Legislature:
Category:
Reset
Active:

Fgura – Triq il-Karmnu – roundabout

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10484, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali, u jara li r-roundabout li hemm kif toħroġ minn Triq il-Karmnu, fil-Fgura, int u sejjer lejn Ħal Tarxien, tiġi mnaddfa u mqiegħda lura għall-pożizzjoni li kienet?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Fgura – Triq il-Karmnu – roundabout

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10484, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali, u jara li r-roundabout li hemm kif toħroġ minn Triq il-Karmnu, fil-Fgura, int u sejjer lejn Ħal Tarxien, tiġi mnaddfa u mqiegħda lura għall-pożizzjoni li kienet?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jindirizza din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Kalkara – Bajja tar-Rinella — xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9421, jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol li kellu jsir fil-Bajja tar-Rinella, fil-Kalkara, sarx?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol imsemmi diġa’ beda u mistenni jitlesta fil-ġimgħat li ġejjin.

Laqgħat ma’ assoċjazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kienx hemm laqgħat miegħu jew fil-Ministeru, mal-Assoċjazzjoni li d-dettaji dwarha qed jingħataw separatament u x’kien l-eżitu in vista tad-diffikultajiet li qegħdin jiltaqgħu magħhom wara xi xogħlijiet li saru?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minix infurmat li saru laqgħat ma' din l-Assoċjazzjoni fil-Ministeru tiegħi. Madankollu ma neskludix li saru laqgħat ma' entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħi.

Laqgħat ma’ Fondazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm laqgħat miegħu jew fil-Ministeru mal-Fondazzjoni li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u x’kien l-eżitu tagħhom?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma’ din il-fondazzjoni kien hemm numru ta’ laqgħat, inkluż miegħi personali u mal-entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tal-Ministeru. Jiġu kkonsultati spiss fuq proġetti infrastrutturali u riċentament kienu mistiedna wkoll għat-tnedija tal-proġett tal-active mobility routes.

MTA – stabbilimenti liċenzjati f’Wied il-Għajn

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm stabbilimenti liċenzjati f’Wied il-Għajn mal-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta (MTA) biex joperaw bħala ristorant u kemm għalqu jew kellhom l-liċenzja tagħhom irtirata sal-aħħar ta’ Ġunju 2023?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Ħal Tarxien – Joanna Gardens – xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet qegħdin isiru fill-Joanna Gardens, Ħal Tarxien, u meta mistennija jitlestew?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien illi il-proġett ta’ Joanna Gardens huwa ffinanzjat mill-fondi Norveġiżi (EEA Grants) u parti minnu ffinanzjat mil-fond lokali tal-proġetti fil-komunita’ ffinanzjati mill-LESA. Qed isir sforz intern sabiex il-proġett kollu jiġi konkluż sal-ewwel ġimgħa ta’ Awwissu 2023, bil-kuntratturi kollha notifikati li jekk ma jinżammx il-pjan ta’ ħidma ser jibdew jiġu applikati l-multi.

Multi mhux imħallsa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid sal-aħħar ta’ Ġunju 2023 kemm kien hemm multi li mhumiex imħallsa billi hemm appelli minnhom pendenti quddiem il-Qorti tal-Maġistrati?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob l-Onorevoli Interpellant jispeċifika għal liema multi qed jirreferi peress li jeżistu bosta tipi ta’ multi.

Qorti tal-Maġistrati – appelli pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm appelli pendenti quddiem il-Qorti tal-Maġistrati mill-Kummissarju għall-Ġustizzja sal-aħħar ta’ Ġunju 2023?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-aħħar ta’ Ġunju 2023 fil-Qorti tal-Maġistrati (Malta) kien hemm 600 appell pendenti mid-deċiżjonijiet tal-Kummissarju għall-Ġustizzja. Fil-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) kien hemm 8 appelli pendenti mill-Kummissarju għall-Ġustizzja.

Qorti tal-Maġistrati – appelli mill-Kummissarju għall-Ġustizzja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew preżentati u reġistrati appelli ġodda quddiem il-Qorti tal-Maġistrati mill-Kummissarju għall-Ġustizzja mill-bidu tas-sena 2023 sal-aħħar ta’ Ġunju 2023?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-bidu tas-sena 2023 sal-aħħar ta’ Ġunju 2023 fil-Qorti tal-Maġistrati (Malta) ġew preżentati 511 appelli ġodda mid-deċizjonijiet tal-Kummissarju għall-Ġustizzja. Filwaqt li fil-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) ġew preżentati 5 appelli ġodda mill-Kummissarju għall-Ġustizzja, li għad iridu jiġu reġistrati meta jasal l-inkartament min-naħa tat-Tribunal.

Ix-Xgħajra — Triq Alof Wignacourt – bus shelter

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10485, li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali, u jara li l-bus shelter li hemm fil-bidu ta’ Triq Alof Wignacourt, fix-Xgħajra, tiġi debitament mibdula billi li hemm hija msadda?

Response (BONNICI, OWEN)

Informat li dan il-Bus Shelter huwa wieħed minn dawk li l-kunsill kien talab u qabel mal-FACES sabiex jinbidel. Informat li l-proċess biex dan jiġi eżekwit jinsab skolpit minħabba proċeduri fil-Qrati. Minn informazzjoni f’idejn il-Kunsill Lokali jidher illi mhux ser ikun hemm dewmien u b’hekk ikun jista jitkompla x-xogħol fuq dawn il-bus shelters inkluż dak ta' Triq it-Torri t'Alof De Wignacourt.

Ħaż-Żabbar – Triq il-Kapuċċini – dawl

Question

Jista’ l-Ministru jara li d-dawl tal-elettriku pubbliku li hemm mitfi fi Triq il-Kapuċċini, f’Ħaż-Żabbar, faċċata tal-uffiċċju tal-assigurazzjoni, jiġi mixgħul u msewwi?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab informat mill-Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żabbar li sad-data ta' din l-Interpellanza ma kienx informat rigward din il-bozza permezz ta' rapporti iżda se jibda minnufih il-proċess meħtieġ.

Ħaż-Żabbar – Triq il-Kapuċċini – dawl

Question

Tista’ l-Ministru tara li d-dawl tal-elettriku pubbliku li hemm mitfi fi Triq il-Kapuċċini, f’Ħaż-Żabbar, faċċata tal-uffiċċju tal-assigurazzjoni, jiġi mixgħul u msewwi?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 10918.

Operazzjonijiet tal-bdil tal-irkoppa

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm saru operazzjonijiet mill-bidu tas-sena li fihom kien hemm tibdil tal-irkoppa? Jista’ jgħid ukoll kemm għad hemm każijiet pendenti?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mill-bidu ta’ din is-sena saru 229 operazzjonijiet ta’ total knee replacement. Fil-waiting list hemm 900 li ilhom jistennew aktar minn dak stipulat fil-Patient Charter.

Persuni li jirċievu l-pensjoni tat-teżor

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qegħdin jirċievu l-pensjoni magħrufa bħala tat-Teżor?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, kien hemm 13,830 persuna li tħallsu l-Pensjoni tas-Servizz (li hija ukoll magħrufa bħala l-Pensjoni tat-Teżor) matul ix-xahar ta’ Ġunju 2023.

Talbiet għall-ażil

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet għal talbiet għall-ażil tul l-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena u kemm minnhom ġew rifjutati jew milqugħa?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li bejn l-ewwel ta’ Jannar 2023 u t-tletin ta’ Ġunju 2023, l-IPA rċeviet 272 applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali li jikkonsistu f’214 First Application u 58 Subsequent Application. Min dawn 1 ingħalqet bħala Administartive Closure, 6 ingħalqu bħala Dublin Closure, 13 ingħalqu bħala Explicitly Withdrawn, 3 ingħalqu bħala Implicitly Withdrawn, 24 ingħalqu bħala Inadmissabile, 32 ingħalqu bħala Rejected, 1 ingħalqet bħala Subsidiary u 192 -il applikazzjoni għadhom pendenti. Year Total Applications ADMINISTRATIVE CLOSURE DUBLIN CLOSURE EXPLICITLY WITHDRAWN IMPLICITLY WITHDRAWN INADMISSIBLE REJECTION SUBSIDIARY Pending Decision First Applications 214 1 6 13 3 8 32 1 150 Subsequent Applications 58 0 0 0 0 16 0 0 42 Total 272 1 6 13 3 24 32 1 192

Ħaż-Żebbuġ – Mina De Rohan — manutenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jara li l-Mina De Rohan, f’Ħaż-Żebbuġ, tiġi kkurata aħjar billi l-paviment ta’ madwar huwa maqlugħ u d-dawl li kien hemm inqala’ u tkisser kompletament?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10684.

International Labour Organization — laqgħa

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9939, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol, u jgħid x’ġie diskuss fl-aħħar laqgħa tal-International Labour Organization (ILO) u min attenda għaliha?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tema tal-111 Konferenza tal-ILO kienet il-Ġustizzja Soċjali. Ninsab infurmat li l-interventi tal-kelliema f’isem il-Gvern Malti kienu ffokati dwar din it-tema anke b’eżempji tal-ħidma li saret f’pajjiżna fuq is-suġġett. Kien diskuss ukoll it-tisħiħ tal-liġijiet Maltin b’rabta mal-kundizzjonijiet tax-xogħol u t-twaqqif tal-Low Wage Commission. Ninsab informat ukoll li għal din il-konferenza attendew staff tad-Dipartiment tal-Impjieg u r-Relazzjonijiet Industrijali, is-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali u staff minn tiegħu, u diversi msieħba soċjali, kif dejjem kienet il-prassi.