Jista’ l-Ministru jgħid x’passi se jittieħdu biex jiżdiedu jew almenu ma jonqsux il-postijiet ta’ parkeġġ fiż-Żejtun u dan kif seħħ reċentement fil-proġett tas-Suq?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Transport Malta ma kellha l-ebda talba għal tneħħija ta’ parkeġġi f’Misraħ l-Indipendenza (Misraħ tas-Suq). Ninforma wkoll li Transport Malta m’għandha l-ebda talba speċifika għat-tneħħija ta’ parkeġġi f’din il-lokalità?
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 4462 u 9420, jista’ l-Ministru jgħid f’liema pożizzjoni jinsabu l-pjani għat-turiżmu f’Wied il-Għajn?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tinsab f’kuntatt dirett mal-istakeholders relevanti sabiex jaraw eżatt x’inhuma l-prijoritajiet tal-lokalità.
Iż-Żejtun — latrina pubblika magħrufa bħala tas-Suq
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-latrina pubblika li hemm fil-parti taż-Żejtun magħrufa bħala tas-Suq hux se tinfetaħ u tibda tiġi użata?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali taż-Żejtun illi bħalissa m’hemmx latrina għaliex din qiegħda tinbena mill-ġdid.
Infurmat ukoll li naturalment din ser tinfetaħ u tiġi użata ladarba titlesta.
Jista’ l-Ministru jara li jkun hemm iktar reċipjenti tar-riċiklaġġ ġewwa diversi partijiet fiż-Żejtun, billi hemm nuqqas evidenti?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali taż-Żejtun li l-istess Kunsill qiegħed jevalwa l-possibilità ta’ iktar reċipjenti tar-riċiklaġġ ġewwa diversi partijiet fiż-Żejtun.
Jista’ l-Ministru jgħid meta mistenni jibda s-servizz ta’ Community Policing ġewwa r-raħal taż-Żejtun?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Kuntent li llum anke xi wħud mill-Oppożizzjoni konvinti mis-servizz tal-Community Policing fil-komunitajiet tagħna. Ninsab infurmat illi huwa previst li servizz ta’ Community Policing ġewwa r-raħal taż-Żejtun jibda fiż-żmien li ġej.
Jista’ l-Ministru jara jekk huwiex possibbli li vetturi li jinsabu pparkjati u abbandunati fi Triq il-Qadi, fiż-Żejtun, jiġu mneħħija għaliex qed ikunu ta’ inkonvenjent għar-residenti?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi wara verifiki li saru mill-pulizija, sussegwentement għal mistoqsija mill-Onor. Membru, fit-Triq il-Qadi Żejtun ma rriżultax li kien hemm vetturi abbandunati. L-unika vettura li kien hemm kienet illiċenzjata kif suppost.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsijiet parlamentari 2920 u 5069, jista’ l-Ministru jara li x-xogħlijiet fi Triq Nicola Attard, fiż-Żejtun, isiru billi hemm ħafna persuni li qegħdin ibatu minħabba dan in-nuqqas?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali taż-Żejtun, li preżentement l-istess Kunsill mhuwiex infurmat bl-ebda xogħlijiet fit-triq imsemmija.
Jista’ l-Ministru jara li r-rotta 84 fiż-Żejtun ikollha ħinijiet aħjar billi ssir kull 30 minuta u li l-iskedi jinżammu għaliex hemm diversi residenti li qed isofru? Jista' jara wkoll li l-istess rotta tgħaddi minn Triq il-Qadi kollha, ġewwa ż-Żejtun?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rotta 84 diġà topera bi frekwenza ta’ kull nofs siegħa. Ninsab infurmat ukoll li ittieħdet nota għal aktar konsiderazzjoni tas-suġġeriment li tiġi estiża din ir-rotta sabiex tkopri Triq il-Qadi, kollha.
Jista’ l-Ministru jara li l-bus shelters li jinsabu mifruxa fil-lokalità taż-Żejtun jitnaddfu u jiġu miżmuma aħjar billi bħalissa huma mitluqin, kif ukoll diversi passiġġieri qegħdin ibatu minħabba nuqqas ta’ lqugħ fis-sajf mix-xemx u fix-xitwa mix-xita?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar l-istat ta’ Ġnien il-Kmandant, fiż-Żejtun, u jgħid jekk huwiex qed jiġi miżmum tajjeb u jekk huwiex jinfetaħ regolarment?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali taż-Żejtun li Ġnien il-Kmandant jinsab f’kundizzjoni eċċellenti fejn hu miżmum minn ġardinara ingaġġati direttament mal-Kunsill.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm stabbilimenti liċenzjati f’Marsaxlokk mal-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta (MTA) biex joperaw bħala ristorant u kemm għalqu jew kellhom l-liċenzja tagħhom irtirata sal-aħħar ta’ Ġunju 2023?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-aħħar ta’ Ġunju 2023 kien hemm 27 liċenzja ta’ ristoranti u 13-il liċenzja ta’ snack bar attivi f’Marsaxlokk. Ma kien hemm l-ebda liċenzja rtirata.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm stabbilimenti liċenzjati fil-Kottonera, inkluż il-Kalkara, mal-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta (MTA) biex joperaw bħala ristorant u kemm għalqu jew kellhom l-liċenzja tagħhom irtirata sal-aħħar ta’ Ġunju 2023?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-aħħar ta’ Ġunju 2023 kien hemm 19-il liċenzja ta’ ristoranti u 38 liċenzja ta’ snack bar attivi fil-Kottonera, inkluż il-Kalkara. Ma kien hemm l-ebda liċenzja rtirata.
B’referenza għal mistoqsijiet parlamentari preċedenti, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi fir-rigward tal-eks Casino di Venezia, fil-Birgu, fil-bini storiku ta’ madwar?
Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri jistgħu jiġu proposti mill-awtoritajiet sabiex it-traffiku li ta’ kuljum jgħaddi minn Triq Anton Buttigieg, fiż-Żejtun, jiġi b’xi mod ridott u razzjonalizzat?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tieghu lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri jistgħu jiġu proposti mill-awtoritajiet sabiex it-traffiku li ta’ kuljum jgħaddi minn Triq Anton Buttigieg, fiż-Żejtun, jiġi b’xi mod ridott u razzjonalizzat?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Triq Anton Buttigieg hija amministrata mill-Kunsill Lokali u Transport Malta ma għandha l-ebda talbiet pendenti fir-rigward tat-traffiku li jgħaddi minn din it-triq. Madanakollu, qed isir studju konġunt bejn Transport Malta u Infrastructure Malta biex jittaffa t-traffiku fi Triq il-Għadam, liema triq tagħti minn Triq Anton Buttigieg għaċ-ċentru taż- Żejtun.
In oltre
, riċentement kien għaddej xogħol fi Triq Għar Dalam, f’ Birżebbuġa. Din it-triq ingħalqet diversi drabi u dan seta’ ħalla impatt fuq it-traffiku fi Triq Anton Buttigieg. Dan ix-xogħol illum tlesta u fadal biss xogħol fuq il-bankini li mhux suppost ikollu aktar impatt fuq it-traffiku.
Jista’ l-Ministru jara jekk huwiex possibbli li vetturi li jinsabu pparkjati u abbandunati fi Triq il-Qadi, fiż-Żejtun, jiġu mneħħija għaliex qed ikunu ta’ inkonvenjent għar-residenti?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fit- 18 ta’ Lulju 2023 saret spezzjoni fit-triq imsemmija u ċjoè fi Triq il-Qadi, u ma rriżultax li kien hemm xi vetturi abbandunati.