Legislature:
Category:
Reset
Active:

Il-Kalkara — Bighi - Xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7948, jista’ l-Ministru jgħid meta huwa previst li x-xogħol ta’ riparazzjoni f’Bighi fil-Kalkara jinbeda?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li bħalissa qed isiru l-aħħar arrangamenti minn entitajiet varji sabiex ikun jista jibda x-xogħol fuq il-pedament ta’ taħt il-ħajt li ġġarraf. Intant infurmat ukoll li matul din is-sena tkompla x-xogħol ta’ manutenzjoni u waterproofing fuq il-binjiet.

Il-Kalkara – Smoking Room f’Bighi — xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7947, jista’ l-Ministru jgħid meta huwa previst li s-sejħa pubblika relattiva ser toħroġ għax-xogħol ta’ riparazzjoni fl-ismoking room f’Bighi?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li s-sejħa għall-offerti (tender) issa għalqet u dalwaqt jiġi fi tmiemu l-proċess ta’ evalwazzjoni li jwassal għall-award tal-kuntratt tax-xogħol. Infurmat ukoll li jekk ma jkunx hemm appelli mid-deċiżjoni, ix-xogħlijiet mistennija jibdew lejn l-aħħar ta’ din is-sena.

Il-Kalkara — Triq li tagħti mill-Bajja tar-Rinella għall-Fortizza – Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk it-triq li mill-Bajja tar-Rinella tagħti għall-Fortizza fil-Kalkara hiex ser tiġi rranġata billi tinsab abbandunata u qiegħda taqa’ biċċa biċċa?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Il-Kalkara — Triq li tagħti mill-Bajja tar-Rinella għall-Fortizza – Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk it-triq li mill-Bajja tar-Rinella tagħti għall-Fortizza fil-Kalkara hiex ser tiġi rranġata billi tinsab abbandunata u qiegħda taqa’ biċċa biċċa?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Il-Kalkara — Triq li tagħti mill-Bajja tar-Rinella għall-Fortizza – Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk it-triq li mill-Bajja tar-Rinella tagħti għall-Fortizza fil-Kalkara hiex ser tiġi rranġata billi tinsab abbandunata u qiegħda taqa’ biċċa biċċa?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li iva, it-triq indikata se tiġi rranġata.

Ħal Tarxien — Joanna Gardens - Xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10924, jista’ l-Ministru jgħid għaliex għadhom mhumiex lesti x-xogħlijiet f’Joanna Gardens f’Ħal Tarxien?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien li wara perjodu bix-xogħol wieqaf fil-ġnien, l-istess Kunsill fi żmien qasir irnexxielu jlesti diversi xogħlijiet kif ġej: · ix-xogħol infrastrutturali kollu; · installazzjoni ta’ dawl ġdid; · il-bandli ġew installati kollha ġodda; · qed titnaddaf il-ħamrija kollha; · ser jinżraw arbuxelli u siġar oħra minn Projects Green; · ser jiġu installati CCTVs minħabba sigurtà; · qed isir xogħol fuq il-gates kollha biex jissakkru aħjar; · il-ħaddiema tal-Komunità qed jaħdmu fuq l-irrinovar tal-bankijiet; · qed jiġi konkluż ix-xogħol fuq il-monument li sar minhabba li l-Kunsill talab li dan jerġa’ jsir ghaliex ma kienx sar skont is-sengħa u l-arti. Finalment, infurmat ukoll mill-istess Kunsill Lokali li ser ikun qed iniedi l-ftuħ uffiċjali ta’ dan il-ġnien nhar is-Sibt 2 ta’ Diċembru 2023 permezz ta’ attività għall-komunità fi żmien il-Milied.

Awtorità tad-Djar — Twaħħil ta’ lifts f’appartamenti f’Wied il-Għajn, iż-Żejtun, Marsaxlokk u Ħal Għaxaq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm twaħħlu lifts f’appartamenti mill-Awtorità tad-Djar f’Wied il-Għajn, iż-Żejtun, Marsaxlokk u Ħal Għaxaq, matul is-sena 2022 u sal-aħħar ta’ Ġunju 2023?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tad-Djar installat 3 lifts ġodda fi blokok ta’ akkomodazzjoni soċjali fil-lokalitajiet imsemmija fil-perjodu indikat.

Awtorità tad-Djar — Twaħħil ta’ lifts f’appartamenti f’Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, Santa Luċija, il-Gudja u l-Fgura

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm twaħħlu lifts f’appartamenti mill-Awtorità tad-Djar f’Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, Santa Luċija, il-Gudja u l-Fgura matul is-sena 2022 u sal-aħħar ta’ Ġunju 2023?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tad-Djar installat 5 lifts ġodda fi blokok ta’ akkomodazzjoni soċjali fil-lokalitajiet imsemmija fil-perjodu indikat.

Ħal Għaxaq — Skola Primarja - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu x-xogħlijiet fl-Iskola Primarja ta’ Ħal Għaxaq u meta mistenni li dawn ikunu lesti?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-iskola msemmija sar ix-xogħol neċessarju kemm ta’ tisbiħ u kif ukoll ta’ estensjoni biex bħala skola apparti li tkun iżjed akkoljenti kemm għal edukaturi u kif ukoll għat-tfal, tkun tista’ tilqa’ wkoll iżjed tfal. L-iskola laqgħat l-istudenti tagħha b’mod normali.

Università – Sala Sir Temi Zammit – Sistema tal-arja kkundizzjonata

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, issa li ser tibda sena akkademika oħra, meta ser issir mill-ġdid is-sistema tal-arja kkundizzjonata ġewwa s-sala Sir Temi Zammit fl-Università?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan hu parti mill-proġett ta’ refurbishment li jsir mill-Universita ta’ Malta nnifisha.

Sptar Mount Carmel – Persuni ammessi u rikoverati

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm ġew ammessi persuni fl-Isptar Mount Carmel matul is-sena 2022 u sa Ġunju 2023? Jista’ għid ukoll kemm kien hemm persuni rikoverati sal-aħħar ta’ Ġunju 2023?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi persuni ammessi fl-Isptar Mount Carmel fiż-żmien mitlub minnu kienu 3,714. Waqt li persuni rikoverati fl-aħħar ta’ Ġunju 2023 kienu 260.

Sptar Mount Carmel – Impjegati

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm persuni jaħdmu fl-Isptar Mount Carmel matul is-sena 2022 u sa Ġunju 2023?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi matul is-sena 2022 kien hemm 746 u fl-aħħar ta’ Ġunju 2023 kien hemm 735 persuni jaħdmu fl-Isptar Mount Carmel.

Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni – Każijiet Pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet pendenti quddiem il-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni sal-aħħar tas-sena 2022?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Ordnijiet ta’ Rekwiżizzjoni Pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ordnijiet ta’ rekwiżizzjoni pendenti sal-aħħar tas-sena 2022?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-aħħar tas-sena 2022 l-Awtorità tad-Djar kellha 147 Ordni ta’ Rekwiżizzjoni li kienu għadhom fis-seħħ.

Ordnijiet ta’ Rekwiżizzjoni Pendenti – Wied il-Għajn, Żejtun, Marsaxlokk u Ħal Għaxaq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ordnijiet ta’ rekwiżizzjoni pendenti f’Wied il-Għajn, fiż-Żejtun, f’Marsaxlokk u Ħal Għaxaq sal-aħħar tas-sena 2022?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-aħħar ta’ Diċembru 2022 l-Awtorità tad-Djar kellha 6 Ordnijiet ta’ Rekwiżizzjoni li kienu għadhom fis-seħħ fil-lokalijiet imsemmija.

Ordnijiet ta’ Rekwiżizzjoni Pendenti – Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, Santa Luċija, Gudja u Fgura

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ordnijiet ta’ rekwiżizzjoni pendenti f’Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, Santa Luċija, il-Gudja u l-Fgura sal-aħħar tas-sena 2022?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-aħħar ta’ Diċembru 2022 l-Awtorità tad-Djar kellha 14-il Ordni ta’ Rekwiżizzjoni li kienu għandhom fis-seħħ fil-lokalijiet imsemmija.

Wied il-Għajn – Qtugħ fil-provvista tad-dawl

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il darba kien hemm qtugħ fil-provvista tad-dawl f’Wied il-Għajn jew parti minnu tul din is-sena sal-aħħar ta’ Settembru 2023 u x’kien il-kaġun ta’ dan?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 11135.

Belt Valletta – Triq in-NofsinNhar — tiswijiet fiċ-ċangatura

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9917 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u li issa ġiet riferuta lilu u jara li Triq in-Nofsinhar fil-Belt, minn Triq ir-Repubblika sa Triq Merkanti, tiġi rranġata billi ċċangatura qed tinqala’?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta li kwalsiasi lment fir-rigward tat-triq imsemmija jiġi riferut mill-Kunsill Lokali lill-entitajiet kkonċernati.