Raħal Ġdid — Dħul effettiv minn kontravenzjonijiet tat-traffiku
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul effettiv minn kontravenzjonijiet tat-traffiku li saru mill-2020 sal-aħħar ta’ Ġunju 2023 fil-lokalità ta’ Raħal Ġdid?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dħul minn kontravenzjonijiet huwa wieħed fluwidu minħabba n-natura tal-proċessi leġiżlattivi. Dan jinkludi l-fakultà tal-allegatt offensur li jissottometti petizzjoni, li jsegwi bis-smigħ tal-każ quddiem it-tribunal lokali. Dan jerġa' jiġi segwit b’żewġ possibiltatjiet ta’ appell, u li huma: 1) is-sottomissjoni ta’ petizzjoni, jew 2) appell quddiem il-qrati tal-ġustizzja. Dan il-proċess jieħu ż-żmien u l-proċess kollu jissupera sena, u għaldaqstant tal-informazzjoni kif mitluba, ma tistax tiġi konkluża.
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet qegħdin isiru fi Triq Valletta f’Raħal Ġdid u kemm ser idumu għaddejjin?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet imsemmija fi Triq Valletta f’Raħal Ġdid, jinkludu xogħlijiet ta’ trinek għas-servizzi proposti, segwiti minn bankini ġodda, skavar u bini mill-ġdid tat-triq. Waqt ix-xogħlijiet instab li l-kompożizzjoni tal-materjal ta’ taħt l-art kien ta’ kwalità inferjuri b’dan wassal għal ħsarat fuq servizzi mgħoddija taħt l-art. Infrastructure Malta ħadet ħsieb li tikkordina t-tiswija ta’ dawn is-servizzi mal-entitajiet konċernati. Ix-xogħolijiet mistennija jkunu lesti għal Marzu tas-sena d-dieħla.
Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn it-tieni sitt xhur tas-sena, jiġifieri minn Lulju sa Diċembru 2023?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa għaddejja l-laqgħa Informali tal-Ministri għat-Turiżmu (Informal Council for Tourism Ministers) f’Palma de Mallorca. Minħabba esiġenzi li jirrikjedu l-preżenza tiegħi hawn Malta, din il-laqgħa qed jattendi għaliha s-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru tat-Turiżmu.
Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar — Laqgħat fl-UE
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn it-tieni sitt xhur tas-sena, jiġifieri minn Lulju sa Diċembru 2023?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma l-Onor. Interpellant li bħala Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar, attendejt għal dawn il-laqgħat fi ħdan l-Unjoni Ewropea:
· Il-Kroazja – Ministerial Meeting on Urban Development mit-3 sal-4 ta’ Mejju 2023
· L-Isvezja – Summit dwar is-Saħħa u Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OSH) mill-15 sas-16 ta’ Mejju 2023
· Il-Lussemburgu – Council of the European Union ECCL mid-19 sal-20 ta’ Ġunju 2023
Sal-ġurnata tal-lum, mhux ippjanat li nattendi laqgħat fi ħdan l-Unjoni Ewropea fit-tieni sitt xhur tas-sena, jiġifieri minn Lulju sa Diċembru 2023.
Ministru għall-Ekonomiija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet — Laqgħat fl-UE
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn it-tieni sitt xhur tas-sena, jiġifieri minn Lulju sa Diċembru 2023?
Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn it-tieni sitt xhur tas-sena, jiġifieri minn Lulju sa Diċembru 2023?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza — Laqgħat fl-UE
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn it-tieni sitt xhur tas-sena, jiġifieri minn Lulju sa Diċembru 2023?
Response (CAMILLERI, BYRON)
L-informazzjoni mitluba qiegħda tiġi riprodotta hawn taħt;
Laqgħa Informali tal-Kunsill tal-Ġustizzja u l-Intern - Stokkolma – Jan 2023
Laqgħa konġunta tal-Affarijiet Barranin u d-Difiża – Brusell – Mar 2023
Laqgħa formali tal-Kunsill tal-Ġustizzja u l-Intern – Brusell - Mar 2023
Laqgħa formali tal-Kunsill tal-Ġustizzja u l-Intern – Lussemburgu – Ġun 2023
Laqgħa formali tal-Kunsill tal-Ġustizzja u l-Intern – Lussemburgu - Ott 2023
Laqgħa konġunta tal-Affarijiet Barranin u d-Difiża – Brusell – Nov 2023
Laqgħa formali tal-Kunsill tal-Ġustizzja u l-Intern – Brusell – Diċ 2023
Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn it-tieni sitt xhur tas-sena, jiġifieri minn Lulju sa Diċembru 2023?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn Lulju u Diċembru ta’ din is-sena attendejt għal-laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri tal-Ġustizzja u l-Intern ġewwa l-Lussemburgu, u hemm skedat li nattendi l-laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri tal-Ġustizzja u l-Intern ġewwa Brussell.
Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Laqgħat fl-UE
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn it-tieni sitt xhur tas-sena, jiġifieri minn Lulju sa Diċembru 2023?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi attendejt għall-EYCS Council li sar bejn il-15 u s-16 ta’ Mejju 2023. Intant, l-EYCS Council li jmiss hu skedat li jsir bejn it-23 u l-24 ta’ Novembru 2023.
Infurmat ukoll li bejn il-25 u s-26 ta’ Settembru, l-Presidenza Spanjola organizzat Kunsill informali f’Càceres ġewwa Spanja, li għalih attendiet is-Segretarju Permanenti fi ħdan dan il-Ministeru.
Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — Laqgħat fl-UE
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn it-tieni sitt xhur tas-sena, jiġifieri minn Lulju sa Diċembru 2023?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħala Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ attendejt għal laqgħat fi ħdan l-Unjoni Ewropea u mistenni nattendi għal laqgħat oħra kif imsemmja hawn taħt:
Fit-18 ta’ Settembru 2023 iltqajt mal-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-Membri Stati tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll mar-Rappreżentant Għoli tal-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurta’ ġewwa New York, l-Istati Uniti.
Fit-2 ta’ Ottubru 2023, iltqajt mal-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-Membri Stati tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll mar-Rappreżentant Għoli tal-Affarijiet Barranin u l-politika tas-Sigurta’ ġewwa Kyiv, l-Ukrajna.
Fid-9 u l-10 ta’ Ottubru 2023, ipparteċipajt fis-sebgħa u għoxrin Kunsill Konġunt bejn il-Kunsill ta’ Kooperazzjoni tal-Golf u l-Unjoni Ewropea, li seħħ f’Muskat, fl-Oman.
Fil-11 ta’ Ottubru 2023, kelli laqgħa onlajn li sejjaħ ir-Rappreżentant Għoli tal-Affarijiet Barranin u l-politika tas-Sigurta’, wara l-iżviluppi li seħħew f’Iżrael u r-reġjun.
Fid-19 ta’ Ottubru 2023, żort Vienna, l-Awstrija fejn iltqajt ma’ l-E.T. Alexander Schallenberg, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej tal-Awstrija.
Fit-23 ta’ Ottubru 2023, iltqajt mal-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-Membri Stati tal-Unjoni Ewropeja, kif ukoll mar-Rappreżentant Għoli tal-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà ġewwa il-Lussemburgu.
Fl-24 ta’ Ottubru 2023, attendejt għal-Laqgħat tal-Kunsill tal-Affarijiet Barranin Ġenerali.
Fit-13 ta’ Novembru 2023, mistenni niltaqa’ mal-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-Membri Stati tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll mar-Rappreżentant Għoli tal-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà ġewwa Brussell.
Fil-15 ta’ Novembru u fit-12 ta’ Diċembru ta’ din is-sena mistenni li nattendi wkoll għal-Laqgħat tal-Kunsill tal-Affarijiet Barranin Ġenerali.
Fl-20 ta’ Novembru 2023, mistenni nipparteċipa fil-laqgħa ministerjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Unjoni Afrikana, li se sseħħ fi Brussell.
Fil-21 ta’ Novembru 2023, mistenni nkun mistieden sabiex nipparteċipa fil-laqgħa tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-Membri Stati tal-Unjoni Ewropea dwar l-Iżvilupp.
Fis-27 ta’ Novembru 2023, mistenni nkun mistieden ukoll sabiex nipparteċipa fil-laqgħa tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-Membri Stati tal-Unjoni Ewropea dwar il-Kummerċ.
Fis-27 ta’ Novembru 2023, mistenni nipparteċipa fil-laqgħa ministerjali bejn il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi tal-Viċinat tan-Nofsinhar, li ser isseħħ f’Barċellona.
Fil-11 ta’ Diċembru 2023, mistenni niltaqa’ mal-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-Membri Stati tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll mar-Rappreżentant Għoli tal-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà ġewwa Brussell.
Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Laqgħat fl-UE
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn it-tieni sitt xhur tas-sena, jiġifieri minn Lulju sa Diċembru 2023?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba minnu hija kif qed ikun elenkat hawn taħt:
13 ta’ Lulju EPSCO li nżammet Madrid;
9 ta’ Ottubru EPSCO li nżammet Lussemburgu.
Ministru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur — Laqgħat fl-UE
Question
Tista’ l-Ministru tgħid għal liema laqgħat attendiet fi ħdan l-Unjoni Ewropea u dawk li mistennija tattendi għalihom f’dawn it-tieni sitt xhur tas-sena, jiġifieri minn Lulju sa Diċembru 2023?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħala Ministru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur attendejt għal-laqgħa informali tal-Ministri tal-Konsumatur fl-24 ta’ Lulju 2023 f’Bilboa fi Spanja.
Sa Diċembru li ġej, m'hemmx attendenzi għal laqgħat fi ħdan l-UE pjanati, sakemm ma tintalabx attendenza
ad hoc
.
Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn it-tieni sitt xhur tas-sena, jiġifieri minn Lulju sa Diċembru 2023?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’Ottubru, attendejt għal laqgħa fil-Belġju bl-isem EU Regions Week, including the conference ‘After the European Parliament’s resolution on island regions: what’s next?'. Aktarx ser nattendi wkoll General Assembly and 50th anniversary of the CPMR Franza, però għadni ma kkonfermajthiex. M'iniex infurmat s’issa li se jkun hemm aktar laqghat fi ħdan l-Unjoni Ewropea sa Diċembru, però tifhem li jista’ jkun li niġu mistiedna għal xi laqgħat aktar 'il quddiem skont iċ-ċirkustanzi.
Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iz-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Laqgħat fl-UE
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn it-tieni sitt xhur tas-sena, jiġifieri minn Lulju sa Diċembru 2023?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fit-tieni sitt xhur ta’ din is-sena attendejt laqgħa waħda fi ħdan l-Unjoni Ewropea, u mistenni li sa l-aħħar ta’ din is-sena nattendi żewġ laqgħat oħra.
Ħaż-Żabbar/Fgura — Triq il-Kunsill tal-Ewropa - Xogħlijiet
Question
B’referenza għal mistoqsijiet parlamentari preċedenti jista’ l-Ministru jgħid għala x-xogħlijiet fi Triq il-Kunsill tal-Ewropa, bejn Ħaż-Żabbar u l-Fgura, għadhom mhux lesti?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet maġġuri fi Triq il-Kunsill tal-Ewropa, bejn Ħaż-Żabbar u l-Fgura, huma lesti. Jonqos biss li jitlestew xogħlijiet ta’ landscaping. Il-proġett mistenni jkun komplut fil-bidu ta’ Novembru.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10683, tista’ l-Ministru tgħid jekk il-problema tal-ilma li qed jiskula fil-parti tal-Ponta tal-Isla, fejn hemm il-Każin tar-Regatta, ġietx solvuta?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata illi mill-investigazzjonijiet li saru rriżulta li l-problema mhix ġejja minn l-ebda infrastruttura tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u l-każ ġie riferut lill-Awtorità kkonċernata.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk Triq Kottoner, fil-Fgura, hix ser tiġi msewwija jew miġjuba lura għal waħda tajba?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta għandha xogħlijiet ippjanati fi Triq il-Kottoner, fil-Fgura, li mistennija jibdew aktar tard din is-sena. L-Aġenzija bdiet il-preparamenti tagħha billi saret il-koordinazzjoni mal-entitajiet ikkonċernati u saru wkoll laqgħat mal-Kunsill.
Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Laqgħat fl-UE
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn it-tieni sitt xhur tas-sena, jiġifieri minn Lulju sa Diċembru 2023?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-laqgħat fi ħdan l-UE li attendejt għalihom sal-lum huma hekk kif ġej:
· Settembru 2023 – Laqgħa informali għall-Ministri għall-Agrikoltura – Cordoba, Spanja
· Settembru 2023 – Kunsill AgriFish – Brussell, il-Belġju
Dawn li ġejjin huma laqgħat li mistenni nkun qed nattendi għalihom sal-aħħar ta’ din is-sena:
· Novembru – Kunsill Agrifish – Brussell, il-Belġju
· Diċembru – Kunsill AgriFish – Brussell, il-Belġju
Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — Laqgħat fl-UE
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn it-tieni sitt xhur tas-sena, jiġifieri minn Lulju sa Diċembru 2023?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-laqgħat li attendejt u mistenni nattendi għalihom huma “Informal meeting of transport ministers – Barcelona" f' Settembru li għadda u “TTE Council of Ministers – Brussels" f'Diċembru li ġej.
Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża — Laqgħat fl-UE
Question
Tista’ l-Ministru tgħid għal liema laqgħat attendiet fi ħdan l-Unjoni Ewropea u dawk li mistennija tattendi għalihom f’dawn it-tieni sitt xhur tas-sena, jiġifieri minn Lulju sa Diċembru 2023?
Response (DALLI, MIRIAM)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet li tajtu għall-mistoqsijiet parlamentari 7206 u 7677, ninfurmah ukoll li dan ix-xahar attendejt għal-laqgħat formali tal-Kunsill tas-setturi li nkopri.