Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħal Tarxien – Skola Primarja l-qadima – xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-iskola l-qadima fi Triq l-Iskola f’Ħal Tarxien hix ser tibqa b’xi mod tiġi wżata u jekk il-manutenzjoni tagħha hijiex miżmuma?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-binja msemmija tintuża skont l-esiġenza.

Żejtun — Kappella ta’ San Klement - Xogħlijiet ta’ restawr

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12950 dwar in-nefqa fuq ix-xogħlijiet fuq il-Kappella ta’ San Klement fiż-Żejtun, jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa komplessivament u jekk il-Kapella hijiex miftuħa għall-pubbliku?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat illi r-restawr fuq l-istruttura esterna tal-knisja ta’ San Klement ġie esti¿ għall-faċċata ta’ wara tal-knisja, li tħares fuq propjetà ta’ terzi, u għalhekk tali restawr għadu għaddej. Intant infurmat illi n-nefqa totali tal-proġett tammonta għal ċirca €70,000 u dan peress li x-xogħol sar mill-ħaddiema tad-Dipartiment tar-Restawru Preservazzjoni. Finalment infurmat li fil-preżent il-Kappella mhux miftuħa għall-pubbliku sakemm ix-xogħlijiet għadhom għaddejjin.

Ċelebritajiet Internazzjonali miġjuba f’pajjiżna — Nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jippreżenta lista taċ-ċelebritajiet internazzjonali li ġew miġjuba f’pajjiżna fl-aħħar żewġ Leġiżlaturi għall-attivitajiet pubbliċi varji u jekk possibbli jagħti r-remunerazzjoni jew donazzjoni rispettiva mgħoddija?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal-liema ċelebritajiet u attivitajiet pubbliċi qiegħed jirreferi.

Malta u Għawdex – Siġar taż-Żebbuġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu u ser jiġu meħuda regolarment mill-Ministeru fil-konfront tas-siġar taż-żebbuġ li hawn fil-gżejjer tagħna u x’inizjattivi qed jittieħdu f’dan ir-rigward?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sa mit-twaqqif tal-Koperattiva taż-Żebbuġ, dan il-Ministeru iffirma MoU mal-Koperattiva u waqqaf task force apposta sabiex ikun jista’ jappoġġja lis-settur aktar mill-qrib. Fil-fatt id-Direttorat għall-Agrikoltura ilhu għal dawn l-aħħar snin jorganizza taħriġ speċjalizzat fuq iż-żabra taż-żebbuġ, kif ukoll fuq il-mard li jaħkmu. Is-sena li għaddiet ġew ukoll ippubblikati l-linji gwida dwar kif tidentifika u tikkontrolla l-mard taż-żebbuġ. Ta’ min isemmi wkoll li dan l-istess Direttorat ikkollabora mal-Università ta’ Malta fejn ġew identifikati numru ta’ speċi tas-siġar taż-żebbuġ li huma uniċi u nbeda x-xogħol sabiex din il-kollezjoni tinġabar u titħawwel ġewwa l-AgriHub. B’dan il-mod, ikun jista’ jiskatta l-programm ta’ konservazzjoni ta’ dawn is-siġar li jkun jista’ jwassal ukoll għar-reġistrazzjoni ta’ varjetajiet ġodda. Mill-aspett regolatorju, id-Direttorat għall-Ħarsien tal-Pjanti, permezz tal-Pest Survey Programme, jagħmel moniteraġġ iffukat fuq il-vectors tal-Xylella fastidiosa. Apparti minn dan, id-Direttorat għall-Agrikoltura jżomm reġistru tas-siġar taż-żebbuġ.

Għajnuna lil gazzetti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba ngħatat għajnuna lill-gazzetti stampati tul dawn l-aħħar sentejn, liema għajnuna kienet intenzjonata biex tagħmel tajjeb għaż-żieda fil-prezz tal-karta fis-suq internazzjonali? Jista’ jgħid ukoll għaliex il-gazzetta li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u li hija l-eqdem gazzetta f’Malta, (l-ewwel edizzjoni ħarġet f’Settembru tal-1928) li fuq skala nazzjonali għandha udjenza akbar minn uħud mill-gazzetti li ħadu l-għajnuna, qatt ma gawdiet minn dawn l-għotjiet?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi din il-mistoqija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Għajnuna lil gazzetti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba ngħatat għajnuna lill-gazzetti stampati tul dawn l-aħħar sentejn, liema għajnuna kienet intenzjonata biex tagħmel tajjeb għaż-żieda fil-prezz tal-karta fis-suq internazzjonali? Jista’ jgħid ukoll għaliex il-gazzetta li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u li hija l-eqdem gazzetta f’Malta, (l-ewwel edizzjoni ħarġet f’Settembru tal-1928) li fuq skala nazzjonali għandha udjenza akbar minn uħud mill-gazzetti li ħadu l-għajnuna, qatt ma gawdiet minn dawn l-għotjiet?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma l-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Santa Luċija – Triq il-Ġnien – xogħlijiet fuq blokk ta’ appartamenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk fl-appartament li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament, huwiex previst li fi żmien qasir isirulu tiswijiet urġenti u neċessarji?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet huma pjanati li jibdew fi żmien qasir hekk kif issir ir-riallokazzjoni temporanja tal-inkwilin.

Wied il-Għajn — Siġar taż-żebbuġ

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15627 rigward siġar taż-żebbuġ li jinsabu f’żoni pubbliċi f’Wied il-Għajn, jista’ l-Ministru jgħid jekk inżabrux jew le, u jekk ma jarax li huwa iktar għaqli li dawn jiġu enumerati billi huma parti mill-patrimonju nazzjonali?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala li s-siġar ma n¿abrux minħabba li l-istess Kunsill Lokali jinsab f’fażi li jbiddel il-kuntrattur. Infurmat ukoll li meta jibda l-kuntrattur il-ġdid, il-Kunsill lokali se jevalwa u jagħti prijorità skont il-ħtieġa. Infurmat ukoll mill-istess Kunsill li prezentament hemm materji ohra li jiehdu preċedenza fuq l-eżerċizzju tal-innumerar tal-imsemmija siġar.

Raħal Ġdid — Siġar taż-żebbuġ

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15624 rigward siġar taż-żebbuġ li jinsabu f’żoni pubbliċi f’Raħal Ġdid, jista’ l-Ministru jgħid jekk inżabrux jew le, u jekk ma jarax li huwa iktar għaqli li dawn jiġu enumerati billi huma parti mill-patrimonju nazzjonali?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid li fejn ikun hemm il-b¿onn, is-sigar jinżabru. Infurmat ukoll mill-istess Kunsill li prezentament hemm materji ohra li jieħdu preċedenza fuq l-eżerċizzju tal-innumerar tal-imsemmija siġar.

Ħal Tarxien — Siġar taż-żebbuġ

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15618 rigward siġar taż-żebbuġ li jinsabu f’żoni pubbliċi f’Ħal Tarxien jista’ l-Ministru jgħid jekk inżabrux jew le?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien li s-siġar taż-żebbuġ f’żoni pubbliċi f’Ħal Tarxien huma ħafna u l-istess Kunsill jara li jiżbor kull siġra li hemm fil-lokal skont l-istaġun u anki skond il-ħtieġa. Infurmat ukoll li hemm xi siġar li għad ma nżabrux minħabba l-post sensittiv fejn jinsabu li jirrikjedi permessi partikolari.

Ħal Tarxien — Triq il-Kurunel Mas - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk Triq il-Kurunel Mas ġewwa Ħal Tarxien hijiex ser tiġi msewwija u magħmula lura f’kundizzjoni tajba billi hija triq frekwentata ħafna?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Triq il-Kurunel Mass hija fost il-lista ta’ toroq li l-Kunsill Lokali ta’ Hal Tarxien ppropona lil Infrastructure Malta biex twettaq xogħlijiet fihom. Ix-xogħolijiet jikkonsisti f’bini tat-triq mill-ġdid, ir-rikostruzzjoni sħiħa tal-bankini, it-tisħiħ tas-sottobażi eżistenti u s-saffi tal-asfalt tul il-medda kollha tat-triq flimkien mas-sinjali tat-toroq u l-marki tal-linji meħtieġa.

Ħal Tarxien — Triq il-Kurunel Mas - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk Triq il-Kurunel Mas ġewwa Ħal Tarxien hijiex ser tiġi msewwija u magħmula lura f’kundizzjoni tajba billi hija triq frekwentata ħafna?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Ħal Tarxien – Triq id-Dejma — Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk tul din is-sena hijiex ser tkun lesta l-aħħar parti ta’ Triq id-Dejma Ħal Tarxien dik fid-direzzjoni tal-Fgura?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta m’għandhiex ippjanat xogħlijiet infrastrutturali fl-immedjat fi Triq id-Dejma Ħal Tarxien.

Santa Luċija – Triq il-Ġnien – xogħlijiet fuq blokk ta’ appartamenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema blokok tal-Gvern fi Triq il-Ġnien f’Santa Luċija ser jiġu rranġati l-intercoms mingħajr spejjeż għar-residenti? X’manutenzjoni ser issir jew biħsiebha ssir fuq barra, peress li qed jiġu kkaġunati ħsarat fuq ġewwa minħabba li qegħdin fi stat ħażin ħafna? Peress hemm ħafna bibien ma jingħalqux, mhux biss minħabba l-intercom imma wkoll minħabba s-serratura, jistgħu jsiru installazzjonijiet mill-ġdid tal-bibien ta’ barra fejn hemm bżonn, biex tittejjeb is-sigurtà?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċedura sabiex isiru tiswijiet fil-komun hija li wieħed mill-inkwilini jirreġistra rapport permezz ta’ telefonata lill-Customer Care tal- Awtorità tad-Djar. Fil-preżent ma hemm l-ebda talba pendenti mir-residenti tal-blokok imsemmija.

Għajnuna lil gazzetti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il darba ngħatat għajnuna lill-gazzetti stampati tul dawn l-aħħar sentejn, liema għajnuna kienet intenzjonata biex tagħmel tajjeb għaż-żieda fil-prezz tal-karta fis-suq internazzjonali? Jista’ jgħid ukoll għaliex il-gazzetta li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u li hija l-eqdem gazzetta f’Malta, (l-ewwel edizzjoni ħarġet f’Settembru tal-1928) li fuq skala nazzjonali għandha udjenza akbar minn uħud mill-gazzetti li ħadu l-għajnuna, qatt ma gawdiet minn dawn l-għotjiet?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6650.

Ix-Xgħajra — Triq Alof De Wignacourt

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa effettivament sabiex issir Triq Alof De Wignacourt, fix-Xgħajra?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħidma li saret fi Triq Alof De Wignacourt kienet saret parti minn proġett ħolistiku, li jinkludi wkoll Triq Ħaż-Żabbar, fix-Xgħajra, liema proġett ġie jiswa b’kollox EUR536,782.54. Ix-xogħlijiet li saru jinkludu t-tqegħid ta’ servizzi tal-ilma tax-xorb, tad-drenaġġ, telkomunikazzjoni, tqegħid ta’ bankini u bini mill-ġdid tat-toroq.

Il-Belt Valletta – Lift pubbliku li mhux jaħdem

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal liema raġuni l-lift pubbliku li hemm ħdejn City Gate ftit ’il bogħod mill-Parlament fil-Belt, ilu xhur ma jaħdem u dan b’inkonvenjent għal diversi persuni?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.

Il-Belt Valletta – Lift pubbliku li mhux jaħdem

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal liema raġuni l-lift pubbliku li hemm ħdejn City Gate ftit ’il bogħod mill-Parlament fil-Belt ilu xhur ma jaħdem u dan b’inkonvenjent għal diversi persuni?

Response (BONETT, CHRIS)

Jista’ l-Onor Interpellant ikun iktar speċifiku għal liem lift qed jirreferi.

Il-Belt Valletta – Lift pubbliku li mhux jaħdem

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal liema raġuni l-lift pubbliku li hemm ħdejn City Gate ftit ’il bogħod mill-Parlament fil-Belt Valletta ilu xhur ma jaħdem u dan b’inkonvenjent għal diversi persuni?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fid-daħla tal-Belt hemm żewġ lifts – wieħed li minn City Gate jagħti għal ħdejn il-flats, u ieħor li minn Ġnien Laparelli jagħti għal ħdejn l-entratura tal-Parlament. Id-Diviżjoni tat-Tindif u Manutenzjoni fi ħdan il-Ministeru tat-Turiżmu hija responsabbli tal-lift li hemm biswit il-Parlament. Il-ħsara ġiet individwata mill-inġiniera u huwa previst li dan il-lift jerġa’ jibda jaħdem appena tasal il-“part” neċessarja mill-Ġermanja.