Legislature:
Category:
Reset
Active:

Il-Birgu - Dellitti marbuta ma’ serq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati delitti matul is-sena 2025 fil-lokalità tal-Birgu u kemm kienu marbuta ma’ serq?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2025, in-numru ta’ delitti rrappurtati fil-lokalità tal-Birgu kien ta’ erba’  sebgħin (74), u minnhom kien hemm seba’ u tletin (37) marbuta ma’ serq.

Bighi - Smoking room - Restawr

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19385, jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew jiswew ix-xogħlijiet fuq l-Ismoking Room f’Bighi, issa li x-xogħlijiet huma lesti?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-ispiża totali għar-restawr tal-Smoking Shed tammonta għal €305,686. Għalkemm il-maġġoranza tal-proġett ġie iffinaliżżata, għad fadal xi xogħlijiet pendenti li għandhom jridu jiġu konklużi.

Ħal Tarxien - Delitti marbuta ma’ serq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati delitti matul is-sena 2025 fil-lokalità ta’ Ħal Tarxien u kemm kienu marbuta ma’ serq?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2025, in-numru ta’ delitti rrappurtati fil-lokalità ta’ Ħal Tarxien kien ta’ mitejn u disgħa (209), u minnhom kien hemm seba’ u erbgħin (47) marbuta ma’ serq.

Xrobb l-Għaġin - Park Naturali - Xogħlijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid liema xogħlijiet ġew esegwiti fil-Park Naturali ta’ Xrobb l-Għaġin matul is-sena 2025?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, matul is-sena 2025, ix-xogħlijiet li saru fil-Park Naturali ta’ Xrobb l-Għaġin, f’Marsaxlokk, kienu varji u ffukati fuq il-konservazzjoni ambjentali, ir-restawr strutturali, u l-modernizzar infrastrutturali.  Saru xogħlijiet fuq il-ġestjoni ekologika tal-park, fejn tħawwlu diversi siġar u arbuxelli, ittejbet is-sistema tal-irrigazzjoni, qtugħ tal-ħaxix, żbir tas-siġar, restawr tal-ħitan tas-sejjieħ, tneħħija ta’ pjanti invażivi u tisbiħ ġenerali fiż-żoni tal-pikniks. Flimkien mal-isforzi ambjentali, saru interventi fuq l-assi strutturali tal-park fejn saru titjib u manutenzjoni meħtieġa. L-interventi li saru ġewwa s-sala tal-konferenzi u l-hostel, jinkludu installazzjoni ta’ diversi units tal-arja kundizzjonata, fannijiet ġodda, tibdil ta’ hand dryers, tneħħa l-membrane qadim minn fuq is-saqaf tas-sala tal-konferenzi u tpoġġa ieħor ġdid, tibdil ta’ madum, tikħil u tibjid f’diversi partijiet u kmamar ġewwa l-binjiet. Jikkumplimenta dan ix-xogħol saru interventi ta’ manutenzjoni fuq il-bordijiet tad-distribuzzjoni ewlenin li jipprovdu provvista tal-elettriku lill-park kollu u għall-proġett tat-tempju ta’ Heritage Malta, kif ukoll manutenzjoni tal-plumbing. Proġetti ta’ konservazzjoni notevoli nkludew ukoll it-tisħiħ strutturali ta’ tank ġdid għall-fkieren u beda x-xogħol fuq is-sistema ta’ filtrazzjoni tal-ilma baħar biex isir rimi tiegħu b’mod sostenibbli u skont il-permessi fis-seħħ. Dawn ix-xogħlijiet ekoloġiċi u strutturali kienu akkumpanjati minn rondi tas-sigurtà ta’ kuljum u minn programm edukattiv estensiv għall-iskejjel kif ukoll żjarat għall-pubbliku ġenerali.

Santa Luċija - Delitti marbuta ma’ serq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati delitti matul is-sena 2025 fil-lokalità ta’ Santa Luċija, Malta, u kemm kienu marbuta ma’ serq?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2025, in-numru ta’ delitti rrappurtati fil-lokalità ta’ Santa Luċija kien ta’ sebgħin (70), u minnhom kien hemm sbatax (17) marbuta ma’ serq.

Il-Fgura - Delitti marbuta ma’ serq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati delitti matul is-sena 2025 fil-lokalità tal-Fgura u kemm kienu marbuta ma’ serq?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2025, in-numru ta’ delitti rrappurtati fil-lokalità tal-Fgura kien ta’ mitejn u disa’ u tmenin (289), li minnhom kien hemm erbgħa u sittin (64) marbuta ma serq.

Marsaxlokk - Delitti marbuta ma’ serq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati delitti matul is-sena 2025 fil-lokalità ta’ Marsaxlokk u kemm kienu marbuta ma’ serq?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2025, in-numru ta’ delitti rrappurtati fil-lokalità ta’ Marsaxlokk kien ta’ mija u tlettax (113), li minnhom kien hemm ħamsa u erbgħin (45) marbuta ma serq.

Restawr ta’ kotba

Question

Jista’ l-Ministru jelenka r-restawr tal-kotba kollha li saru minn kull entità taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2025?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li Heritage Malta irrestawrat 3 kotba, kif indikat hawn taħt: o             Government Gazette – 1822 o             Correspondence Book Register – 1903 o             Register of Letters – 1925–1931

Wied il-Għajn - Delitti marbuta ma’ serq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati delitti matul is-sena 2025 fil-lokalità ta’ Wied il-Għajn u kemm kienu marbuta ma’ serq?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2025, in-numru ta’ delitti rrappurtati fil-lokalità ta’ Wied il-Għajn kien ta’ tlett mija u  sebgħa u erbgħin (347), u minnhom kien hemm ħamsa u sebgħin (75) marbuta ma serq.

Raħal Ġdid - Delitti marbuta ma’ serq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati delitti matul is-sena 2025 fil-lokalità ta’ Raħal Ġdid u kemm kienu marbuta ma’ serq?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2025, in-numru ta’ delitti rrappurtati fil-lokalità ta’ Raħal Ġdid kien ta’ erba’ mija u ħamsa u għoxrin (425), u minnhom kien hemm seba’ u tmenin (87) marbuta ma serq.

Iż-Żejtun - Misraħ Karmnu Grima - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew jiswew ix-xogħlijiet ta’ Misrah Karmnu Grima, iż-Żejtun, issa li huma lesti?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ix-xogħlijiet ta’ bini mill-ġdid tal-Misraħ Karmnu Grima, parti minn Triq Joe Attard, parti minn Triq L-Isqof Antonio Zahra u parti minn Triq Antonio Micallef, iż-Żejtun swew €595,998.31 kumplessivament. Dawn ix-xogħlijiet kienu jikkonsistu fil-qlugħ tal-pavimenti eżistenti, kostruzzjoni ta’ bankini ġodda, konnessjonijiet ġodda ta’ servizzi mal-binjiet eżistenti, kostruzzjoni ta’ parkeġġ u kostruzzjoni ta’ toroq.

Marsaxlokk - Librerija pubblika - Kotba ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija pubblika ta’ Marsaxlokk matul is-sena 2025 u jindika l-infiq relattiv?  Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm donazzjonijiet?

Response (BONNICI, OWEN)

In-numru ta` kotba ġodda li nxtraw u ngħataw b’donazzjoni għal-librerija pubblika ta’ Marsaxlokk matul is-sena 2025 huwa kif jidher hawn taħt. PQ Numru Lokalità Kotba ġodda mixtrija – Jan sa Diċ 2025 Infiq fuq kotba fiżiċi ġodda – Jan sa Diċ 2025 Donazzjonijiet, inkluż mill-pubbliku, il-Kunsill Lokali u organizzazzjonijiet varji – Jan sa Diċ 2025 33492 Marsaxlokk 200 €1,145.73 88

Wied il-Għajn - Librerija pubblika - Kotba ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija pubblika ta’ Wied il-Għajn  matul is-sena 2025 u jindika l-infiq relattiv? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm donazzjonijiet?

Response (BONNICI, OWEN)

In-numru ta` kotba ġodda li nxtraw għal-librerija pubblika ta’ Wied il-Għajn matul is-sena 2025 matul is-sena 2025 huwa kif jidher hawn taħt. PQ Numru Lokalità Kotba ġodda mixtrija – Jan sa Diċ 2025 Infiq fuq kotba fiżiċi ġodda – Jan sa Diċ 2025 Donazzjonijiet, inkluż mill-pubbliku, il-Kunsill Lokali u organizzazzjonijiet varji – Jan sa Diċ 2025 33491 Wied il-Għajn 83 € 871.42 120

Il-Gudja - Delitti marbuta ma’ serq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati delitti matul is-sena 2025 fil-lokalità tal-Gudja u kemm kienu marbuta ma’ serq?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2025, in-numru ta’ delitti rrappurtati fil-lokalità tal-Gudja kien ta’ mija u erba’ u ħamsin (154), u minnhom kien hemm sebgħa u erbgħin (47) marbuta ma serq.

Iż-Żejtun - Delitti marbuta ma’ serq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati delitti matul is-sena 2025 fil-lokalità taż-Żejtun u kemm kienu marbuta ma’ serq?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2025, in-numru ta’ delitti rrappurtati fil-lokalità taż-Żejtun kien ta’ tlett mija u ħamsa u tletin (335), u minnhom kien hemm sebgħin (70) marbuta ma’ serq.

Iż-Żejtun - Librerija pubblika - Kotba ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija pubblika taż-Żejtun matul is-sena 2025 u jindika l-infiq relattiv? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm donazzjonijiet?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat bl-informazzjoni mitluba kif ġej: PQ Numru Lokalita’ Kotba ġodda mixtrija – Jan sa Diċ 2025 Infiq fuq kotba fiżiċi ġodda – Jan sa Diċ 2025 Donazzjonijiet, inkluż mill-pubbliku, l-Kunsilli Lokali u Organizzazzjonijiet varji – Jan sa Diċ 2025 33490 Iż-Żejtun 153 €1,258.54 1013

Ħal Għaxaq - Librerija pubblika - Kotba ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija pubblika ta’ Ħal Għaxaq matul is-sena 2025 u jindika l-infiq relattiv? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm donazzjonijiet?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat bl-informazzjoni mitluba kif ġej: PQ Numru Lokalita’ Kotba ġodda mixtrija – Jan sa Diċ 2025 Infiq fuq kotba fiżiċi ġodda – Jan sa Diċ 2025 Donazzjonijiet, inkluż mill-pubbliku, l-Kunsilli Lokali u Organizzazzjonijiet varji – Jan sa Diċ 2025 33489 Ħal-Għaxaq 90 € 995.76 52

Gaza - Għajnuna Umanitarja

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm hija prevista l-għajnuna umanitarja ta’ pajjiżna lill-poplu Palestinjan f'Gaza matul is-sena 2026 u x’tip ta’ għajnuna ser tkun?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għas-sena 2026, it-total previst tal-għajnuna umanitarja fil-konfront ta’ Gaza huwa dak ta’ 330,000 ewro. Dawn il-fondi huma ddedikati għal dak li hu msejjaħ bħala ‘Gaza Solidarity Fund’ li ġie mwaqqaf is-sena l-oħra, fejn l-għan aħħari tiegħu hu li nsaħħu l-għajnuna umanitarja tagħna u nindirizzaw l-iktar bżonnijiet kruċjali tal-poplu Palestinjan f’ Gaza, kemm f’ għajnuna finanzjarja kif ukoll permezz ta’ kontribuzzjonijiet iktar tanġibbli. Għal din is-sena, l-Ministeru ser ikun qed jaħdem biex jindirizza il-bżonnijiet relatati mal-ilma, s-sanita’  u l-iġjene. Din id-deċiżjoni ttieħdet wara konsultazzjoni ma’ esperti li għandhom aċċess dirett fuq livell lokali. Sadanittant qed isir proċess ta’ analiżi fuq il-prodotti li ser jintbagħtu ġewwa Gaza. L-għan hu li b’dawn il-prodotti nilħqu l-iktar membri vulnerabbli tal-popolazzjoni, partikularment in-nisa u t-tfal. Din l-inizzjattiva hi ppjanata li ssir b’ kollaborazzjoni ma’ kumpaniji Maltin, fejn aktar tard, l-objettiv tagħna huwa li tinħareġ sejħa pubblika għall-kumpaniji Maltin biex jipparteċipaw f’ dan il-proġett. Tajjeb li nfakkar ukoll li f’ Novembru tas-sena l-oħra, Malta kkommettiet li tagħti għajnuna permezz ta’ taħriġ lill-uffiċċjali pubbliċi Palestinjani u ħaddiema fil-qasam tas-saħħa. Bħalissa għaddejjin diskussjonijiet mal-Istitut tas-Servizz Pubbliku kif ukoll mal-Ministeru tas-Saħħa dwar kif dan se jkun implimentat. Barra minn hekk, Malta ser tkompli wkoll tagħti għajnuna finanzjarja lill-organizzazzjonijiet internazzjonali li qegħdin jissapportjaw lil Gaza.