Il-Furjana — Triq Frangisk Saver Fenech – Ġbir ta’ żebbuġ
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx il-ħsieb li ż-żebbuġ li hemm fis-siġar taż-żebbuġ fi Triq Franġisk Saver Fenech, il-Furjana, jiġu miġbura?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li l-ammont ta’ siġar taż-żebbuġ li hemm f’dan is-sit ma jipproduċux ammont biżżejjed li jkun ekonomikament vijabbli biex dan ikun ipproċessat.
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 13940 u 14149, jista’ l-Ministru jgħid jekk ġewx ivvutati fondi sabiex il-Pjazza ta’ Raħal Ġdid tiġi maqlugħa u ssir mill-ġdid?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa għaddejjin diskussjonijiet tekniċi sabiex tiġi stabbilità l-aħjar triq 'il quddiem għal din il-pjazza.
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 11554, 11555, 11556, 13929, 14146 u 14147, li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali, lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar, lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, lill-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali u lill-Prim Ministru, jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li jsir iż-żbir tas-siġra kif indikata fl-istess mistoqsijiet?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jindirizza din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew deċiżi appelli mill-Qorti Kostituzzjonali, mill-Qorti tal-Appell Superjuri u mill-Qorti tal-Appell Inferjuri fis-snin 2021, 2022 u 2023?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli bl-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14031 u jgħid kemm ġew preżentati ittri uffiċjali taħt l-Artikolu 166A tal-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili minn meta ġiet introdotta sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija maqsuma sena b’sena u b’kemm ġew reżi eżegwibbli?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li tindika kemm ġew preżentati ittri uffiċjali taħt l-artikolu 166A tal-Kodiċi ta’ Organizazzjoni u Proċedura Ċivili u kemm minnhom ġew reżi eżekuttivi hekk kif miġbura sal-aħħar tal-2023.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14027 u cjoè: B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 9431 u 12437, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi ulterjuri dwar it-tax deductions fil-pensjoni maħruġa ai termini tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-testing li kien hemm bżonn isir sar, u issa d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali qiegħed konformi mat-tax deductions.
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 14025 u 14026 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol u lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża rispettivament, jista’ l-Prim Ministru jgħid x’passi ulterjuri ser jittieħdu fir-rigward tal-impjegati varji wara u in konsegwenza tas-sentenza deċiża fil-25 ta' Frar 2021, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, u dan kemm għall-impjegati li kienu parti fil-kawża kif ukoll dawk li ma kinux parti imma li għandhom interess?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13949 u jipprovdi lista bit-titoli tal-kotba li ġew restawrati fl-2022 u fl-2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 14150.
Vetturi “Y-Plate” — Spezzjonijiet minn uffiċjali ta’ Transport Malta
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12973, jista’ l-Ministru jgħid jekk humiex qed isiru spezzjonijiet tal-ambjent u l-kundizzjonijiet ta’ ġewwa l-vetturi fejn jitilgħu l-passiġġieri?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi uffiċjali ta’ Transport Malta regolarment jispezzjonaw vetturi tal-kategorija msemmija sabiex jiżguraw li jkunu miżmuma fi stat tajjeb ta’ manutenzjoni. Tali spezzjonijiet jinkludi l-kundizzjonijiet ta’ ġewwa l-vetturi. Infatti matul il-perjodu tal-festi, Transport Malta saħansitra ikkonfiskat n-numru ta’reġistrazzjoni ta’ vettura ta’ din il-kategorija peress li l-interjuri ta’ din il vettura ma kienx fi stat tajjeb.
Nikaragwa — Persekuzzjoni fil-konfront tal-Knisja Kattolika - Pożizzjoni li ttieħdet mill-Istat Malti
Question
In vista tal-arresti u persekuzzjoni li għaddejja fin-Nikaragwa fil-konfront tal-Knisja Kattolika, jista’ l-Ministru jgħid x’pożizzjoni ttieħdet mill-Istat Malti?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Malta tinsab imħassba ħafna bis-sitwazzjoni li qed tmur għall-agħar fin-Nikaragwa fejn membri tal-Knisja Kattolika qed jiġu ppersegwitati u mċaħħda mil-libertà tagħhom speċjalment matul il-perjodu tal-Milied. Inħeġġeġ lill-awtoritajiet tan-Nikaragwa biex jeħilsu lil dawk il-membri tal-kleru li ġew detenuti inġustament u jimpenjaw ruħhom fi triq ta’ djalogu biex jegħlbu kwalunkwe diffikultajiet.
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 13940 u 14149 li oriġinarjament saru lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali, jista’ l-Ministru jgħid jekk ġewx ivvutati fondi sabiex il-Pjazza ta’ Raħal Ġdid tiġi maqlugħa u ssir mill-ġdid?
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 13940 u 14149 li oriġinarjament saru lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali, jista’ il-Prim Ministru jgħid jekk ġewx ivvutati fondi sabiex il-Pjazza ta’ Raħal Ġdid tiġi maqlugħa u ssir mill-ġdid?
Furjana — Triq Frangisk Saver Fenech – Ġbir ta’ żebbuġ
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li ż-żebbuġ li hemm fis-siġar taż-żebbuġ fi Triq Frangisk Saver Fenech, il-Furjana, jiġu miġbura?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Furjana li l-parir li ngħata lill-Kunsill dwar il-ġbir taż-żebbuġ huwa li dan m’għandux jinġabar wara Ottubru għax wara dan iż-żmien ma jibqax tajjeb u għaldaqstant m’hemmx ħsieb li dan jinġabar.
Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda — Rapport ta’ ħidma
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport tal-ħidma ta’ Malta fil-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda matul is-sena li għaddiet?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport tal-ħidma ta’ Malta fil-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda ta’ matul l-aħħar sena.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13949 u jipprovdi lista bit-titoli tal-kotba li ġew restawrati fl-2022 u fl-2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BONNICI, OWEN)
L-informazzjoni rigwardanti restawr ta’ kotba minn entitajiet fi ħdan il-Ministeru qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.