Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Bordijiet ta’ entitajiet, aġenziji u awtoritajiet – Membri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk fuq il-bordijiet ta’ entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu hemmx membri appuntati li jokkupaw il-kariga ta’ Segretarju Permanenti jew Segretarju Permanenti Ewlieni? Jista’ jgħid min huma dawn il-persuni u kemm jitħallsu, inklużi l-perkaċċi varji u fuq liema Bord iservu?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — Bordijiet ta’ entitajiet, aġenziji u awtoritajiet – Membri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk fuq il-bordijiet ta’ entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu hemmx membri appuntati li jokkupaw il-kariga ta’ Segretarju Permanenti jew Segretarju Permanenti Ewlieni? Jista’ jgħid min huma dawn il-persuni u kemm jitħallsu, inklużi l-perkaċċi varji u fuq liema Bord iservu?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fuq il-bordijiet ta’ entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt dan il-Ministeru ma hemmx membri appuntati li jokkupaw il-kariga ta’ Segretarju Permanenti jew Segretarju Permanenti Ewlieni.

Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi — Bordijiet ta’ entitajiet, aġenziji u awtoritajiet – Membri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk fuq il-bordijiet ta’ entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu hemmx membri appuntati li jokkupaw il-kariga ta’ Segretarju Permanenti jew Segretarju Permanenti Ewlieni? Jista’ jgħid min huma dawn il-persuni u kemm jitħallsu, inklużi l-perkaċċi varji u fuq liema Bord iservu?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma l-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġibiet li ngħataw għall-mistoqsijiet parlamentari 16173,16174, 16175 u 16179, filwaqt li għall-kumplament ta' l-entitajiet qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-Informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Fondi Ewropej, Ugwaljanza, ir-Riforma u Djalogu Soċjali – Bordijiet ta’ entitajiet, aġenziji u awtoritajiet – Membri

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, Ugwaljanza, ir-Riforma u Djalogu Soċjali jgħid jekk fuq il-bordijiet ta’ entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu hemmx membri appuntati li jokkupaw il-kariga ta’ Segretarju Permanenti jew Segretarju Permanenti Ewlieni? Jista’ jgħid min huma dawn il-persuni u kemm jitħallsu, inklużi l-perkaċċi varji u fuq liema Bord iservu?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fuq il-bordijiet ta’ entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tad-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, Ugwaljanza, ir-Riforma u Djalogu Soċjali ma hemmx membri appuntati li jokkupaw il-kariga ta’ Segretarju Permanenti jew Segretarju Permanenti Ewlieni.

Raħal Ġdid – Persuni jirċievu l-Għajnuna Soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li kienu qed jirċievu l-Għajnuna Soċjali tul is-sena 2023 li huma residenti f’Raħal Ġdid? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu nisa u kemm irġiel?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta’ persuni li kienu jirċievu l-Għajnuna Soċjali sa Diċembru 2023 fil-lokalità msemmija huwa skont kif jidher fit-tabella t’hawn taħt: Lokalità Irġiel Nisa Total Raħal Ġdid 104 143 247

Ministeru għall-Finanzi — Bordijiet ta’ entitajiet, aġenziji u awtoritajiet – Membri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk fuq il-bordijiet ta’ entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu hemmx membri appuntati li jokkupaw il-kariga ta’ Segretarju Permanenti jew Segretarju Permanenti Ewlieni? Jista’ jgħid min huma dawn il-persuni u kemm jitħallsu, inklużi l-perkaċċi varji u fuq liema Bord iservu?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Santa Luċija — Persuni jirċievu l-Għajnuna Soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li kienu qed jirċievu l-Għajnuna Soċjali tul is-sena 2023 li huma residenti f’Santa Luċija? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu nisa u kemm irġiel?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta’ persuni li kienu qed jirċievu l-Għajnuna Soċjali sa Diċembru 2023 fil-lokalità msemmija huwa kif jidher fit-tabella t’hawn taħt: Lokalità Irġiel Nisa Total Santa Luċija 7 54 61

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — Bordijiet ta’ entitajiet, aġenziji u awtoritajiet – Membri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk fuq il-bordijiet ta’ entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu hemmx membri appuntati li jokkupaw il-kariga ta’ Segretarju Permanenti jew Segretarju Permanenti Ewlieni? Jista’ jgħid min huma dawn il-persuni u kemm jitħallsu, inklużi l-perkaċċi varji u fuq liema Bord iservu?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fuq bordijiet ta’ entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru m’hemmx membri appuntati li jokkupaw il-kariga ta’ Segretarju Permanenti jew Segretarju Permanenti Ewlieni.

Fgura — Persuni jirċievu l-Għajnuna Soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li kienu qed jirċievu l-Għajnuna Soċjali tul is-sena 2023 li huma residenti fil-Fgura? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu nisa u kemm irġiel?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta’ persuni li kienu qed jirċievu l-Għajnuna Soċjali sa Diċembru 2023 fil-lokalità msemmija huma skont kif jidher fit-tabella t’hawn taħt. Lokalità Irġiel Nisa Total Fgura 67 124 191

Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni – Bordijiet ta’ entitajiet, aġenziji u awtoritajiet – Membri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk fuq il-bordijiet ta’ entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu hemmx membri appuntati li jokkupaw il-kariga ta’ Segretarju Permanenti jew Segretarju Permanenti Ewlieni? Jista’ jgħid min huma dawn il-persuni u kemm jitħallsu, inklużi l-perkaċċi varji u fuq liema Bord iservu?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fuq il-bordijiet ta’ entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru m’hemmx appuntati Segretarji Permanenti jew Segretarju Permanenti Ewlieni.

Ċimiterju tal-Addolorata – Żamma tal-oqbra

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15638 jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm oqbra li huma uffiċjalment issiġillati? Jista’ jgħid ukoll jekk jikkonsidrax li tinbidel il-linja amministrattiva li ttieħdet u l-istat tal-oqbra u l-post jiġu miżmuma aħjar?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li ma tinżamm l-ebda statistika ta’ oqbra li huma ssiġillati b’testment għax din l-informazzjoni tinżamm biss fid-dokumenti relatati mal-qabar speċifiku. Dawn l-oqbra huma meqjusa bħala propjetà privata u jibqgħu hekk anke jekk dan jiġi ddikjarat issiġillat b’testment jew ordni tal-qorti jew b’mod legali ieħor u għalhekk ma jistax jintmess mingħajr il-kunsens tas-sid. F'każijiet fejn waqt spezzjoni jew ilmenti isir magħruf li hemm xi periklu, s-sidien jew werrieta jiġu kkuntattjati biex titranġa s-sitwazzjoni. Jekk l-ebda nformazzjoni ma tkun disponibbli allura l-periklu jitneħħa mill-kumpanija li tmexxi ċ-ċimiterju tal-Addolorata wara konsultazzjoni mal-Uffiċċju Regolatorju tad-Dfin. Ir-responsabbiltà taż-żamma taċ-ċimiterju tinvolvi wkoll knis u qtugħ regolari tal-ħaxix ħażin fil-passaġġi u madwar oqbra kemm privati kif ukoll komuni.

Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva — Bordijiet ta’ entitajiet, aġenziji u awtoritajiet – Membri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk fuq il-bordijiet ta’ entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu hemmx membri appuntati li jokkupaw il-kariga ta’ Segretarju Permanenti jew Segretarju Permanenti Ewlieni? Jista’ jgħid min huma dawn il-persuni u kemm jitħallsu, inklużi l-perkaċċi varji u fuq liema Bord iservu?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’hemm l-ebda Segretarju Permanenti jew Segretarju Permanenti Ewlieni li jokkupaw kariga fuq il-bordijiet ta’ entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru.

Ħal Għaxaq – Persuni jirċievu l-Għajnuna Soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li kienu qed jirċievu l-Għajnuna Soċjali tul is-sena 2023 li huma residenti f’Ħal Għaxaq? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu nisa u kemm irġiel?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta’ persuni li kienu jirċievu l-Għajnuna Soċjali matul Diċembru 2023 fil-lokalità msemmija huwa kif qed jidher fit-tabella t’hawn taħt. Lokalità Irġiel Nisa Total ĦAL GHAXAQ 19 57 76

Ħal Tarxien – Proġett ta’ riġenerazzjoni tal-pjazza u z-zuntier quddiem il-Knisja Parrokkjali

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9428 jista’ l-Ministru jgħid jekk il-pjanijiet għar-riġenerazzjoni tal-Pjazza ta’ Ħal Tarxien humiex lesti u meta huwa previst li ser jinbeda x-xogħol?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dettalji tad-disinn tal-proġett qed jiġu finalizzati u qed jiġi ppreparat il-pakkett għas-sejħa għall-offerti u huwa ippjanat li din tiġi ppubblikata fix-xhur li ġejjin.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi — Bordijiet ta’ entitajiet, aġenziji u awtoritajiet – Membri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk fuq il-bordijiet ta’ entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu hemmx membri appuntati li jokkupaw il-kariga ta’ Segretarju Permanenti jew Segretarju Permanenti Ewlieni? Jista’ jgħid min huma dawn il-persuni u kemm jitħallsu, inklużi l-perkaċċi varji u fuq liema Bord iservu?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’hemmx membri appuntati li jokkupaw il-kariga ta’ Segretarju Permanenti jew Segretarju Permanenti Ewlieni fil-bordijiet ta’ entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt dan il-Ministeru.

Żejtun – Persuni jirċievu l-Għajnuna Soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li kienu qed jirċievu l-Għajnuna Soċjali tul is-sena 2023 li huma residenti fiż-Żejtun? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu nisa u kemm irġiel?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor Interpellant li, l-ammont ta’ persuni li kienu jirċievu l-Għajnuna Soċjali matul Diċembru 2023 fil-lokalità msemmija huma skont it-tabella ta’ hawn taħt. Lokalita' Irġiel Nisa Total ŻEJTUN 29 139 168

Ħal Tarxien – Skola Primarja l-qadima – xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16571 jista’ l-Ministru jgħid x’esiġenzi qiegħed jara li l-Iskola Primarja ta’ Ħal Tarxien jippresta ruħha għalihom?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa l-iskola mesmmija qed tintuża bħala skola ta’ kontinġenza.

Marsaxlokk – Persuni jirċievu l-Għajnuna Soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li kienu qed jirċievu l-Għajnuna Soċjali tul is-sena 2023 li huma residenti f’Marsaxlokk? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu nisa u kemm irġiel?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-ammont ta’ persuni li kienu jirċievu l-Għajnuna Soċjali matul Diċembru 2023 fil-lokalità msemmija huma skont it-tabella ta’ hawn taħt. Lokalita' Irġiel Nisa Total MARSAXLOKK 12 23 35

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, u x-Xogħol — Bordijiet ta’ entitajiet, aġenziji u awtoritajiet – Membri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk fuq il-bordijiet ta’ entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu hemmx membri appuntati li jokkupaw il-kariga ta’ Segretarju Permanenti jew Segretarju Permanenti Ewlieni? Jista’ jgħid min huma dawn il-persuni u kemm jitħallsu, inklużi l-perkaċċi varji u fuq liema Bord iservu?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li fil-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol, hemm is-Segretarju Permanenti tal-istess Ministeru li sservi skont il-liġijiet rispettivi bħala ex ufficio fil-Kunsill dwar is-Sigurtà fl-Avjazzjoni u fil-Kunsill dwar il-Protezzjoni Ċivili. F’tal-aħħar iservi wkoll bħala membru ex ufficio s-Segretarju Permanenti għal Għawdex u l-Ippjanar.

Wied il-Għajn – Persuni jirċievu l-Għajnuna Soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li kienu qed jirċievu l-Għajnuna Soċjali tul is-sena 2023 li huma residenti f’Wied il-Għajn? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu nisa u kemm irġiel?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-ammont ta’ persuni li kienu jirċievu l-Għajnuna Soċjali matul Diċembru 2023 fil-lokalità msemmija huma skont it-tabella ta’ hawn taħt. Lokalità Irġiel Nisa Total Wied il-Għajn 63 138 201