Legislature:
Category:
Reset
Active:

Iż-Żejtun – Qtugħ fil-provvista tad-dawl

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il darba kien hemm qtugħ fil-provvista tad-dawl fiż-Żejtun jew parti minnu tul din is-sena sal-aħħar ta’ Settembru 2023 u x’kien il-kaġun ta’ dan?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 11135.

Iż-Żejtun — Kappella ta’ San Klement - Xogħlijiet ta’ restawr

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux qegħdin isiru xi xogħlijiet ta’ restawr fil-Kappella ta’ San Klement fiż-Żejtun, u meta huma mistennija li jkunu lesti?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li bħalissa għaddej xogħol ta’ restawr tal-Kappella ta’ San Klement fiż-Żejtun, liema xogħol jikkonsisti mir-restawr tal-faċċati esterni u l-bejt. Infurmat ukoll li dan il-proġett ġie magħżul taħt l-Iskema tar-Restawr tal-Kunsilli Lokali u qed isir kompletament minn ħaddiema tad-Dipartiment tar-Restawr u l-Preservazzjoni fi ħdan il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali. Finalment, infurmat li hu previst li ix-xogħol jintemm sal-aħħar ta’ Jannar 2024.

Persuni reġistrati bħala NEET

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati bħala NEET (Not in Education, Employment or Training) sal-aħħar tas-sena 2022?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ persuni li huma meqjusa bħala NEET matul is-sena 2022 kien ta’ 3,471. Il-miżuri li wettaq dan il-Gvern juru biċ-ċar li ħallew riżultat tajjeb hekk kif bi programmi bħal Youth Guarantee għenu biex in-numru ta’ NEET naqas b’mod konsiderevoli meta mqabbel mal-2012 fejn kien hemm 5,926 żagħżugħ li mhumiex f’edukazzjoni jew impjieg. Din l-istima tirreferi għal dawk il-persuni NEET li għandhom bejn il-15 u l-24 sena u tiġi maħduma mil-Labour Force Survey.

Il-Belt Valletta – Triq San Ġwann – tiswijiet taċ-ċangatura

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 7954 u 9172, jista’ l-Ministru jgħid jekk Triq San Ġwann fil-Belt, fil-parti bejn Triq ir-Repubblika u Strada Stretta hiex se tiġi rranġata malajr kemm jista’ jkun?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt il-każ lill-entitajiet kkonċernati biex issir evalwazzjoni ta' x'hemm bżonn isir u jiġi ppreparat intervent neċessarju.

Ħal Tarxien – Qtugħ fil-provvista tad-dawl

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il darba kien hemm qtugħ fil-provvista tad-dawl f’Ħal Tarxien jew parti minnu tul din is-sena sal-aħħar ta’ Settembru 2023 u x’kien il-kaġun ta’ dan?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11135.

Il-Fgura – Qtugħ fil-provvista tad-dawl

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il darba kien hemm qtugħ fil-provvista tad-dawl fil-Fgura jew parti minnu tul din is-sena sal-aħħar ta’ Settembru 2023 u x’kien il-kaġun ta’ dan?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11135.

Ħal Għaxaq – Qtugħ fil-provvista tad-dawl

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il darba kien hemm qtugħ fil-provvista tad-dawl f’Ħal Għaxaq jew parti minnu tul din is-sena sal-aħħar ta’ Settembru 2023 u x’kien il-kaġun ta’ dan?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11135.

Il-Belt Valletta – Triq San Ġwann – tiswijiet taċ-ċangatura

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 7954 u 9172, jista’ l-Ministru jgħid jekk Triq San Ġwann fil-Belt, fil-parti bejn Triq ir-Repubblika u Strada Stretta hiex se tiġi rranġata malajr kemm jista’ jkun?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 11141.

Marsaxlokk – Qtugħ fil-provvista tad-dawl

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il darba kien hemm qtugħ fil-provvista tad-dawl f’Marsaxlokk jew parti minnu tul din is-sena sal-aħħar ta’ Settembru 2023 u x’kien il-kaġun ta’ dan?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11135.

Raħal Ġdid – Qtugħ fil-provvista tad-dawl

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il darba kien hemm qtugħ fil-provvista tad-dawl f’Raħal Ġdid jew parti minnu, tul din is-sena sal-aħħar ta’ Settembru 2023 u x’kien il-kaġun ta’ dan?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 11250, fejn ġew elenkati l-ħsarat kollha li żviluppaw fin-network tad-distribuzzjoni tal-elettriku u li seħħew f’ċirkostanzi straordinarji kaġun tat-temperaturi estremi li esperjenzaw diversi pajjiżi fit-tieni nofs ta’ Lulju. Fir-rigward tal-kumplament tas-sena, ninsab infurmata li l-qtugħ fil-provvista kien skont ma jiġri f’ċirkostanzi normali, jew minħabba ħsarat lokalizzati li jinqalgħu minn żmien għal żmien b’mod naturali, jew inkella s-sospensjonijiet tas-servizz kienu ppjanati biex issir manutenzjoni li tkun meħtieġa perjodikament u li jitħabbru minn qabel. F’kull każ, l-Enemalta tagħmel l-almu kollu biex is-servizz jerġa’ lura għan-normal fl-inqas ħin possibbli. Biex isir l-eżerċizzju li diġà ntalab li jsir fil-każ ta’ 30 lokalità differenti dan jirrikjedi ħafna ħin u riżorsi.

MTA – stabbilimenti liċenzjati f’Wied il-Għajn

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10936 u jgħid kemm kien hemm stabbilimenti liċenzjati f’Wied il-Għajn mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) biex joperaw bħala ristorant u kemm għalqu jew kellhom l-liċenzja tagħhom irtirata sal-aħħar ta’ Ġunju 2023?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-aħħar ta’ Ġunju 2023 kien hemm 37 liċenzja ta’ ristoranti u 29 liċenzja ta’ snack bar attivi f’Wied il-Għajn. Stabbiliment wieħed ikkanċella l-liċenzja matul din is-sena.

Il-Gudja – Qtugħ fil-provvista tad-dawl

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il darba kien hemm qtugħ fil-provvista tad-dawl fil-Gudja jew parti minnu tul din is-sena sal-aħħar ta’ Settembru 2023 u x’kien il-kaġun ta’ dan?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 11135.

Marsaxlokk – Knisja ta’ San Pietru — restawr

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan sabiex il-Knisja ta’ San Pietru f’Marsaxlokk hiex se tiġi restawrata u kkurata?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali flimkien mad-Dipartiment tar-Restawr u Preservazzjoni kull sena joħroġ skema li permezz tagħha l-Kunsilli Lokali jkunu jistgħu japplikaw biex jipproponu proġetti ta’ restawr fuq bini/monumenti storiċi li jinsabu fil-lokalità tagħhom. Il-proġetti magħżula taħt din l-iskema imbagħad jitwettqu direttament mid-Dipartiment tar-Restawr u Preservazzjoni matul ix-xhur ta’ wara l-għażla. Intant infurmat li din il-kappella mhijex inkluża fil-lista ta’ proġetti magħżula s’issa, iżda mhux eskluż li tkun magħżula fil-futur, fl-eventwalità li tinfetaħ skema oħra u din tissodisfa l-kriterji ta' l-istess skema.

Santa Luċija – Qtugħ fil-provvista tad-dawl

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il darba kien hemm qtugħ fil-provvista tad-dawl f’Santa Luċija jew parti minnu tul din is-sena sal-aħħar ta’ Settembru 2023 u x’kien il-kaġun ta’ dan?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 11135.

Il-Belt – Knisja ta’ Santa Barbara — restawr

Question

Jista’ l-Ministru jara jekk hux possibbli li l-Knisja ta’ Santa Barbara fil-Belt tiġi kkurata speċjalment f’dan iż-żmien billi hija traskurata esternament?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-lum dan il-Ministeru ma ntalabx jagħmel intervent mis-sidien ta’ din il-knisja.

Iż-Żejtun – faċilitajiet tal-BCRS

Question

Tista’ l-Ministru tara li jkun hemm iktar faċilitajiet tal-BCRS ġewwa ż-Żejtun billi fil-preżent hemm waħda?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li, sad-data tat-tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari, fiż-Żejtun hemm installati Retail reverse vending machine hub abbonat ma’ bejjiegħ tal-imnut partikulari, li jinkludi 5 reverse vending machines; Public reverse vending machine hub, li tinkludi 2 reverse vending machines fi Triq Toni Zahra; kif ukoll Jumbo RVM depot f’Bulebel Industrial Park, li jinkludi magna li tieħu l-kontenituri f’daqqa flimkien ma’ 3 reverse vending machines. Barra minn hekk, il-konsumaturi għandhom id-dritt li jirritornaw il-kontenituri fil-ħwienet minn fejn jinxtraw.

Iż-Żejtun – rapporti fuq il-mobile app 'Clean and Upkeep'

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm rapporti marbutin u reġistrati taħt il-“Clean and Upkeep” mobile app u jekk dawn humiex jingħataw widen u senjatament kemm qed idumu fiż-Żejtun?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Respite facilities għall-familji bi tfal b’diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se jkun hemm respite facilities għall-familji bi tfal b’diżabilità fin-naħa t’isfel ta’ Malta, billi fil-preżent dawn jinsabu fin-naħa ta’ fuq biss ta’ Malta?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lil Ministeru kkonċernat.