Legislature:
Category:
Reset
Active:

Marsaxlokk — Triq Santa Katarina - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex ser isir ix-xogħol neċessarju fi Triq Santa Katarina ġewwa Marsaxlokk peress illi għandha bżonn u hija użata sew?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Marsaxlokk li dan ix-xogħol inbeda nhar it-3 ta’ Jannar 2024.

Ħal Lija — Triq it-Trasfigurazzjoni - Tiswija fil-faċilitajiet pubbliċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ser idumu biex jiġu msewwija l-faċilitajiet pubbliċi li hemm fi Triq it-Trasfigurazzjoni ġewwa Ħal Lija?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Lija li għaddejjin diskussjonijiet mad-Diviżjoni kkonċernata sabiex ikun jista’ jinbeda x-xogħol neċessarju u jitlesta fl-iqsar żmien possibbli.

Qorti tal-Appell Sede Superjuri u Qorti Kostituzzjonali — Appelli

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew preżentati appelli quddiem il-Qorti tal-Appell Sede Superjuri u l-Qorti Kostituzzjonali matul l-2021, l-2022 u l-2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura sas-7 ta’ Diċembru 2023. Sena Qorti tal-Appell Superjuri Qorti Kostituzzjonali 2021 346 95 2022 391 220 Sas-7 ta’ Diċembru 2023 417 203

Il-Belt Valletta – Skemi għal stabbilimenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta hi mistennija li tiġi reża pubblika l-iskema l-ġdida li permezz tagħha persuni li għandhom stabbilimenti kummerċjali mikrija fil-Belt, ikunu jistgħu jestendu t-termini tagħhom fi ċnus jew f’atti oħra?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskema msemmija ser titħabbar fil-futur qarib. Ta’ min iżid illi din l-iskema mhux biss applikabbli għall-istabbilimenti kummerċjali mikrija tal-Belt Valletta biss imma ser tkun mifruxa fuq it-territorju Maltin u Għawdxi kollu hekk kif imwiegħed fil Manifest Elettorali.

Raħal Ġdid – Pace Grasso Ground — Żbir ta’ siġra

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13929 u ċjoè: B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 11554, 11555 u 11556, jista’ l-Ministru jara li jittieħdu l-passi neċessarji sabiex is-siġra li tinsab f'art tal-eks grawnd tal-futbol Pace Grasso tiġi miżbura?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Raħal Ġdid: Ġnien San Alwiġi – Xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13938, jista’ l-Ministru jgħid jekk bediex ix-xogħol fuq Ġnien San Alwiġi, f’Raħal Ġdid?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid li l-Kunsill kien ressaq applikazzjoni quddiem l-Awtorità kkonċernata sabiex isiru xogħlijiet fi Ġnien San Alwiġi, liema applikazzjoni infurmat li ġiet approvata x-xahar li għadda. Fiċ-ċirkostanzi, infurmat illi l-istess Kunsill qed jaħdem sabiex fil-ġimgħat li ġejjin ikun jista’ jinħareġ it-tender relattiv għax-xogħlijiet.

Raħal Ġdid – Pjazza Antoine de Paule – Xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13940 jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ soluzzjoni qed tiġi diskussa rigward ix-xogħlijiet li jridu jsiru mill-ġdid fil-Pjazza Antoine de Paule, f’Raħal Ġdid?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għall-mistoqsija parlamentari 13940.

Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat – kundizzjonijiet tal-avukati u prokuraturi legali

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 8957 u 11573, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-ftehim kollettiv fi ħdan l-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat huwiex konkluż jew le?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Bi pjaċir ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-taħdidiet waslu fi stadju matur.

Ittri uffiċjali taħt l-Artikolu 166A

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew preżentati ittri uffiċjali taħt l-Artikolu 166A tal-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili minn meta ġiet introdotta sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija maqsuma sena b’sena u b’kemm ġew reżi eżegwibbli?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.

Ittri uffiċjali li jrendu eżegwibbli kambjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew preżentati ittri uffiċjali li jrendu eżegwibbli kambjali minn meta ġiet introdotta sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari possibilment maqsuma sena b’sena?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura sas-7 ta’ Diċembru 2023. SenaQrati ta’ MaltaQrati ta’ Għawdex 20043820 20055923 20062924 200728312 20082326 200924710 201025313 201116214 20121294 20132204 20141643 2015972 2016733 20171074 20181866 20191211 20203292 20216308 20223206 Sas-7 ta’ Diċembru 2023845

Qorti tal-Familja — Talbiet għall-medjazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew preżentati talbiet għall-medjazzjoni fil-Qorti tal-Familja minn Diċembru 2003 possibilment sena b’sena sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura minn Diċembru 2003 sas-7 ta’ Diċembru 2023. SenaQrati ta’ MaltaQrati ta’ Għawdex 200352 2004103496 200587893 200696992 200796368 2008112592 20091158105 20101237109 2011129285 20121271105 2013144294 20141463109 20151452111 20161512128 20171527116 20181659105 20191689113 2020133388 2021141093 20221770103 2023136379

Traffikar ta’ droga — Kompilazzjonijiet pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm kompilazzjonijiet pendenti matul is-sena 2022 marbuta ma’ kawżi ta’ traffikar ta’ droga?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi matul is-sena 2022 kien hemm tliet mija u tmien (308) kumpilazzjonijiet pendenti marbuta ma’ kawżi ta’ traffikar ta’ droga fil-Qrati ta’ Malta u erbgħa u għoxrin (24) kumpilazzjonijiet pendenti quddiem il-Qrati ta’ Għawdex.

Traffikar ta’ droga — Kompilazzjonijiet pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm kompilazzjonijiet pendenti matul is-sena 2022 marbuta ma’ kawżi ta’ traffikar ta’ droga?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Marsaskala – Dawl fit-toroq

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk kemm-il darba d-dawl fit-triq l-antika ta’ Marsaskala huwiex jinxtegħel regolarment, billi hemm ilmenti varji li ma huwiex u dan b’detriment għas-sewwieqa varji u dawk li jużawha?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fit-triq imsemmija l-Enemalta bidlet is-sistema kollha tad-dawl tat-triq (street lighting) inkluż saru arbli ġodda b’lampi LED, li jikkunsmaw ferm inqas enerġija minn dawk konvenzjonali u għalhekk jiġġeneraw inqas emissjonijiet. Infurmata li l-installazzjoni hija prattikament kompluta u mixgħula, ħlief għal ftit arbli li ser jinxtegħlu fil-jiem li ġejjin.

Deċiżjoni ta’ sentenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ulterjuri ser jittieħdu fir-rigward tal-impjegati varji wara u in konsegwenza tas-sentenza li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament deċiża fil-25 ta' Frar 2021 u dan kemm għall-impjegati li kienu parti fil-kawża kif ukoll dawk li ma kienux parti imma li għandhom interess?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Deċiżjoni ta’ sentenza

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’passi ulterjuri ser jittieħdu fir-rigward tal-impjegati varji wara u in konsegwenza tas-sentenza li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament deċiża fil-25 ta Frar 2021 u dan kemm għall-impjegati li kienu parti fil-kawża kif ukoll dawk li ma kienux parti imma li għandhom interess?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Tax Deduction fil-pensjoni

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 9431 u 12437 jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi ulterjuri dwar it-tax deductions fil-pensjoni maħruġa ai termini tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Żejtun — “Clean and Upkeep” Mobile App – Rapporti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru rapporti permezz tal-mobile app “Clean and Upkeep” u jekk humiex jingħataw widen u kemm qed idumu senjatament fiż-Żejtun?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-1 ta’ Jannar sal-aħħar ta’ Ottubru ġew reġistrati total ta’ 147 każ fil-lokalità taż-Żejtun permezz tal-mobile app. Clean and Upkeep. Każ wieħed biss huwa pendenti.

Furjana – Funtana tal-Iljun — Xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12439, jista’ l-Ministru jgħid xi progress kien hemm fir-rigward tal-Funtana tal-Iljun fil-Furjana?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninsab infurmat li qegħdin jitwettqu interventi fuq is-servizzi eżistenti waqt li qegħdin isiru t-tħejjijiet neċessarji għall-installazzjoni ta’ tagħmir ġdid u għax-xogħol ta’ restawr fuq l-iskultura nnifisha.