Tista’ l-Ministru tgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew jew mistennija li jiġu implimentati mill-Ministeru tagħha matul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2026 u liema huma dawk li għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’hemmx direttivi li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika u li d-data ta’ skadenza għat-traspożizzjoni tagħhom taħbat fl-ewwel sitt xhur tas-sena 2026.
Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew jew mistennija li jiġu implimentati mill-Ministeru tiegħu matul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2026 u liema huma dawk li għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Direttiva li d-data ta’ skadenza għat-traspożizzjoni tagħha taħbat fit-tieni nofs tas-sena 2026 hija s-segwenti:
DIRETTIVA DELEGATA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1801 tat-23 ta’ Ġunju 2025 li tadatta għall-progress xjentifiku u tekniku l-Annessi I u II tad-Direttiva (UE) 2022/1999 tal- Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar proċeduri uniformi għal kontrolli fuq it-trasport ta’
merkanzija perikoluża bit-triq.
23/06/2026
Din id-Direttiva għadha ma ġietx trasposta fil-liġi nazzjonali u għalhekk għadha pendenti.
Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew jew mistennija li jiġu implimentati mill-Ministeru tiegħu matul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2026 u liema huma dawk li għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru li tiegħu responsabbli bħalissa qed jaħdem fuq it-traspożizzjoni ta’ direttiva tal-UE fil-liġi nazzjonali u li hija li gej:
Titolu tad-direttiva tal-UE
Data sa meta trid tingħalaq it-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali
DIRETTIVA TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/2449 tal-4 ta’ Diċembru 2025 li temenda d-Direttivi 2003/90/KE u 2003/91/KE fir-rigward tal-protokolli għall-eżami tal-varjetajiet tal-lift tal-Iżvezja, tal-kaboċċi għall-magħlef, tar-ross, tal-grupp tal-kaboċċi tal-weraq, tal-grupp talkaboċċi tat-Toskana, tal-grupp tal-kaboċċi portugiżi (Tronchuda), tal-kaboċċi Ċiniżi, tat-tadam u tal-ispinaċi
30 ta’ Ġunju 2026
Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena 2026?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Għax-xhur li ġejjin, bħala prassi u sa fejn ikun possibbli, jien ser nattendi l-laqgħat kollha li jsiru fi ħdan l-Unjoni Ewropea u li jkunu intenzjonati għall-Ministri responsabbli mit-temi partikolari tal-portafoll ministerjali tiegħi.
Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena 2026?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa din is-sena, attendejt għal laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri tal-Affarijiet Interni li saret f’Ċipru fit-22 ta’ Jannar 2026. Għax-xhur li ġejjin, bħala prassi u sa fejn ikun possibbli, jien ser nattendi l-laqgħat li jsiru fi ħdan l-Unjoni Ewropea u li jkunu intenzjonati għall-Ministri responsabbli mit-temi partikolari tal-portafoll ministerjali tiegħi.
Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena 2026?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s’issa din is-sena, attendejt għal-laqgħat tal-Kunsill tal-Ministri tal-Finanzi li saru fi Brussels fid-19 u l-20 ta’ Jannar 2026 u fis-16 u s-17 ta’ Frar 2026.
Għax-xhur li ġejjin, bħala prassi u sa fejn ikun possibbli, jien ser nattendi l-laqgħat kollha li jsiru fi ħdan l-Unjoni Ewropea u li jkunu intenzjonati għall-Ministri responsabbli mit-temi partikolari tal-portafoll ministerjali tiegħi.
Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena 2026?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa din is-sena attendejt għal-laqgħa tal-Kunsill informali tal-Ministri tal-Kompettività li saret f’Ċipru fit-3 u l-4 ta’ Frar. Għax-xhur li ġejjin, bħala prassi u sa fejn ikun possibbli, jien ser nattendi l-laqgħat kollha li jsiru fi ħdan l-Unjoni Ewropea u li jkunu intenzjonati għall-Ministri responsabbli mit-temi partikolari tal-portafoll ministerjali tiegħi.
Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena 2026?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’referenza għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 29769, attendejt ukoll għas-sittin sena Anniversarju ta’ Malta bħala membru tal-Kunsill tal-Ewropa ġewwa Strassburgu, kif ukoll għall-ħamsa u tletin sena Anniversarju tal-Kumitat tal-Ministri ġewwa Venezja. Inżid ngħid li niġi mistieden diversi laqgħat f’fora tal-Unjoni Ewropea kif ukoll tal-Kunsill tal-Ewropa, madankollu l-attendenza tiegħi tiddependi minn xogħol Ministerjali f’pajjiżna.
Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena 2026?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s’issa din is-sena m’attendejtx laqgħat tal-kunsill tal-Ministri. Għax-xhur li ġejjin, bħala prassi u sa fejn ikun possibli, jien ser nattendi l-laqgħat kollha li jsiru fi ħdan l-Unjoni Ewropeja u li jkunu intenzjonati ghall-Ministri responsabbli mit-temi partikolari tal-portafoll ministerjali tiegħi.
Tista’ l-Ministru tgħid għal liema laqgħat attendiet fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa u dawk li mistennija tattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena 2026?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul ix-xahar ta’ Jannar ma attendejtx għal-laqgħat relatata mal-Kunsill tal-Ewropa jew fl-livell ta’ Unjoni Ewropea. Għax-xhur li ġejjin, bħala prassi u sa fejn ikun possibbli, jien ser nattendi l-laqgħat kollha li jsiru fi ħdan l-Unjoni Ewropea u li jkunu intenzjonati għall-Ministri responsabbli mit-temi partikolari tal-portafoll ministerjali tiegħi.
Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena 2026?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għax-xhur li ġejjin, bħala prassi u sa fejn ikun possibbli, jien ser nattendi l-laqgħat kollha li jsiru fi ħdan l Unjoni Ewropea u li jkunu intenzjonati għall-Ministri responsabbli partikolari tal-portafoll ministerjali tiegħi.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena 2026?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn id-19 u l-20 ta’ Frar ġejt mistieden biex nipparteċipa fil-Kunsill (informali) tal-Affarijiet Barranin fuq il-Kummerċ li se jsir f’Nicosia. Għax-xhur li ġejjin, bħala prassi u sa fejn ikun possibbli, jien ser nattendi l-laqgħat kollha li jsiru fi ħdan l-Unjoni Ewropea u li jkunu intenzjonati għall-Ministri responsabbli mit-temi partikolari tal-portafoll ministerjali tiegħi.
Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena 2026?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li s’issa din is-sena m’attendejtx għal-laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri tal-Kultura. Għax-xhur li ġejjin, bħala prassi u sa fejn ikun possibbli, jien ser nattendi l-laqgħat kollha li jsiru fi ħdan l-Unjoni Ewropea u li jkunu intenzjonati għall-Ministri responsabbli mit-temi partikolari tal-portafoll ministerjali tiegħi.
Tista’ l-Ministru tgħid għal liema laqgħat attendiet fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa u dawk li mistennija tattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena 2026?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa din is-sena, attendejt għal-laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri tal-Ambjent li saret f’Ċipru fil-5 u s-6 ta’ Frar. Għax-xhur li ġejjin, kif diġà spjegajt diversi drabi, bħala prassi u sa fejn ikun possibbli, jien ser nattendi l-laqgħat kollha li jsiru fi ħdan l-Unjoni Ewropea u li jkunu intenzjonati għall-Ministri responsabbli mit-temi partikolari tal-portafoll ministerjali tiegħi.
Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena 2026?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għax-xhur li ġejjin, bħala prassi u sa fejn hu possibbli, jien se nattendi l-laqgħat kollha li jsiru fi ħdan l-Unjoni Ewropea u li jkunu intenzjonati għall-Ministri responsabbli mit-temi partikolari tal-portafoll ministerjali tiegħi.
Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena 2026?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa din is-sena, attendejt għal-laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri ta’ Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali li saret f’ Brussell f’ 26 ta’ Jannar. Attendejt ukoll ghal-laqgħa Politika tal-Ministri tal-Agrikoltura – organizzata flimkien mill-Kummissjoni Ewropea u l-Presidenza ta' Ċipru li saret f’ Brussell f’ 7 ta’ Jannar. Għax-xhur li ġejjin, bħala prassi u sa fejn ikun possibbli, jien ser nattendi l-laqgħat kollha li jsiru fi ħdan l- Unjoni Ewropea u li jkunu intenzjonati għall-Ministri responsabbli mittemi partikolari tal-portafoll ministerjali tiegħi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati delitti matul is-sena 2025 fil-lokalità tal-Isla u kemm kienu marbuta ma’ serq?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2025, in-numru ta’ delitti rrappurtati fil-lokalità ta’ l-Isla kien ta’ disa’ u ħamsin (59), li minnhom kien hemm ħmistax (15) marbuta ma serq.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati delitti matul is-sena 2025 fil-lokalità tal-Kalkara u kemm kienu marbuta ma’ serq?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2025, in-numru ta’ delitti rrappurtati fil-lokalità tal-Kalkara kien ta’ disa’ u sittin (69), li minnhom kien hemm għoxrin (20) marbuta ma serq.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati delitti matul is-sena 2025 fil-lokalità ta’ Bormla u kemm kienu marbuta ma’ serq?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2025, in-numru ta’ delitti rrappurtati fil-lokalità ta’ Bormla kien ta’ mitejn u erbgħin (240), li minnhom kien hemm sebgħa u disgħin (97) marbuta ma serq.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati delitti matul is-sena 2025 fil-lokalità ta’ Ħaż-Żabbar u kemm kienu marbuta ma’ serq?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2025, in-numru ta’ delitti rrappurtati fil-lokalità ta’ Ħaż-Żabbar kien ta’ tlett mija u sitta u ħamsin (356), u minnhom kien hemm mija’ u tlieta 103 marbuta ma’ serq.