Att dwar il-Kummissarju għall-Ġustizzja — Kap. 291 - Petizzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tressqu petizzjonijiet taħt is-sistema kif stabbilita fl-Att dwar il-Kummissarji għall-Ġustizzja Kap. 291 matul is-sena 2023? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom ġew aċċettati u kemm minnhom ġew rifjutati?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Reġistratur tal-Qorti (Ċivili) — Drittijiet u spejjeż dovuti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inġabru flus fi drittijiet u spejjeż dovuti lir-Reġistratur tal-Qorti (Ċivili) matul is-sena 2023?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi matul is-sena 2023 is-somma miġbura fi drittijiet u spejjeż mir-Reġistratur tal-Qorti (Ċivili) kienet ta’ €6,593,386.59.
Eżami tal-Warrant tal-avukati — Fit and proper test
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fejn tinsab maħżuna d-data mogħtija mill-avukati li poġġew għal Fit and Proper Test bħala parti mill-eżami tal-warrant tagħhom bħala avukati?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Fit & Proper Test mitlub bħala parti mill-eżami tal-warrant tal-avukati huwa parti mir-responsabiltajiet tal-Kumitat għall-Avukati u Prokuraturi Legali li jaqa fi ħdan il-Kummissjoni għall-Amminstrazzjoni tal-Ġustizzja. Tali Kummissjoni ma taqax taħt il-mansjoni tal-Ministeru u lanqas tal-Gvern. Għaldaqstant minix f’pożizzjoni li nirrispondi din il-mistoqsija.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il riżenja ġiet sottomessa minn ħaddiema li jaħdmu fl-Isptar Mount Carmel jew li talbu trasferiment f’dipartimenti oħra taċ-Ċivil matul dawn l-aħħar sitt xhur?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm 17-il riżenja u 9 li talbu għal transfer.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati delitti tul is-sena 2023 fil-lokalità ta’ Marsaxlokk, u kemm minnhom kienu marbuta ma’ serq?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2023 in-numru ta’ rapporti ta’ delitti rreġistrati mal-pulizija għal lokalità ta’ Marsaxlokk, kienu ta’ mija u sittin (160). Minn dawn sitta u sittin (66) rapport kienu dwar serq.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati delitti tul is-sena 2023 fil-lokalità ta’ Ħaż-Żebbuġ (Malta), u kemm minnhom kienu marbuta ma’ serq?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2023 in-numru ta’ rapporti ta’ delitti rreġistrati mal-pulizija għal lokalità ta’ Ħaż-Żebbuġ, kienu ta’ mitejn u tlieta u disgħin (293). Minn dawn sebgħin (70) rapport kienu dwar serq.
Raħal Ġdid — Żbir ta’ siġra li qiegħda tagħmel il-ħsara lill-proprjetà
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14146, fejn ġejt informat li l-eks ground ta' Pace Grasso, f’Raħal Ġdid, jaqa’ taħt id-dekasteru tal-Ministeru għas-Saħħa u tal-Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx tibdil fil-pożizzjoni għar-rigward taż-żbir tas-siġra li hemm fuq wara tal-proprjetà li d-dettalji dwarha qed tingħata separatament?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju jinsabu x-xogħlijiet fi Triq il-Kampanella, il-Fgura, u meta huwa mistenni li jkunu lesti u kemm ser tkun l-ispiża relattiva?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fi Triq il-Kampanella, il-Fgura, tlestew fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet. F’din it-triq saru xogħlijiet ta’ trinek tal-ilma tax-xorb u d-drenaġġ, trinek tal-Enemalta u t-telekomunikazzjoni, sistema ta’ stormwater li tingħaqad ma’ dik eżistenti, bankini ġodda, skavar u bini tat-triq mill-ġdid u linji taż-żebgħa, tul it-triq kollha. L-investiment fuq dan il-proġett kien ta’ madwar €800,000.
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju jinsabu x-xogħlijiet fi Triq il-Kampanella, il-Fgura, u meta huwa mistenni li jkunu lesti u kemm ser tkun l-ispiża relattiva?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi d-domanda tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
Sptar Mater Dei — Emergency vehicles - Ħaddiema ‘l fuq minn 63 sena
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għala ħaddiema ta’ ’l fuq minn 63 sena mhumiex jitħallew isuqu emergency vehicles fl-Isptar Mater Dei?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat illi f’Lulju tas-sena 2023 sar tibdil fil-policy biex b’hekk Emergency Ambulance Responders jistgħu jġeddu l-impjieg sal-età ta’ 65 sena, suġġett għall-eżami mediku u test tal-għajnejn.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati delitti tul is-sena 2023 fil-lokalità ta’ Santa Luċija, u kemm minnhom kienu marbuta ma’ serq?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2023 in-numru ta’ rapporti ta’ delitti rreġistrati mal-pulizija għal lokalità ta’ Santa Luċija, kienu ta’ sitta u ħamsin (56). Minn dawn tmienja (8) rapport kienu dwar serq.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati delitti tul is-sena 2023 fil-lokalità tal-Gudja, u kemm minnhom kienu marbuta ma’ serq?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2023 in-numru ta’ rapporti ta’ delitti rreġistrati mal-pulizija għal lokalità tal-Gudja, kienu ta’ mija u ħamsin (150). Minn dawn tnejn u ħamsin (52) rapport kienu dwar serq.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati delitti tul is-sena 2023 fil-lokalità ta’ Ħal Għaxaq, u kemm minnhom kienu marbuta ma’ serq?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2023 in-numru ta’ rapporti ta’ delitti rreġistrati mal-pulizija għal lokalità ta’ Ħal Għaxaq kienu ta’ mija u għaxra (110). Minn dawn erbgħa u għoxrin (24) rapport kienu dwar serq.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati delitti tul is-sena 2023 fil-lokalità tal-Fgura, u kemm minnhom kienu marbuta ma’ serq?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2023 in-numru ta’ rapporti ta’ delitti rreġistrati mal-pulizija għal lokalità tal-Fgura kienu ta’ tliet mija u disgħa (309). Minn dawn erbgħa u sittin (64) rapport kienu dwar serq.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati delitti tul is-sena 2023 fil-lokalità ta’ Wied il-Għajn, u kemm minnhom kienu marbuta ma’ serq?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2023 in-numru ta’ rapporti ta’ delitti rreġistrati mal-pulizija għal lokalità ta’ Wied il-Għajn kienu ta’ tliet mija u wieħed u tmenin (381). Minn dawn tnejn u sebgħin (72) rapport kienu dwar serq.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati delitti tul is-sena 2023 fil-lokalità taż-Żejtun, u kemm minnhom kienu marbuta ma’ serq?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2023 in-numru ta’ rapporti ta’ delitti rreġistrati mal-pulizija għal lokalità taż-Żejtun kienu ta’ tliet mija u tlieta u erbgħin (343). Minn dawn ħamsa u sittin (65) rapport kienu dwar serq.