Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm strumenti mużikali li huma għad-dispożizzjoni tat-Teatru Manoel?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat illi t-Teatru Manoel għandu fil-pussess tiegħu erba’ pjanijiet (grand pianos) li jintużaw għall-kunċerti, tmien pjanijiet oġrajn li jintużaw għall-provi, żewġ pjanijiet antiki, tlett harpsichords, żewġ viola da gamba, kuntrabaxx, theobo, żewġ timpani u tlett klarinetti antiki.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk Triq La Sengle f’Wied-il-Għajn fil-parti preċedenti għall-Mużew, hijiex ser tiġi rranġata billi għandha bżonn sew?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Triq La Sengle hija fost il-lista ta’ toroq li l-Kunsill Lokali ta’ Wied-il-Għajn ippropona lil Infrastructure Malta biex twettaq xogħlijiet fihom u ser isir fiż-żmien li ġej.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Open Air Gym li hemm fil-Bajja ta’ San Tumas f’Wied-il-Għajn huwiex ser jiġi rranġat?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala li l-istess Kunsill għadu kemm irnexxielu jikseb fondi minn entita’ pubblika (LESA) u ħareġ sejħa ghall-offerti liema sejha ġiet aġġudikata u fil-jiem li ġejjin ser jibda ix-xoghol fuq il-bdil tal-apparat eżistenti.
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju jinsabu x-xogħlijiet marbuta mal-Ground Delceppo f’Bormla?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Bormla li x-xogħolijiet jinsabu fil-fażijiet finali u hu previst li tali xogħlijiet jkunu lesti fiż-żmien li ġej.
Santa Luċija — Triq Maria De Domenicis - Xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk Triq Maria De Domenicis, f'Santa Luċija, hijiex ser tiġi rranġata fil-parti ċentrali tagħha, billi tinsab fi stat xejn tajjeb?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Triq Maria De Domenicis hija fost il-lista ta’ toroq li l-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija ppropona lil Infrastructure Malta biex twettaq xogħlijiet fihom, u għalhekk ser isir xogħol fiha fiż-żmien li ġej.
Santa Luċija — Triq Maria De Domenicis - Xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk Triq Maria De Domenicis, f'Santa Luċija, hijiex ser tiġi rranġata fil-parti ċentrali tagħha, billi tinsab fi stat xejn tajjeb?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk Triq l-Oleandri, f'Santa Luċija, hijiex ser tiġi rranġata fil-parti ċentrali tagħha, billi tinsab fi stat xejn tajjeb?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Triq l-Oleandri hija fost il-lista ta’ toroq li l-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija ppropona lil Infrastructure Malta biex twettaq xogħlijiet fihom u għalhekk ser isir xogħol fiha fiż-żmien li ġej.
Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil — Impjegati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni ta’ ċittadinanza Maltija li huma impjegati mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil (EUAA)?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minkejja li s-sit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil jinsab f’Malta, ma jeżisti l-ebda obbligu li l-Aġenzija tgħaddi lill-Gvern informazzjoni uffiċjali dwar il-ħaddiema tagħha.
Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi — Bord tal-Parole
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ir-rapport annwali mill-Bord tal-Parole ġiex preżentat skont is-subartikolu (4) tal-artikolu 9 tal-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi fis-sena 2023?
Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi — Rapport annwali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk għaddiex għandu r-rapport annwali għas-sena 2023 skont is-subartikolu (3) tal-artikolu 9 tal-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi?
Att dwar il-Ġustizzja Riparatrici — Offender Assessment Board
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew diskussi u ppreparati ai termini tal-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi, rapporti mill-Offender Assessment Board matul is-sena 2023?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li saru tnejn u erbgħin (42) rapporti mill-Offender Assessment Board fis-sena 2023.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur jgħid jekk hemmx limiti stabbiliti mill-Awtorità kompetenti fir-rigward tal-istorbju ambjentali ai termini tad-direttiva 2002.49.EC?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid meta kienet l-aħħar darba li ġiet rinovata l-klinika lokali medika ġewwa Bormla?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li ċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Bormla huwa kopert minn programm ta’ manutenzjoni ta’ rutina. Il-Programm ta’ Manutenzjoni huwa proċess kontinwu li jassigura liċ-Ċentru tas-Saħħa jinżamm fl-aħjar kondizzjoni possibbli l-ħin kollu.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni applikaw biex jibbenefikaw mill-għajnuna soċjali matul is-sena 2023? Jista’ jgħid ukoll kemm persuni ma baqgħux jirċievu dan il-benefiċċju u kemm kienu li qed jirċevuh?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, matul is-sena 2023 daħlu 1297 -il applikazzjoni għall-Għajnuna Soċjali.
Matul l-istess sena kien hemm 1340 il-benefiċjarju li ma baqax jirċievi l-istess Benefiċċju.
Tul is-sena 2023, kien hemm 6805 -il benefiċjarju li tħallas. Dan in-numru jinkludi Benefiċjarji li mhux bilfors kienu jieħdu l-Għajnuna Soċjali s-sena kollha.
Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi (Kap. 516) — Skrivani tal-Parole
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm skrivani tal-Parole ai termini tal-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi, Kap. 516, matul l-2023?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li fis-sena 2023 kien hemm żewg skrivani tal-Parole u preżentament hemm skrivan tal-Parole wieħed. Infurmat li d-Dipartiment qiegħed fil-proċess sabiex dan l-irwol jimtela.