Legislature:
Category:
Reset
Active:

Raħal Ġdid — Triq Valletta - Xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 11559 u 11560 fir-rigward ta’ Triq Valletta Raħal Ġdid, jista’ l-Ministru jgħid għaliex wara dawn ix-xhur kollha x-xogħlijiet għadhom mhumiex lesti, biex il-ġirien ikunu jistgħu jgħixu fil-paċi?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Furjana – Funtana tal-Iljun — Xogħlijiet

Question

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari preċedenti, jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju jinsabu x-xogħlijiet fuq il-Funtana tal-Iljun fil-Furjana?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol ta’ restawr fuq il-Funtana tal-Iljun, inkluż dak fuq l-iskultura nnifisha, jinsab fi stadju avvanzat. Barra min hekk, fil-ġranet li ġejjin ser tinbeda l-installazzjoni ta’ tagħmir ġdid wara li saru t-tħejjijiet neċessarji.

Għajn Dwieli – Zuntier tal-Knisja ta’ Sant’Antnin — Xogħlijiet

Question

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari preċedenti, jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju jinsabu x-xogħlijiet fuq iz-Zuntier tal-Knisja ta’ Sant’Antnin f’Għajn Dwieli?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara li tlesta l-bini tal-ħajt u tqiegħed is-sottobank tal-ġebel, beda x-xogħol tal-manifattura tas-soprabank. Wara jibdew jitqiegħdu l-pedestalli, il-balavostri u s-soprabank.

Ix-Xgħajra – Xogħlijiet fuq ir-railing tax-Xatt

Question

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari preċedenti, jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju jinsabu x-xogħlijiet fuq ir-railing tax-Xatt tax-Xgħajra?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa hemm 120 metru railing li ġie maħdum ġdid jew li saritlu manutenzjoni, fil-waqt li qed jitwaħħlu 48 metru ta’ railing li saritlu manutenzjoni. Fl-istess ħin, fil-workshop tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi qed jiġu mmanifatturati 200 metru railing ġdid. Wara, dan jintbagħat għall-iggalvanizzar u l-powder coating, u jitwaħħal fil-post. Bħalissa wkoll qed tiġi preparata sejħa għall-offerti biex jinbidlu l-400 metru railing li jifdal max-xatt tax-Xgħajra u t-300 metru li hemm bejn iż-żewg livelli ta’ Dawret ix-Xatt.

Ix-Xgħajra – Triq id-Dawret ix-Xatt — Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju jinsabu x-xogħlijiet fuq ix-xatt tat-Triq id-Dawret ix-Xatt, ix-Xgħajra billi dawn ilhom ġimgħat skorruti?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Raħal Ġdid — Pjazza Antoine de Paule – xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2928, jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-entitajiet li qed jaħdmu id f’id sabiex fl-aħħar il-Pjazza Antoine de Paule, Raħal Ġdid, tiġi rranġata kompletament?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat illi, permezz ta' ħidma da parte ta' Infrastructure Malta, x-xogħolijiet relattivi ġew konklużi.

Raħal Ġdid – Triq u żona ta’ Santa Ubaldesca — Rapporti ta’ rwejjaħ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm rapporti persistenti ta’ intejjen fit-triq u ż-żona relattiva ta’ Santa Ubaldesca, f’Raħal Ġdid billi l-ġirien qegħdin ibatu ħafna?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li d-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali ma irċievha l-ebda ilment relatat ma’ irwejjaħ fit-Triq Sant Ubaldesca Raħal Ġdid u fit-toroq tal-madwar matul is-sena 2023 sal-llum. Minn wara li saret din il-mistoqija parlamentari, uffiċjali minn dan id-Direttorat spezzjonaw din t-triq u t-toroq tal-madwar f’diversi ġranet u f’ħinijiet differenti iżda fl-ebda ħin ma’ ġiet nnutata xi forma ta’ riħa. Matul l-investigazzjoni l-uffiċjali staqsew ukoll lil numru ta’ residenti u kollha qalu li qatt ma xammew xejn. Saru spezzjonijiet ukoll fil-fond fejn jarma l-monti u ma ġiex innutat li kien hemm irwejjaħ. Fit-triq ta’ Sant Ubaldesca lanqas hemm kalvert tal-ilma tax-xita allura ġiet eleminata l-possibilta` li dawn il-kalverts tal-ilma tax-xita jistgħu irejħu.

Raħal Ġdid – Triq u żona ta’ Santa Ubaldesca — Rapporti ta’ rwejjaħ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm rapporti persistenti ta’ intejjen fit-triq u ż-żona relattiva ta’ Santa Ubaldesca, f’Raħal Ġdid billi l-ġirien qegħdin ibatu ħafna?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Diviżjoni tat-Tindif u Manutenzjoni kull ma daħlilha huwa rapport wieħed dwar din it-triq li jmur lura għas-sajf li għadda fejn persuna ġiet irrapurtata li kienet qed taqdi l-bżonnijiet tagħha mal-faċċata tal-Knisja.

Il-Furjana – Triq Ġnien Dante Aligheri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-frott li hemm fuq is-siġar taċ-ċitru li hemm fi Ġnien Dante Aligheri l-Furjana mhuwiex jinqata? Jista’ jgħid ukoll meta ġew miżbura l-aħħar?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Il-Furjana – Triq Ġnien Dante Aligheri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-frott li hemm fuq is-siġar taċ-ċitru li hemm fi Ġnien Dante Aligheri l-Furjana mhuwiex jinqata’? Jista’ jgħid ukoll meta ġew miżbura l-aħħar?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Floriana li l-frott tas-siġar taċ-ċitru li jinsabu fi Ġnien Dante Aligheri inqata’ s-sena li għaddiet minn entità non-governattiva li talbet lill-Kunsill biex tagħmel dan, li iżda mbagħad ikkonfermaw ma kienx tajjeb biex jittiekel. Intant infurmat mill-Kunsill Lokali rispettiv ukoll illi dawn is-siġar ġew miżbura l-aħħar meta l-ġnien kien responsabbiltà tal-ELC, iżda fil-ġranet li ġejjin ser ikun qed jiġi ffirmat kuntratt ġdid mill-Kunsill ma’ kuntrattur li ser jieħu ħsieb iż-żamma tal-ġonna, inkluż dawk li kienu responsabbiltà tal-ELC.

Il-Furjana – Triq Ġnien Dante Aligheri

Question

Tista’ l-Ministru tgħid għaliex il-frott li hemm fuq is-siġar taċ-ċitru li hemm fi Ġnien Dante Aligheri l-Furjana mhuwiex jinqata’? Tista’ tgħid ukoll meta ġew miżbura l-aħħar?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Il-Furjana – Triq Ġnien Dante Aligheri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-frott li hemm fuq is-siġar taċ-ċitru li hemm fi Ġnien Dante Aligheri l-Furjana mhuwiex jinqata’? Jista’ jgħid ukoll meta ġew miżbura l-aħħar?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Kalkara — Triq San Leonardu - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet reġgħu qed isiru fi Triq San Leonardu fil-Kalkara u meta hemm il-ħsieb li jkunu konklużi billi qed jikkaġunaw diffikultà u inkonvenjenza?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fi Triq San Leonardu, il-Kalkara jinkludu tibdil tas-servizz tal-ilma, tqegħid ta’ cables ġodda biex isaħħu d-distribuzzjoni tal-enerġija, bini ta’ bankini ġodda u konstruzzjoni mill-ġdid tat-triq. Ix-xogħlijiet mistennija jitlestew fil-ġimgħat li ġejjin.

Kalkara — Triq San Leonardu - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet reġgħu qed isiru fi Triq San Leonardu fil-Kalkara u meta hemm il-ħsieb li jkunu konklużi billi qed jikkaġunaw diffikultà u inkonvenjenza?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi d-domanda tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.

Kalkara — Triq San Leonardu - Xogħlijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’xogħlijiet reġgħu qed isiru fi Triq San Leonardu fil-Kalkara u meta hemm il-ħsieb li jkunu konklużi billi qed jikkaġunaw diffikultà u inkonvenjenza?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru konċernat.

Sptar Mount Carmel – Rapport dwar abbużi fil-pagi u overtime tal-ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk wara r-rapport tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (NAO) dwar l-abbużi fil-pagi u overtime tal-ħaddiema fl-Isptar Mount Carmel, humiex ser jittieħdu passi biex dak li ġie mħallas żejjed jiġi rifuż lura?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għall-mistoqsija parlamentari 15535.

Raħal Ġdid – Triq u żona ta’ Santa Ubaldesca — Rapporti ta’ rwejjaħ

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk kienx hemm rapporti persistenti ta’ intejjen fit-triq u ż-żona relattiva ta’ Santa Ubaldesca, f’Raħal Ġdid billi l-ġirien qegħdin ibatu ħafna?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li l-Awtorità għall-Ambjent ur-Riżorsi ma rċeviet l-ebda rapport ta’ rwejjaħ fi Triq Santa Ubaldesca matul dawn l-aħħar xahrejn.

Raħal Ġdid – Triq u żona ta’ Santa Ubaldesca — Rapporti ta’ rwejjaħ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm rapporti persistenti ta’ intejjen fit-triq u ż-żona relattiva ta’ Santa Ubaldesca, f’Raħal Ġdid billi l-ġirien qegħdin ibatu ħafna?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Paola li l-istess Kunsill ma jirċeviex rapporti persistenti dwar rwejjaħ fiż-żona ta’ Santa Ubaldeska.

Santa Luċija — Siġar taż-żebbuġ

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15621 rigward siġar taż-żebbuġ li jinsabu f’żoni pubbliċi f’Santa Luċija, jista’ l-Ministru jgħid jekk inżabrux jew le, u jekk ma jarax li huwa iktar għaqli li dawn jiġu enumerati billi huma parti mill-patrimonju nazzjonali?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ f’Santa Luċija li fejn ikun hemm il-bżonn, is-siġar jinżabru. Infurmat ukoll mill-istess Kunsill li preżentament hemm materji ohra li jieħdu preċedenza fuq l-eżerċizzju tal-innumerar tal-imsemmija siġar.

Raħal Ġdid — Siġar taż-żebbuġ

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15625, tista’ l-Ministru tgħid jekk is-siġar taż-żebbuġ fi Ġnien il-Mediterran f’Raħal Ġdid inżabrux jew le?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li ż-żbir tas-siġar taż-żebbuġ fi Ġnien il-Mediterran minn Project Green ser ikun qed isir fix-xhur li ġejjin.