustizzja Riparatriċi fis-sena li għaddiet 2022?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 9942.
Liġi dwar il-Ġustizzja Ripratriċi – Parole Dossiers
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew preparati Parole Dossiers ai termini tal-Liġi dwar il-Ġustizzja Riparatriċi matul is-sena li għaddiet 2022?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li tnejn u erbgħin (42) Parole Dossiers ġew preparati fis-sena 2022 u dan skont l-artiklolu 13 tal-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi.
Ta' min isemmi wkoll li apparti dawn it-tnejn u erbgħin (42) Parole Dossiers, ġie ppreparat Parole Dossier ieħor u dan wara li l-Qorti Kostituzzjonali ddeċidiet dwar dan.
Liġi dwar il-Ġustizzja Riparatriċi – rapporti mill-Offender Assessment Board
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew diskussi u ppreparati ai termini tal-Liġi dwar il-Ġustizzja Riparatriċi rapporti mill-Offender Assessment Board matul is-sena 2022?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi fis-sena 2022, tlieta u erbgħin (43) rapporti ġew diskussi u preparati mill-Offender Assessment Board ai termini tal-Liġi. Dan jinkludi rapport li ġie diskuss u preparat wara li l-Qorti Kostituzzjonali ddeċidiet dwar dan.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti fl-iskejjel sekondarji ta’ pajjiżna fl-aħħar sena akkademika u jekk setgħux jitgħallmu l-lingwa Portugiża? Jekk iva, kemm ġew mgħallma l-lingwa Portugiż?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lingwa msemmija mhix mgħallma la fl-Iskejjel tal-Istat u lanqas fl-Iskejjel tal-Knisja u dawk Indipendenti.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti fl-iskejjel sekondarji ta’ pajjiżna fl-aħħar sena akkademika u jekk setgħux jitgħallmu l-lingwa Ġappuniża? Jekk iva, kemm ġew mgħallma l-lingwa Ġappuniża?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lingwa msemmija mhix mgħallma la fl-Iskejjel ta’ l-Istat u lanqas fl-Iskejjel tal-Knisja u dawk Indipendenti.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti fl-iskejjel sekondarji ta’ pajjiżna fl-aħħar sena akkademika u jekk setgħux jitgħallmu l-lingwa Ċiniża? Jekk iva, kemm ġew mgħallma l-lingwa Ċiniża?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’din is-sena skolastika fl-Iskejjel Medji u Sekondarji tal-Istat hemm 12,445 student. Bħalissa hemm 13-il student li qed jitgħallmu ċ-Ċiniż.
Tista’ l-Ministru tgħid x’passi ttieħdu matul is-sena li għaddiet u li qegħdin jittieħdu sal-lum f’dak li jissejjaħ il-Magħluq, f’Wied il-Għajn, mid-dipartiment rispettiv?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Ambjent Malta u l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) ikkollaboraw mill-qrib mal-għaqda volontarja Nature Trust Malta sabiex komplew jitwettqu diversi interventi għar-riabilitazzjoni u l-ħarsien tas-sit imsemmi. Fil-fatt, it-tmexxija ta’ dan is-sit hija koperta wkoll bi ftehim bejn l-ERA u Nature Trust Malta. L-interventi li saru matul is-sena li għaddiet kienu jinkludu:
· Ttħammil u tneħħija ta’ materjal mill-ilma biex tittejjeb iċ-ċirkolazzjoni u biex jissaħħaħ l-ambjent naturali fejn jgħix il-Bużaqq (il-ħuta nazzjonali);
· Tneħħija ta’ speċi aljeni invażivi;
· Estensjoni tal-ambjent naturali li jżomm l-ilma;
· Studju dwar il-popolazzjoni tal-Bużaqq;
· Tħawwil ta’ siġar indiġeni;
· Monitoraġġ tal-kwalità tal-ilma;
· Photographic survey biex isir magħruf l-istat tal-ħitan taħt il-livell tal-ilma fil-Magħluq;
· Xogħol ta’ restawr tal-ħitan tas-sejjieħ.
Barra minn hekk, dan ix-xahar se tiġi ppubblikata sejħa għall-offerti biex jinbidel il-fencing li jdawwar is-sit.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm EU Country Nationals reġistrati li qegħdin jaħdmu uffiċjalment f’pajjiżna sal-aħħar tas-sena 2022 u kemm kien hemm qegħdin jirreġistraw?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kien hemm 111-il EU Country Nationals jirreġistraw fuq l-ewwel u tieni parti tar-reġistru sal-aħħar ta’ Diċembru 2022.
Rigward in-numru ta' EU Country Nationals jaħdmu uffiċjalment f’pajjiżna, nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-PQ 9781.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk it-Tribunal għas-Sanzjonijiet Kummerċjali għadux jopera jew le u jekk iva, minn min hu kompost, kemm-il darba ltaqa’ s-sena li għaddiet u jekk kienx hemm persuna ġuridika jew naturali li ġiet blacklisted?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-Tribunal għas-Sanzjonijiet Kummerċjali għadu jopera u hu kompost skont it-tabella t'hawn taħt:
ChairpersonDr Jacqueline Tanti-Dougall
Deputat ChairpersonReginald Fava
MembruDr Joseph Fava
Membru SostitutGaetano Tanti
SegretarjaCaroline Mifsud
Il-Bord iltaqa’ tnejn u għoxrin (22) darba matul is-sena 2022. L-ebda persuna ġuridika jew naturali ma ġiet blacklisted tul is-sena 2022.
Reġistratur tal-Qorti (Ċivili) – ġbir ta’ flus fi drittijiet u spejjeż dovuti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inġabru flus fi drittijiet u spejjeż dovuti lir-Reġistratur tal-Qorti (Ċivili) matul is-sena li għaddiet 2022?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fis-sena 2022 is-somma miġbura fi drittijiet u spejjeż mir-Reġistratur tal-Qorti (Ċivili) hija ta’ €5,145,569.08.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ir-rapporti annwali mill-Bord tal-Parole ġewx preżentati skont is-subartikolu (4) tal-artikolu 9 tal-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi fis-sena li għaddiet 2022?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Qiegħed inpoġġi r-rapporti annwali fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:Annual Report - Parole Board 2020 - PQ 9942.pdfAnnual Report - Parole Board 2021 - PQ 9942.pdf
Bord għat-Tnaqqis tas-Sentenzi taħt l-Att dwar l-Ġustizzja Riparatriċi, Kap 516
Question
Jista’ l-Ministru jgħid minn min hu kompost illum il-Bord għat-Tnaqqis tas-Sentenzi taħt l-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi, Kap 516?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-Bord għat-Tnaqqis tas-Sentenzi taħt l-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi huwa kompost minn:
1. Dr Henry Antoncich L.P. LL.D. - Chairman
2. Dr Charlie Azzopardi B.Psy (Hons), M.Sc (Uol), Doct. Sys. Psych (UEL). - Membru
3. Sarah Camilleri - Membru
Barra minn hekk, il-Bord huwa kompost ukoll minn Rappreżentant tal-Correctional Services Agency.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni applikaw biex jibbenefikaw mill-għajnuna soċjali matul is-sena 2022 u jista’ jindika wkoll kemm ma baqgħux jirċievu dan il-benefiċċju u kemm kienu li qegħdin jirċevuh?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, illi matul is-sena 2022 daħlu 2,653 applikazzjonijiet għall-Għajnuna Soċjali.
Minn dan l-ammont kien hemm 2,140 li tħallsu.
Mill-ammont ta’ 2,140 li tħallsu kien hemm 1554 li ma baqgħux jieħdu dan il-benefiċċju għal raġunijiet varji, fosthom bidu ta’ mpjieg jew ma’ baqgħux jissodisfaw il-kriterji kif elenkati fil-Liġi tas-Sigurta Soċjali Kap 318.
Att dwar il-Kummissarji għall-Ġustizzja, Kap. 291 — petizzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tressqu petizzjonijiet taħt is-sistema kif stabbilita fl-Att dwar il-Kummissarji għall-Ġustizzja, Kap 291 matul is-sena 2022, kemm minnhom ġew aċċettati u kemm minnhom ġew rifjutati?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi d-domanda tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.