Legislature:
Category:
Reset
Active:

Qrati — Kompilazzjonijiet pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm kompilazzjonijiet pendenti fil-Qrati ta’ pajjiżna sal-aħħar tas-sena 2023? Jista’ jindika wkoll kemm ġew deċiżi?

Response (ATTARD, JONATHAN)

It-tabella li tindika l-ammont ta’ kumpilazzjonijiet pendenti sal-aħħar tas-sena 2023 kif ukoll l-ammont ta' kumpilazzjonijiet deċiżi matul is-sena 2023 kemm fil-Qorti ta' Malta kif ukoll fil-Qorti t'Għawdex tinsab hawn taħt: Kumpilazzjonijiet pendentiKumpilazzjonijiet deċiżi Qorti ta’ Malta2841850 Qorti ta’ Għawdex55104

Qrati — Sentenzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm sentenzi, fejn il-pieni inflitti kienu dawk ta’ community service orders, probation u sentenzi sospiżi matul is-sena 2023?

Response (ATTARD, JONATHAN)

It-tabella li tindika kemm kien hemm sentenzi matul is-sena 2023 fejn il-pieni inflitti kienu ta’ community service orders, probation u sentenzi sospiżi kemm fil-Qorti ta’ Malta kif ukoll fil-Qorti ta’ Għawdex tinsab hawn taħt: Community Service Probation Sentenzi sospiżi Qorti ta’ Malta 29 204 305 Qorti ta’ Għawdex 0 12 14

Deċiżjoni ta’ sentenza

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17217, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 14025, 14026 u 14478 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol, lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża u lill-Prim Ministru rispettivament, u jgħid x’passi ulterjuri ser jittieħdu fir-rigward tal-impjegati varji wara u in konsegwenza tas-sentenza li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament deċiża fil-25 ta' Frar 2021 u dan kemm għall-impjegati li kienu parti fil-kawża kif ukoll dawk li ma kenux parti imma li għandhom interess?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, d-deċiżjoni tal-Onorabbli Qorti tal-Appell (Inferjuri) imsemmija fil-mistoqsija kienet waħda preliminari fejn sal-lum għadu jrid jiġi appuntat għas-smiegħ. Minkejja dan fis-sena 2019 il-Gvern ħareġ l-iskema ta’ Għotja ta’ Darba, li għadha miftuħa. Din l-iskema tkopri wkoll lil dawk li kienu apprentisti mal-Malta Electricity Board sakemm dan spiċċa u wara kienu impjegati mal-Korporazzjoni Enemalta. Għalhekk, il-persuni msemmija fil-kawża, kif ukoll oħrajn li kienu apprentisti kif indikat fl-istess skema, jistgħu japplikaw fejn kull każ ikun assessjat fuq il-merti tiegħu skont dawn il-kriterji. Madanakollu, hija kundizzjoni taħt din l-Iskema li applikant li jirċievi l-għotja jrid jirrinunzja għal kull pretenzjoni oħra futura marbuta mal-Iskema u jwaqqaf u jirtira kull kawża jew kawżi magħmula kontra l-Gvern, Awtorità jew entità oħra pubblika. Dan irid isir billi r-rikorrenti, jew l-eredi tagħhom, f’kull kawża jew kawżi jippreżentaw dikjarazzjoni maħlufa fir-reġistru tal-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili fejn jiddikjaraw li qed iċedu u jirtiraw kull kawża jew kawżi pendenti. Prova ta’ din ir-rinunzja u rtirar tal-kawża jew kawżi trid tiġi mehmuża mal-applikazzjoni kif spjegat fl-istess formola tal-applikazzjoni.

Bormla — Triq Wiġi Rosato - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet qegħdin isiru fi Triq Wiġi Rosato, Bormla, kemm se jdumu għaddejjin u kemm huma stmati li se jiġu jiswew?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta għaddejja b’xogħlijiet estensivi ta’ bini mill-ġdid ta’ din it-triq, bix-xogħlijiet jinkludu tqegħid ta’ sistema ġdida tad-drenaġġ, telekomunikazzjoni, konnessjoni ġdida tal-ilma lejn id-djar, bankini ġodda, u xogħol t’asfalt. Dan il-proġett, li qed isir b’investiment ta’ nofs miljun Ewro, mistenni jitlesta fix- xhur li ġejjin.

Bormla — Triq Wiġi Rosato - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet qegħdin isiru fi Triq Wiġi Rosato, Bormla, kemm se jdumu għaddejjin u kemm huma stmati li se jiġu jiswew?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Bormla li x-xogħlijiet fi Triq Wiġi Rosato qegħdin isiru minn Infrastruttura Malta għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant biex jindirizza l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Raħal Ġdid — Triq l-Isqof Buhagiar - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet qegħdin isiru fi Triq l-Isqof Buhagiar, Raħal Ġdid, kemm se jdumu għaddejjin u kemm huma stmati li se jiġu jiswew?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fi Triq l-Isqof Buhagiar, Paola qegħdin isiru xogħlijiet ta’ servizzi li jinkludu bdil tal-main tad-drenaġġ, bdil tal-main tal-ilma, u bini mill-ġdid tal-bankini u t-triq inkluż xogħlijiet t’asfalt. Ix-xogħlijiet huma pjanati li jitlestew fil-ġimgħat li ġejjin u huma stmati li jiswew madwar 260,000 Ewro.

Ħal Tarxien — inċidenti tat-traffiku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti tat-traffiku f’Ħal Tarxien fis-snin 2020, 2021, 2022 u 2023? Jista’ jgħid ukoll f’liema toroq seħħew?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi fis-snin 2020, 2021, 2022 u 2023 in-numru ta’ inċidenti tat-traffiku li seħħew f’Ħal Tarxien u ġew indirizzati mill-pulizija, jidher f’Tabella A, filwaqt li Tabella B tindika l-inċidenti tat-traffiku li ġew indirizzati mill-LESA. Qed inpoġġi din l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra.

Kunsill Lokali Ħal Tarxien — ilmenti u suġġerimenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm irċieva lmenti u suġġerimenti l-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien matul is-sena 2023 kif ukoll fiex kienu jikkonsistu dawk l-ilmenti l-iktar relevanti?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien li rċieva madwar 252 ilment u suġġeriment matul is-sena 2023. L-aktar rilevanti fosthom kienu r-rimi ta’ terrapien u skart ieħor, bozoz maqtugħin, manteniment ta’ toroq u bankini, tneħħija t’annimali mejta u ġbir tal-iskart.

Fgura — inċidenti tat-traffiku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti tat-traffiku fil-Fgura fis-snin 2020, 2021, 2022 u 2023? Jista’ jgħid ukoll f’liema toroq seħħew?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi fis-snin 2020, 2021, 2022 u 2023 in-numru ta’ inċidenti tat-traffiku li seħħew fil-Fgura u ġew indirizzati mill-pulizija, jidher f’Tabella A, filwaqt li Tabella B tindika l-inċidenti tat-traffiku li ġew indirizzati mill-LESA. Qed inpoġġi din l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra.

Kunsill Lokali Fgura — ilmenti u suġġerimenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm irċieva lmenti u suġġerimenti l-Kunsill Lokali tal-Fgura matul is-sena 2023 kif ukoll fiex kienu jikkonsistu dawk l-ilmenti l-iktar relevanti?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Fgura li rċieva 960 ilment u 20 suġġeriment matul is-sena 2023. Fost l-ilmenti l-iktar relevanti kien hemm l-ifriskar ta’ sinjali, twaħħil ta’ tabelli, tarmac kiesaħ għal toqob fit-toroq, qtugħ ta’ ħaxix ħażin, manutenzjoni minuri tal-bandli u ġonna.

Raħal Ġdid — inċidenti tat-traffiku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti tat-traffiku f’Raħal Ġdid fis-snin 2020, 2021, 2022 u 2023? Jista’ jgħid ukoll f’liema toroq seħħew?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi fis-snin 2020, 2021, 2022 u 2023 in-numru ta’ inċidenti tat-traffiku li seħħew f’Raħal Ġdid u ġew indirizzati mill-pulizija, jidher f’Tabella A, filwaqt li Tabella B tindika l-inċidenti tat-traffiku li ġew indirizzati mill-LESA. Qed inpoġġi din l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra.

Kunsill Lokali Raħal Ġdid — ilmenti u suġġerimenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm irċieva lmenti u suġġerimenti l-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid matul is-sena 2023 kif ukoll fiex kienu jikkonsistu dawk l-ilmenti l-iktar relevanti?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid li rċieva madwar 375 ilment u suġġeriment matul is-sena 2023. Fost l-ilmenti l-iktar relevanti kien hemm dwar patching, bozoz maqtugħa, tiswija ta’ kaptelli u tappieri, kif ukoll dwar tabelli u sinjali (refreshing u oħrajn ġodda).

Ħal Għaxaq — inċidenti tat-traffiku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti tat-traffiku f’Ħal Għaxaq fis-snin 2020, 2021, 2022 u 2023? Jista’ jgħid ukoll f’liema toroq seħħew?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi fis-snin 2020, 2021, 2022 u 2023 in-numru ta’ inċidenti tat-traffiku li seħħew f’Ħal Għaxaq u ġew indirizzati mill-Pulizija, jidher f’Tabella A, filwaqt li Tabella B tindika l-inċidenti tat-traffiku li ġew indirizzati mill-LESA. Qed inpoġġi din l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra.

Kunsill Lokali Ħal Għaxaq — ilmenti u suġġerimenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm irċieva lmenti u suġġerimenti l-Kunsill Lokali ta’ Ħal Għaxaq matul is-sena 2023 kif ukoll fiex kienu jikkonsistu dawk l-ilmenti l-iktar relevanti?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Għaxaq li rċieva madwar 533 ilmenti u suġġerimenti matul is-sena 2023. Fost l-ilmenti, l-iktar relevanti kien hemm l-ġbir ta' skart, rimi ta' skart abbużiv, tindif/knis, ħsarat fl-ilma, ħsarat fid-dawl, ħofor u żbir ta' siġar.

Santa Luċija — inċidenti tat-traffiku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti tat-traffiku f’Santa Luċija fis-snin 2020, 2021, 2022 u 2023? Jista’ jgħid ukoll f’liema toroq seħħew?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi fis-snin 2020, 2021, 2022 u 2023 in-numru ta’ inċidenti tat-traffiku li seħħew f’Santa Luċija u ġew indirizzati mill-Pulizija, jidher f’Tabella A, filwaqt li Tabella B tindika l-inċidenti tat-traffiku li ġew indirizzati mill-LESA. Qed inpoġġi din l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra.

Kunsill Lokali Santa Luċija — ilmenti u suġġerimenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm irċieva lmenti u suġġerimenti l-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija matul is-sena 2023 kif ukoll fiex kienu jikkonsistu dawk l-ilmenti l-iktar relevanti?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija li rċieva 384 ilment u suġġeriment matul is-sena 2023. Fost l-ilmenti l-iktar relevanti kien hemm mistoqsijiet dwar il-qasam tad-djar fil-lokalità u jgħin lir-residenti bid-dettalji li jintalbu , bozoz maqtugħa, manutenzjoni tat-toroq u manutenzjoni tas-soft areas.

Gudja — inċidenti tat-traffiku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti tat-traffiku fil-Gudja fis-snin 2020, 2021, 2022 u 2023? Jista’ jgħid ukoll f’liema toroq seħħew?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi fis-snin 2020, 2021, 2022 u 2023 in-numru ta’ inċidenti tat-traffiku li seħħew fil-Gudja u ġew indirizzati mill-pulizija, jidher f’Tabella A, filwaqt li Tabella B tindika l-inċidenti tat-traffiku li ġew indirizzati mill-LESA. Qed inpoġġi din l-informazzjoni fuq il-mejda tal-Kamra.

Kunsill Lokali Gudja — ilmenti u suġġerimenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm irċieva lmenti u suġġerimenti l-Kunsill Lokali tal-Gudja matul is-sena 2023 kif ukoll fiex kienu jikkonsistu dawk l-ilmenti l-iktar relevanti?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Gudja li rċieva madwar 270 ilment u suġġeriment matul is-sena 2023. Fost l-ilmenti l-iktar relevanti kien hemm fuq ġbir ta' skart, knis, problema tal-ħmieġ tal-ħamiem selvaġġ, il-magna tal-BCRS, problema ta' parkeġġ fil-lokalità u sinjali tat-traffiku. Suġġerimenti relevanti kienu dwar communal reserved parking fi Triq Bir Miftuħ, aktar aċċessibiltà fil-binja tal-Kunsill u bdil tal-fanali ornamentali fit-toroq tal-Gudja.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Bordijiet ta’ entitajiet, aġenziji u awtoritajiet – Membri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk fuq il-bordijiet ta’ entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu hemmx membri appuntati li jokkupaw il-kariga ta’ Segretarju Permanenti jew Segretarju Permanenti Ewlieni? Jista’ jgħid min huma dawn il-persuni u kemm jitħallsu, inklużi l-perkaċċi varji u fuq liema Bord iservu?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li taħt il-Ministeru tiegħi hemm dawn il-bordijiet li fihom rappre¿entanza ta’ Segretarju Permanenti. Dawn huma l-MCAST Board of Governors, University of Malta Council, Mtarfa International School, National Board for Compulsary Education, National Curriculum Framework Review Board, National Skills Council, Commonwealth Centre for Connected Learning Foundation, National Open Access Committee u l-MCST. Kull membru jiġi appuntat skont il-liġi u l-esiġenza tal-bord. Niġbed l-attenzjoni tal-Onor Interpellant li fir-rigward tal-perkaċċi, kull membru jingħata r-remunerazzjoni mistħoqqa skont il-manwal u skont il-klassifikazzjoni tal-bord. F'każ li l-liġi titlob li wieħed mill-membri għandu jkun Segretarju Permanenti ta' xi Ministeru speċifiku, f'dak il-każ jitqiesu bħala ex-officio u ma jingħatawx remunerazzjoni.

Ħal Tarxien — Triq il-Kbira - Miżuri minħabba sewqan eċċessiv

Question

Jista’ l-Ministru jikkonsidra li ġewwa Triq il-Kbira f’Ħal Tarxien jiġu installati sleeping policemen peress li matul il-lejl qed ikun hemm każijiet ta’ sewqan eċċessiv?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ttieħdet nota ta’ dan is-suġġeriment.