Legislature:
Category:
Reset
Active:

Skejjel Sekondarji — Tagħlim tal-lingwa Franċiża - Studenti reġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti fl-iskejjel sekondarji li huma komplessivament reġistrati fis-sena akkademika li bdiet, sabiex jitgħallmu l-lingwa Franċiża?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-iskejjel sekondarji tal-Istat hemm total ta’ 1,811 student li jistudjaw il-lingwa Franċiża.

Skejjel Sekondarji — Tagħlim tal-lingwa Taljana - Studenti reġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti fl-iskejjel sekondarji li huma komplessivament reġistrati fis-sena akkademika li bdiet, sabiex jitgħallmu l-lingwa Taljana?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-iskejjel sekondarji tal-Istat hemm total ta’ 6,111 student li jistudjaw il-lingwa Taljana.

Skejjel Sekondarji — Tagħlim tal-lingwa Ġermaniża - Studenti reġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti fl-iskejjel sekondarji, li huma komplessivament reġistrati fis-sena akkademika li bdiet, sabiex jitgħallmu l-lingwa Ġermaniża?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-iskejjel sekondarji tal-Istat hemm total ta’ 1,388 student li jistudjaw il-lingwa Ġermaniża.

MCAST — Xiri ta’ kotba ġodda għal-Librerija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk tul din is-sena nxtrawx kotba ġodda għall-Librerija tal-MCAST u jekk iva jgħid kemm kien l-ammont?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern b’kofinanzjament ta’ fondi Ewropej bena ċ-Ċentru tar-Riżorsi fl-MCAST, b’investiment ta’ €9.3 miljun. Ċentru li minnu qed igawdu eluf ta’ studenti, kemm full-time u wkoll part-time, li fih numru ta’ attivitajiet, fosthom iċ-Ċentru għar-Riċerka u l-Innovazzjoni tal-MCAST, Learning Support Unit kif ukoll Ċentru tar-Riżorsi u l-librerija, apparti diversi faċilitajiet u servizzi għall-istudenti, fosthom żewġ spazji għall-esibizzjoni, auditorium, 14-il uffiċċju għad-diretturi u għall-managers, żewġ boardrooms, 16-il klassi, kafetterija, librerija maqsuma fuq żewġ sulari, kif ukoll spazju fejn wieħed jista’ jaħdem u jistudja. S’issa l-MCAST ordnat 613-il ktieb ġdid filwaqt li sar ukoll investiment fuq 160 e-book.

Ministeru għal Għawdex — Implimentazzjoni ta' Direttivi tal-UE

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew implimentati mill-Ministeru għal Għawdex matul is-sena 2023 u liema huma dawk li għadhom pendenti?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2023 ma kienx hemm Direttivi x’jiġu trasposti taħt dan il-portafoll tal-Ministeru għal Għawdex.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Implimentazzjoni ta' Direttivi tal-UE

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew implimentati mill-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni matul is-sena 2023 u liema huma dawk li għadhom pendenti?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru jimplimenta d-Direttivi b’mod kontinwu għaliex l-implimentazzjoni tfisser li tkun konformi mal-provedimenti tad-direttivi hekk kif trasposti.

Ministeru għat-Turiżmu — Implimentazzjoni ta' Direttivi tal-UE

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew implimentati mill-Ministeru għat-Turiżmu matul is-sena 2023 u liema huma dawk li għadhom pendenti?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm l-ebda Direttiva li ġiet trasposta matul is-sena 2023 u ma hemm l-ebda Direttiva pendenti.

Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar — Implimentazzjoni ta' Direttivi tal-UE

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew implimentati mill-Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar matul l-2023 u liema huma dawk li għadhom pendenti?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninsab infurmat li hemm bosta Direttivi, kif ukoll Regolamenti tal-Unjoni Ewropea li l-Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar jimplimenta fil-funzjoni tiegħu ta’ kuljum. Fis-sena 2023 ġiet trasposta d-Direttiva (UE) 2021/1187 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2021 dwar ir-razzjonalizzazzjoni ta’ miżuri li jmexxu ’l quddiem it-twettiq tan-network trans-Ewropew tat-trasport (TEN-T) permezz ta’ leġislazzjoni sussidjarja ġdida L.S. 552.32 fil-Liġi ta’ Malta. Ninsab infurmat ukoll li l-Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar m’għandux traspożizzjonijiet pendenti għall-2023.

Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet — Implimentazzjoni ta’ direttivi tal-UE

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew implimentati mill-Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet matul l-2023 u liema huma dawk li għadhom pendenti?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-direttivi implimentati u dawk pendenti matul l-2023 huma: Implimentati: · Direttiva (UE) 2015/2436 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2015 biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (Riformulazzjoni) · Direttiva (UE) 2019/2121 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Novembru 2019 li temenda d-Direttiva (UE) 2017/1132 fir-rigward ta' konverżjonijiet, mergers u diviżjonijiet transkonfinali Pendenti: · Direttiva (UE) 2021/2101 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2021 li temenda d-Direttiva 2013/34/UE fir-rigward tad-divulgazzjoni ta’ informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu minn ċerti impriżi u fergħat · Direttiva (UE) 2019/1151 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 li temenda d-Direttiva (UE) 2017/1132 fir-rigward tal-użu ta’ għodod u proċessi diġitali fil-liġi dwar il-kumpaniji.

Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — Implimentazzjoni ta’ direttivi tal-UE

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew implimentati mill-Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol matul l-2023 u liema huma dawk li għadhom pendenti?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawk id-Direttivi tal-Unjoni Ewropea li kellhom data ta’ skadenza għat-traspozizzjoni fil-Liġi Nazzjonali fis-sena 2023 u li ġew trasposti huma s-segwenti: Direttiva tal-Kunsill (UE) 2021/514 tat-22 ta’ Marzu 2021 li temenda d-Direttiva 2011/16/UE dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni Dawk id-Direttivi li għandhom pendenti huma: Direttiva (UE) 2021/2118 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2021 li temenda d-Direttiva 2009/103/KE dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-uzu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà Direttiva (UE) 2020/1828 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar azzjonijiet rapprezentattivi għall-protezzjoni tal-interessi kollettivi tal-konsumaturi, u li tħassar id-Direttiva 2009/22/KE Direttiva (UE) 2021/2167 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2021 dwar is-servizzjanti tal-kreditu u x-xerrejja tal-kreditu u li temenda d-Direttivi 2008/48/KE u 2014/17/UE Direttiva tal-Kunsill (UE) 2020/284 tat-18 ta’ Frar 2020 li temenda d-Direttiva 2006/112/KE rigward l-introduzzjoni ta’ ċerti rekwiziti għall-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament Direttiva tal-Kunsill (UE) 2022/2523 tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar l-izgurar ta' livell minimu globali ta' tassazzjoni għal gruppi ta' intraprizi multinazzjonali u gruppi domestiċi fuq skala kbira fl-Unjoni

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — Implimentazzjoni ta' Direttivi tal-UE

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew implimentati mill-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali matul is-sena 2023 u liema huma dawk li għadhom pendenti?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm bosta direttivi, kif ukoll regolamenti tal-Unjoni Ewropea li l-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali jimplimenta fil-funzjoni tiegħu ta’ kuljum. Dawk id-Direttivi li li kellhom data ta’ skadenza għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali fis-sena 2023 u li ġew trasposti huma s-segwenti: Direttiva (UE) 2022/738 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ April 2022 li temenda d-Direttiva 2006/1/KE dwar l-użu ta’ vetturi mikrija mingħajr is-sewwieq għat-trasport ta’ merkanzija bit-triq. Direttiva Delegata tal-Kummisjoni (UE) 2022/2407 tal-20 ta’ Settembru 2022 li temenda l-Annessi tad-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sabiex jitqies il-progress xjentifiku u tekniku li jkun sar. Direttiva li għadha pendenti u li qiegħed isir xogħol ta’ abbozzar fuqha sabiex tiġi trasposta fil-liġi nazzjonali hija: Direttiva (UE) 2021/2118 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2021 li temenda d-Direttiva 2009/103/KE dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà.

Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża — Implimentazzjoni ta' Direttivi tal-UE

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew implimentati mill-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża matul is-sena 2023 u liema huma dawk li għadhom pendenti?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Implimentazzjoni ta' Direttivi tal-UE

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew implimentati mill-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali matul is-sena 2023 u liema huma dawk li għadhom pendenti?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li ma kienx hemm direttivi li ġew trasposti fis-sena 2023 kif ukoll li m’hemmx direttivi li jridu jiġu trasposti matul is-sena 2023.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — Implimentazzjoni ta' Direttivi tal-UE

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew implimentati mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ matul is-sena 2023 u liema huma dawk li għadhom pendenti?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-sena 2023, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ ma kellu l-ebda Direttiva tal-Unjoni Ewropea li kellha tiġi trasposta fil-Liġi Nazzjonali u għaldaqstant ma hemm l-ebda Direttiva li hija pendenti.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Implimentazzjoni ta' Direttivi tal-UE

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew implimentati mill-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal matul is-sena 2023 u liema huma dawk li għadhom pendenti?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru tiegħi m’għandux direttivi tal-Unjoni Ewropea li jridu jiġu trasposti fil-preżent, u m’għandux direttivi li huma pendenti.

Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur — Implimentazzjoni ta' Direttivi tal-UE

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew implimentati mill-Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur matul is-sena 2023 u liema huma dawk li għadhom pendenti?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm ebda obbligu li tiġi trasposta xi Direttiva fl-2023 dwar id-diżabilità. Filwaqt li ninfurmah ukoll li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-Direttivi tal-UE li ġew trasposti matul l-2023 u dawk li għadhom pendenti biex jigu trasposti din l-istess sena (iż-żewġ titoli EN & MT inklużi) min-naħa tal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA).

Belt Valletta – Triq in-Nofsinhar — tiswijiet fiċ-ċangatura

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11148 jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-entitajiet konċernati peress li s-sitwazzjoni fi Triq in-Nofsinhar, fil-Belt Valletta, mhijiex waħda feliċi?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta li l-istess Kunsill ikkomunika dwar din it-triq ma’ Infrastructure Malta.

Iż-Żejtun — Kappella ta’ San Klement - Xogħlijiet ta’ restawr

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11290 jista’ l-Ministru jgħid kemm hija prevista li se tkun in-nefqa fuq ix-xogħlijiet li ser isiru fil-Kappella ta’ San Klement fiż-Żejtun?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li n-nefqa prevista għax-xogħlijiet ta’ restawr fuq il-Kappella ta’ San Klement tammonta għal ċirca €68,000. Infurmat ukoll li din il-figura tkopri l-ispejjeż ta’ xiri tal-materjal u l-pagi tal-ħaddiema tad-Dipartiment tar-Restawr u l-Preservazzjoni involuti fil-proġett.

Persuni reġistrati bħala NEET

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11292, jista’ l-Ministru jgħid x’passi u miżuri qed jittieħdu sabiex it-3,471 persuna NEET jinġiebu lura biex jaħdmu jew jistudjaw?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Gvern, permezz ta’ Jobsplus, ser ikompli joffri lill-persuni bejn l-età ta’ 15 sa 29 sena l-iskema Garanzija għaż-Żgħażagħ. Permezz ta’ din l-iskema, iż-żgħażagħ li la qegħdin f'impjieg u lanqas fl-edukazzjoni u żgħażagħ li huma f'riskju li jaqgħu fil-kategorija NEET huma pprovduti b'servizzi mfassla apposta biex jiggwidawhom biex ikomplu bl-edukazzjoni tagħhom jew jidħlu f'impjieg bi qligħ. Biex tgħin fl-integrazzjoni tan-NEETs fis-suq tax-xogħol, Jobsplus toffri wkoll inċentivi finanzjarji lil min iħaddem permezz tal-Iskema tal-‘Access to Employment’ fejn min iħaddem jirċievi assistenza ta’ €110.93 (full-time) jew €55.47 (part-time) meta jimpjega kwalunkwe persuna bla xogħol ta’ bejn il-15 u l-24 sena li qabel ipparteċipat u lestiet l-iskema tal-Garanzija għaż-ŻgħaŻagħ u tkun ingaġġata għall-ewwel darba. Jobsplus tamministra wkoll il-proġett INTERCEPT li huwa mmirat biex joħroġ il-potenzjal tan-NEETs bejn il-25 u d-29 fis-settur ekoloġiku. Il-proġett wettaq riċerka dwar in-NEETS u l-kumpaniji ħodor, fejn ġew identifikati l-ħtiġijiet u l-opportunitajiet f’dan il-qasam. Dan il-proġett jinkludi taħriġ u placement fuq il-post tax-xogħol fis-settur ekoloġiku. Apparti dawn il programmi, Jobsplus toffri servizzi ta’ konsulenza dwar ix-xogħol sabiex tassisti liż-żgħażagħ li huma mħajra jidħlu fid-dinja tax-xogħol. Jobsplus tikkollabora wkoll ma’ entitajiet edukattivi sabiex toffri gwida dwar is-suq tax-xogħol, il-ħiliet u l-opportunitajiet eżistenti. Barra minn hekk, Jobsplus hija involuta f’numru ta’ inizjattivi ta’ riċerka, bl-għan li jkollha iżjed informazzjoni dwar iż-żgħażagħ u kif jistgħu jiġu megħjuna jilħqu l-aspirazzjonijiet tagħhom.

Il-Belt Valletta – Triq San Ġwann – tiswijiet taċ-ċangatura

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsijiet parlamentari 7954, 9172 u 11145 jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li x-xogħlijiet ta’ tiswija fi Triq San Ġwann, ġewwa l-Belt Valletta, isiru b’mod aktar urġenti?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12953.