Legislature:
Category:
Reset
Active:

Direttivi tal-Unjoni Ewropea li ġew implimentati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew implimentati mill-Ministeru tiegħu matul is-sena 2024 u liema huma dawk li għadhom pendenti?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa l-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ m’għandu l-ebda Direttiva bi skadenza għat-traspożizzjoni li taħbat fis-sena 2024 u għalhekk m’għandu l-ebda Direttiva li għadha pendenti.

Direttivi tal-Unjoni Ewropea li ġew implimentati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew implimentati mill-Ministeru tiegħu matul is-sena 2024 u liema huma dawk li għadhom pendenti?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, sa issa l-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal m’għandu l-ebda Direttiva bi skadenza għat-traspożizzjoni fis-sena 2024 u għalhekk m’għandu l-ebda Direttiva li għadha pendenti.

Laqgħat fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena 2024?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li attendejt għall-Laqgħa Informali tal-Ministri tat-Turiżmu fi Frar tal-2024. Ma hemm l-ebda laqgħat oħra ippjanati sa l-aħħar ta’ Ġunju 2024.

Laqgħat fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena 2024?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-bidu tas-sena, fil-kapaċità tiegħi bħala Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi, ipparteċipajt b’mod attiv fil-laqgħa informali tal-Ministri tat-Trasport li saret fi Brussell, fit-3–4 ta’ April 2024. Barra minn hekk, bħala parti mill-impenji li ġejjin, se nkun qed nattendi wkoll il-laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri tat-Trasport li ser isir fit-18 ta’ Ġunju fil-Lussemburgu.

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma l-Onor. Interpellant li għas-sena 2024 attendejt l-laqgħa informali tal-Kunsill tal-Ministri responsabbli mit-Telekomunikazzjoni fit-tnax ta’ April. Laqgħat oħra għadhom qedgħin jiġu ppjanati.

Laqgħat fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena 2024?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Laqgħat fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena 2024?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa, din is-sena l-Ministru attenda l-Kunsill Informali għall-Affarijiet Interni f’Jannar u l-Med5 Ministerjali f’April.

Laqgħat fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena 2024?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena bħala laqgħat fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa jien attendejt għal Justice and Home Affairs Council ġewwa Brussel. Appart minn hekk f’Ġunju ser nattendi l-Justice and Home Affairs Council li ser isir ġewwa l-Lussemburgu.

Laqgħat fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena 2024?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2024 m’attendejtx u mhux mistenni nattendi għal laqgħat fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa.

Laqgħat fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena 2024?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2024, bħala Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ attendejt għal erba’ laqgħat tal-Kunsill tal-Affarijiet Barranin fi ħdan l-Unjoni Ewropea fl-ewwel erba’ xhur tas-sena, inkluż laqgħa straordinarja li saret wara l-attakk tal-Iran fuq l-Istat ta’ Iżrael. Bejn il-25 u d-29 ta’ Frar 2024 kont mistieden nattendi l-Kunsill tal-Affarijiet Barranin fuq il-Kummerċ f’Abu Dhabi fil-marġini tat-13-il Konferenza Ministerjali (MC13) tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO). Fis-6 ta’ Marzu, kelli l-opportunità nindirizza l-laqgħa tal-Kumitat tad-Deputati tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa fil-kapacita’ ta’ ‘Chair-in-Office’ tal-OSCE, fejn tkellimt fuq il-prijoritajiet tal-Presidenza ta’ Malta tal-OSCE u fuq l-isfidi li qed tiffaċċja l-organizzazzjoni. Fit-18 ta’ Marzu 2024 ipparteċipajt fil-Forum Umanitarju Ewropew li sar fi Brussell. Barra minn hekk, attendejt il-Forum ta’ Livell Għoli bejn l-UE u l-Kunsill ta’ Kooperazzjoni tal-Golf (GCC), nhar it-Tnejn 22 t’April 2024 fil-Lussemburgu. Fis- 7 ta' Mejju 2024 ġejt mistieden nipparteċipa fil-Kunsill tal-Affarijiet Barranin fuq l-iżvilupp li se jsir fi Brussell. Se nkun qed nipparteċipa wkoll fil-Laqgħa Ministerjali tal-Kunsill tal-Ewropa, li se ssir fis-16 u 17 ta’ Mejju fi Strasburgu. Fil-21 ta’ Mejju 2024, mistenni nipparteċipa wkoll fil-Laqgħat tal-Kunsill tal-Affarijiet Ġenerali. Għat-30 ta’ Mejju 2024, ġejt mistieden nipparteċipa fil-Kunsill tal-Affarijiet Barranin fuq il-Kummerċ li se jsir fi Brussell. Fil-25 ta' Ġunju 2024, mistenni nipparteċipa wkoll fil-Laqgħat tal-Kunsill tal-Affarijiet Ġenerali.

Laqgħat fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena 2024?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba minnhu hija kif qed ikun elenkat hawn taħt; 11 ta’ Jannar EPSCO li nżammet Namur, Belgium; 11 ta’ Marzu EPSCO li nżammet Brussels, Belgium; 15 ta’ April High level Conference on the European Pillar of Social Rights li nżammet La Hulpe, Belgium.

Laqgħat fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa

Question

Tista’ l-Ministru tgħid għal liema laqgħat attendiet fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa u dawk li mistennija tattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena 2024?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sa issa ma kienx hemm laqgħat fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa relatati mas-settur li jaqa’ taħti. Nikkonferma wkoll li bħalissa ma hemm l-ebda laqgħa prevista sal-aħħar ta’ Ġunju, li għandi informazzjoni dwarha.

Laqgħat fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena 2024?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa minix infurmat li ser ikun hemm laqgħat fi ħdan l-Unjoni Ewropea sa Ġunju. Madankollu, tifhem li jista’ jkun li niġu mistiedna għal xi laqgħat aktar 'il quddiem, skont iċ-ċirkostanzi.

Laqgħat fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena 2024?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt; Dati Suġġett Destinazzjoni 14 - 17 Jannar 2024 Finali tal-Kampjonati Ewropej tal-Water Polo Kroazja 20 - 22 Frar 2024 OECD Skills Summit 2024 Brussell 27 ta' Ġunju 2024 MED 9 High Level Forum for Education for Sustainable Development and Green Transition in the Mediterranean Region Ċipru

Raħal Ġdid — Triq l-Isqof Buhagiar - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet qegħdin isiru fi Triq l-Isqof Buhagiar, Raħal Ġdid, kemm se jdumu għaddejjin u kemm huma stmati li se jiġu jiswew?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Paola li x-xogħlijiet fi Triq l-Isqof Buhagiar jikkonsistu fil-bdil tal-main u s-servizzi tal-ilma, main tad-drenaġġ, bankini ġodda u l-asfaltar tat-triq. Dan ix-xogħol qed isir mill-kuntrattur ta’ Infrastruttura Malta u għaldaqstant il-Kunsill ma’ jistax jindika kemm ser idumu dawn ix-xogħlijiet u lanqas kemm huma stmati li se jiġu jiswew.

SportMalta u l-Kuntrattur tax-Shooting Range — Ftehim

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim milħuq bonarjament bejn SportMalta u l-kuntrattur tax-Shooting Range u jekk kienx hemm ftehim jew dokument ulterjuri li rriżulta mill-medjazzjoni li seħħet bejniethom?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kuntratt u l-addendum qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.

Il-Furjana – Triq Ġnien Dante Aligheri – Siġar taċ-ċitru

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 16617 u 17508, jista’ l-Ministru jara li s-sitwazzjoni tiġi riżolta u jittieħdu l-passi neċessarji?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kunsill qed jieħu l-passi neċessarji biex jara li l-ġonna u s-soft areas ikunu ikkurati.

Laqgħat fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena 2024?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-laqgħat fi ħdan l-UE li attendejt għalihom sa llum huma hekk kig ġej: Jannar 2024 – Kunsill Agrifish – Brussell, Belġju Frar 2024 – Kunsill Agrifish – Brussell, Belġju Marzu 2024 – Kunsill Agrifish – Brussell, Belġju April 2024 – Laqgħa informali għall-Ministri għall-Agrikoltura - Limburgu, Belġju Mistenni li nkun qed nattendi għal-laqgħat futuri fi ħdan l-UE.

Laqgħat fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena 2024?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-bidu tas-sena, fil-kapaċità tiegħi bħala Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi, ipparteċipajt b’mod attiv fil-laqgħa informali tal-Ministri tat-Trasport li saret fi Brussell, fit-3–4 ta’ April 2024. Barra minn hekk, bħala parti mill-impenji li ġejjin, se nkun qed nattendi wkoll il-laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri tat-Trasport li ser isir fit-18 ta’ Ġunju fil-Lussemburgu.

Laqgħat fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa

Question

Tista’ l-Ministru tgħid għal liema laqgħat attendiet fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa u dawk li mistennija tattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena 2024?

Response (DALLI, MIRIAM)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7206, ninfurmah li f’Marzu ta’ din is-sena attendejt għal-laqgħa tal-Kunsill Ministerjali tal-Enerġija.