Jista’ l-Ministru jara jekk huwiex possibbli li jiġi investigat għala fil-parti tal-ponta tal-Isla fejn hemm il-Każin tar-Regatta, hemm ilma li qiegħed kontinwament jiskula?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10683.
Tista’ l-Ministru tara jekk huwiex possibbli li jiġi investigat għala fil-parti tal-ponta tal-Isla fejn hemm il-Każin tar-Regatta, hemm ilma li qiegħed kontinwament jiskula?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li għaddejjin l-investigazzjonijiet meħtieġa u li minnhom s’issa rriżulta li l-problema mhix ġejja mis-sistema tad-drenaġġ.
Jista’ l-Ministru jara li l-Mina De Rohan, f’Ħaż-Żebbuġ, tiġi kkurata aħjar billi l-paviment ta’ madwar huwa maqlugħ u d-dawl li kien hemm inqala’ u tkisser kompletament?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ illi nħareg tender sabiex iż-żona ta’ madwar Bieb de Rohan tkun irranġata u bħalissa qegħdin nistennew permess mingħand il-PA sabiex isiru xi modifikazzjonijiet fil-pjanti sabiex ikun akkomodat meter tad-dawl li ser jissuplixxi l-istess Bieb bid-dawl fuq barra.
Jista’ l-Ministru jara li l-Mina De Rohan, f’Ħaż-Żebbuġ, tiġi kkurata aħjar billi l-paviment ta’ madwar huwa maqlugħ u d-dawl li kien hemm inqala’ u tkisser kompletament?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’referenza għall-mistoqsija parlamentari 10685 din għandha tiġi riferuta lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jara li r-roundabout li hemm kif toħroġ minn Triq il-Karmnu, fil-Fgura, int u sejjer lejn Ħal Tarxien, tiġi mnaddfa u mqiegħda lura għall-pożizzjoni li kienet?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Fgura illi r-roundabout imsemmija taqa’ taħt ir-responsabbiltà ta’ Infrastruttura Malta.
Għaldaqstant nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel l-Interpellanza tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Iż-Żejtun – skejjel primarji u sekondarji – xogħol
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ta’ natura ordinarja jew straordinarja se jsiru tul dan is-sajf fl-iskejjel primarji u sekondarji fiż-Żejtun?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmat li tlesta proġett ta’ tisbiħ estensiv fl-iskola Sekondarja taż-Żejtun, filwaqt li matul is-sajf mistenni jitkompla l-proġett ta’ tisbiħ fl-iskola Primarja taż-Żejtun.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8330 u 8709 u jikkonferma li fl-aħħar erba’ snin l-infiq fil-Malta Further & Higħer Education Authority (MFHEA) qabeż in-€0.5 miljun ta’ dak li kien approvat mill-estimi?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-aħħar snin, l-allokazjoni mogħtija lill-MFHEA kienet waħda li żdiedet minn €950,000 għal €1.2 miljun.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsijiet parlamentari 1390, 1657, 2056, 2928, 4461, 5066, 5165, 6362, 8952 u 9165, issa li l-atti relattivi għaddew f’idejn il-Ministeru, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi forma ta’ żvilupp fuq din is-sitwazzjoni li issa ilha pendenti s-snin u jindika meta ser jibda jsir ix-xogħol neċessarju fil-Pjazza Antoine de Paule, f’Raħal Ġdid?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’referenza għall-aħħar tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9165, l-istudju u testijiet qed jiġu konklużi għall-azzjonijiet segwenti mir-rakkomandazzjonijiet li jiżviluppaw.
Petizzjonijiet imressqa taħt l-Att dwar il-Kummissarji għall-Ġustizzja
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tressqu petizzjonijiet taħt is-sistema kif stabbilita fl-Att dwar il-Kummissarji għall-Ġustizzja, Kap. 291, tul is-sena 2022 u kemm minnhom ġew aċċettati u kemm rifjutati?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li matul is-sena 2022, ġew reġistrati 28,372 petizzjoni. Minn dawn, ġew milqugħa 10,096 filwaqt li 421 ġew milqugħa parzjalment. Total ta 17,855 ġew rifjutati.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet pendenti quddiem it-Tribunal Industrijali sal-aħħar ta’ Mejju 2023, kemm daħlu każijiet ġodda fis-sena 2022 u kemm ġew deċiżi sal-aħħar tal-2022? Kemm huma l-aktar każijiet li ilhom pendenti?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li sal-aħħar ta’ Mejju, 2023 kien hemm 241 każ pendenti quddiem it-Tribunal Industrijali. Fl-2022 daħlu 92 każ ġdid u sal-aħħar tal-istess sena kienu ġew deċiżi 85 każ. Każi pendenti jmorru lura sal-2021 apparti tlett eċċezzjonijiet .
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9161, jista’ l-Ministru jara li l-ħajt li hemm fil-Pjazza Antoine De Paule, f’Raħal Ġdid, li miegħu kellhom jitkabbru numru ta’ pjanti, jiġi verament ikkurat u ma jibqax abbandunat kif inhu bħalissa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid ħa d-deċiżjoni illi l-green wall imsemmi jitneħħa.
Jista’ l-Ministru jgħid liema lingwi ġew offruti għat-tagħlim lill-istudenti fl-iskejjel sekondarji ta’ pajjiżna fl-aħħar sena akkademika?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-Iskejjel tal-Istat, fl-aħħar sena akkademika, ġew offruti dawn il-lingwi; il-Malti, l-Ingliż, it-Taljan, Spanjol, il-Franċiż, il-Ġermaniż, l-Għarbi u ċ-Ċiniż.
Fl-Iskejjel tal-Knisja ġie offrut iċ-Ċiniż, il-Franċiż, it-Taljan u Spanjol filwaqt fl-Iskejjel Indipendenti ġie offrut iċ-Ċiniż, il-Franċiż, it-Taljan, il-Malti, ir-Russu u Spanjol.
Jista' l-Ministru jgħid x'xogħlijiet saru s'issa fl-iskola Primarja ta' Ħal Għaxaq?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-Iskola msemmija s’issa sar it-twaqqigħ tas-soqfa l-antiki tas-sular ta’ fuq kollu, kif ukoll il-bini mill-ġdid tas-soqfa l-ġodda tal-istess sular. Tlesta wkoll il-bini ta’ sular ġdid, filwaqt li beda xogħol ta’ installazjoni ta’ servizzi ta’ dawl u ilma, servizzi tat-teknologija tal-Informatika u tal-arja kondizzjonata.