Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Bordijiet ta’ entitajiet, aġenziji u awtoritajiet – Membri
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fuq il-bordijiet ta’ entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu hemmx membri appuntati li jokkupaw il-kariga ta’ Segretarju Permanenti jew Segretarju Permanenti Ewlieni? Jista’ jgħid min huma dawn il-persuni u kemm jitħallsu, inklużi l-perkaċċi varji u fuq liema Bord iservu?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16574 jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Memorandum of Understanding (MoU) iffirmat mal-Koperattiva Produtturi taż-Żebbuġ? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm siġar taż-żebbuġ reġistrati fir-Reġistru tas-Siġar taż-Żebbuġ u x’inhi l-proċedura tar-reġistrazzjoni?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-reġistrazzjoni tas-siġar taż-żebbuġ issir bis-saħħa tar-Regolament 7 tal-Liġi Sussidjarja 117.34 li jistipula li ebda persuna m’għandha tkabbar iż-żebbuġ għall-produzzjoni kummerċjali taż-żejt taż-żebbuġa jew taż-żebbuġ għall-ikel, sakemm dik il-persuna ma tkunx imniżżla fir-Reġistru tal-Koltivaturi taż-Żebbuġ. Sabiex persuna tirreġistra tista’ tmur f’uffiċċju tal-AgriConnect u tagħti d-dettalji mitluba, fosthom: varjetà, ammont ta’ siġar, u tip ta’ produzzjoni. Bħalissa hemm 49,378-il siġra reġistrata.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li kienu qed jirċievu l-Għajnuna Soċjali tul is-sena 2023 li huma residenti Ħal Tarxien? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu nisa u kemm irġiel?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta’ persuni li kienu jirċievu l-Għajnuna Soċjali matul Diċembru 2023 fil-lokalità msemmija huma skont it-tabella t’hawn taħt.
Lokalita'
Irgiel
Nisa
Total
TARXIEN
33
87
120
Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar – Bordijiet ta’ entitajiet, aġenziji u awtoritajiet – Membri
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fuq il-bordijiet ta’ entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu hemmx membri appuntati li jokkupaw il-kariga ta’ Segretarju Permanenti jew Segretarju Permanenti Ewlieni? Jista’ jgħid min huma dawn il-persuni u kemm jitħallsu, inklużi l-perkaċċi varji u fuq liema Bord iservu?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar ma għandu l-ebda membri appuntati f’bordijiet li jokkupaw il-karigi imsemmija.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li kienu qed jirċievu l-Għajnuna Soċjali tul is-sena 2023 li huma residenti fil-Gudja? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu nisa u kemm irġiel?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta’ persuni li kienu jirċievu l-Għajnuna Soċjali matul Diċembru 2023 fil-lokalità msemmija huma skont it-tabella ta’ hawn taħt.
Lokalità
Irgiel
Nisa
Total
GUDJA
7
14
21
Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika – Bordijiet ta’ entitajiet, aġenziji u awtoritajiet – Membri
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fuq il-bordijiet ta’ entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu hemmx membri appuntati li jokkupaw il-kariga ta’ Segretarju Permanenti jew Segretarju Permanenti Ewlieni? Jista’ jgħid min huma dawn il-persuni u kemm jitħallsu, inklużi l-perkaċċi varji u fuq liema Bord iservu?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li le m’hemmx Segretarji Permanenti jew is-Segretarju Permanenti Ewlieni fuq xi bord li jaqa’ taħt il-Ministeru.
Ċelebritajiet Internazzjonali miġjuba f’pajjiżna — Nefqa
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16573 jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista taċ-ċelebritajiet u attivitajiet kollha li saru mill-2017 sal-aħħar tas-sena 2023?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li billi l-mistoqsija hija suġġettiva, nerġa’ nirreferih għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16573.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intilfu siġar tal-palm f’Santa Luċija matul dawn l-aħħar ħames snin minħabba raġunijiet varji u kemm minħabba l-insett magħruf bħala “Weevil aħmar tal-palm” u kemm oħrajn ġodda ġew imħawwla?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intilfu siġar tal-palm fiż-Żejtun matul dawn l-aħħar ħames snin minħabba raġunijiet varji u kemm minħabba l-insett magħruf bħala “Weevil aħmar tal-palm” u kemm oħrajn ġodda ġew imħawwla?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intilfu siġar tal-palm f’Marsaxlokk matul dawn l-aħħar ħames snin minħabba raġunijiet varji u kemm minħabba l-insett magħruf bħala “Weevil aħmar tal-palm” u kemm oħrajn ġodda ġew imħawwla?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intilfu siġar tal-palm f’Ħal Għaxaq matul dawn l-aħħar ħames snin minħabba raġunijiet varji u kemm minħabba l-insett magħruf bħala “Weevil aħmar tal-palm” u kemm oħrajn ġodda ġew imħawwla?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intilfu siġar tal-palm f’Wied il-Għajn matul dawn l-aħħar ħames snin minħabba raġunijiet varji u kemm minħabba l-insett magħruf bħala “Weevil aħmar tal-palm” u kemm oħrajn ġodda ġew imħawwla?
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – Bordijiet ta’ entitajiet, aġenziji u awtoritajiet – Membri
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fuq il-bordijiet ta’ entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu hemmx membri appuntati li jokkupaw il-kariga ta’ Segretarju Permanenti jew Segretarju Permanenti Ewlieni? Jista’ jgħid min huma dawn il-persuni u kemm jitħallsu, inklużi l-perkaċċi varji u fuq liema Bord iservu?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ma hemm l-ebda membri appuntati li jokkupaw il-kariga ta’ Segretarju Permanenti jew Segretarju Permanenti Ewlieni fuq il-bordijiet ta’ entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru li tiegħu jiena responsabbli.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intilfu siġar tal-palm fil-Gudja matul dawn l-aħħar ħames snin minħabba raġunijiet varji u kemm minħabba l-insett magħruf bħala “Weevil aħmar tal-palm” u kemm oħrajn ġodda ġew imħawwla?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba mhix disponibbli minħabba li l-post li qed jirreferi għalih f’din il-mistoqsija parlamentari m’għandux siti magħżula (designated sites) skont l-Avviż tal-Gvern 513 tal-2021.
Barra minn hekk, il-pubbliku ġenerali mhux obbligat jirrapporta lid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Pjanti meta siġra tal-palm tkun ser titneħħa, kemm minħabba raġunijiet varji u kemm minħabba l-bumunqar aħmar tal-palm. It-tħawwil mill-ġdid ta' siġar tal-palm ġodda mhuwiex fil-kompetenza tad-dekasteru tiegħi, u għaldaqstant m' hemm l-ebda rekords disponibbli.
Inżid ukoll li fi Frar tal-2021, ħarġet ‘Expression of Interest donation of Palm Trees from PPD and Fisheries Directorate’, fejn ingħataw l-ammont ta’ 475 siġra tal-palm skont it-tabella segwenti.
Kunsill Lokali:
Numru ta' Siġar tal-Palm mogħtija:
Ħamrun
25
San Pawl il-Baħar
95
Furjana
25
Raħal Ġdid
25
Santa Lucia
25
Marsaxlokk
25
Żabbar
25
Kalkara
25
Xgħajra
25
Żebbuġ
10
Attard
25
Mġarr Malta
15
Ix-Xagħra Għawdex
25
Santa Venera
25
Birżebbuġa
25
Marsaskala
30
Gudja
25
TOTAL:
475
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intilfu siġar tal-palm f’Raħal Ġdid matul dawn l-aħħar ħames snin minħabba raġunijiet varji u kemm minħabba l-insett magħruf bhala “Weevil aħmar tal-palm” u kemm oħrajn ġodda ġew imħawwla?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intilfu siġar tal-palm fil-Fgura matul dawn l-aħħar ħames snin minħabba raġunijiet varji u kemm minħabba l-insett magħruf bħala “Weevil aħmar tal-palm” u kemm oħrajn ġodda ġew imħawwla?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intilfu siġar tal-palm f’Ħal Tarxien matul dawn l-aħħar ħames snin minħabba raġunijiet varji u kemm minħabba l-insett magħruf bħala “Weevil aħmar tal-palm” u kemm oħrajn ġodda ġew imħawwla?
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 11559 u 11560 fir-rigward ta’ Triq Valletta Raħal Ġdid, jista’ l-Ministru jgħid għaliex wara dawn ix-xhur kollha x-xogħlijiet għadhom mhumiex lesti, biex il-ġirien ikunu jistgħu jgħixu fil-paċi?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fi Triq il-Belt Valletta, Raħal Ġdid, huma lesti u jonqos biss iż-żebgħa tar- Road Marking. Ix-xogħlijiet proposti f’din it-triq kienu l-konnessjonijiet għad-djar, bini u tibdil ta’ tappieri tad-drenaġġ, trinek u tqegħid ta’ servizz ta’ telekomunikazzjoni, tibdil ta’ bankini fuq iż-żewġ naħat, skavar u bini tat-triq.
Matul ix-xogħlijiet infrastrutturali ġie nnutat li l-kundizzjoni tal-materjal eżistenti tat-triq kien ta’ kwalità’ inferjuri u dan wassal għal iktar attenzjoni fix-xogħol, kif ukoll xi tibdil ta’ servizzi eżistenti minħabba riżultat li parti mit-triq kienet ċediet. Għaldaqstant ittieħdet deċiżjoni li jsiru xogħlijiet oħra, inkluż xogħlijiet ta’ trinek u tqegħid ta’ servizzi ta’ Enemalta u tal-ilma.