Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kampus tal-Università – siġar taż-żebbuġ miżbura

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm siġar taż-żebbuġ fil-kampus tal-Università u kemm minnhom inżabru u jekk ż-żebbuġ kollu ġiex miġbur fis-sena li għaddiet?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li fl-Università hemm mal-263 siġra taż-żebbuġ. Dawn jiġu miżbura skont in-neċessità. Infurmat li madwar ir-ringroad tal-Università hemm 20 siġra, imma huma propjeta ta' Nature Trust. Filwaqt li fil-Junior College hemm 72 siġra taż-żebbuġ.

Ħaż-Żabbar – Triq Bormla — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet qegħdin isiru ġewwa Triq Bormla, Ħaż-Żabbar u kemm ser idumu għaddejjin u kemm huma stmati li ser jiġu jiswew?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet li għamlet Infrastructure Malta fi Triq Bormla, Zabbar ilhom lesti mis-sena l-oħra.

Ħaż-Żabbar – Triq Bormla — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet qegħdin isiru ġewwa Triq Bormla, Ħaż-Żabbar u kemm ser idumu għaddejjin u kemm huma stmati li ser jiġu jiswew?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Kummissarji għall-Ġustizzja — Appelli pendenti minn sentenzi mogħtija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm appelli pendenti minn sentenzi mogħtija mill-Kummissarji għall-Ġustizzja sal-aħħar ta’ Marzu 2024?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ammont ta’ appelli pendenti minn sentenzi mogħtija mill-Kummissarji għall-Ġustizzja sal-aħħar ta’ Marzu 2024 kien ta’ erbat elef u tmienja u tmenin (4088) fil-Qorti ta’ Malta u dsatax (19) fil-Qorti ta’ Għawdex.

Direttivi tal-Unjoni Ewropea li ġew implimentati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew implimentati mill-Ministeru tiegħu matul is-sena 2024 u liema huma dawk li għadhom pendenti?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawk id-direttivi li jaqgħu taħt il-Ministru għall-Finanzi u li għandhom terminu ta’ skadenza għat-traspo¿izzjoni fis-sena 2024 huma s-segwenti: Direttiva Skadenza Direttiva (UE) 2022/2464 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 li temenda r-Regolament (UE) Nru 537/2014, id-Direttiva 2004/109/KE, id-Direttiva 2006/43/KE u d-Direttiva 2013/34/UE, fir-rigward tar-rapportar korporattiv dwar is-sostenibbiltà 06/07/2024 Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2023/2775 tas-17 ta’ Ottubru 2023 li temenda d-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-aġġustamenti tal-kriterji tad-daqs għal impriżi jew gruppi mikro, żgħar, ta’ daqs medju u kbar 24/12/2024 Direttiva tal-Kunsill (UE) 2022/542 tal-5 ta’ April 2022 li temenda d-Direttivi 2006/112/KE u (UE) 2020/285 fir-rigward tar-rati tat-taxxa fuq il-valur miżjud 31/12/2024 Direttiva tal-Kunsill (UE) 2020/285 tat-18 ta’ Frar 2020 li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur mi¿jud fir-rigward tal-iskema speċjali għall-impriżi ż-żgħar u r-Regolament (UE) Nru 904/2010 fir-rigward tal-kooperazzjoni amministrattiva u l-iskambju ta' informazzjoni għall-finijiet tal-monitoraġġ tal-applikazzjoni korretta tal-iskema speċjali għall-imprizi ż-żgħar 31/12/2024 Dawn id-direttivi għadhom ma ġewx trasposti fil-liġi nazzjonali u għalhekk huma kollha pendenti.

Direttivi tal-Unjoni Ewropea li ġew implimentati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew implimentati mill-Ministeru tiegħu matul is-sena 2024 u liema huma dawk li għadhom pendenti?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li, sad-data tal-lum, ma hemm l-ebda direttivi li qabżu d-data tal-iskadenza tat-traspożizzjoni.

Direttivi tal-Unjoni Ewropea li ġew implimentati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew implimentati mill-Ministeru tiegħu matul is-sena 2024 u liema huma dawk li għadhom pendenti?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li dik id-Direttivi li taqa’ taħt il-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni u li għandha terminu ta’ skadenza għat-traspożizzjoni fis-sena 2024 hija s-segwenti: Direttiva Skadenza Direttiva 2022/431 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2022 li temenda d-Direttiva 2004/37/KE dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati mal-espożizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol. 05/04/2024 Din id-Direttiva ġiet trasposta fil-liġi nazzjonali u għalhekk m’hemm l-ebda Direttiva li għadha pendenti

SportMalta u l-Kuntrattur tax-Shooting Range — Ftehim

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18518, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti kollha rilevanti tal-ftehim bejn SportMalta u l-kuntrattur tax-Shooting Range, billi dawn ma kenux kompleti?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Il-Fgura – Problemi fil-kantuniera bejn Triq il-Kampanella u Triq il-Karmelitani

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsijiet parlamentari 24300 u 24302 li saru fit-13-il Leġiżlatura, jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-frattemp sarux spezzjonijiet neċessarji fil-problemi li hemm fil-kantuniera bejn Triq il-Kampanella u Triq il-Karmelitani, il-Fgura senjatament f’din it-triq billi hemm partijiet li ser jisfrundaw internament fil-garaxxijiet ta’ terzi?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien infurmat li minn spezzjoni viżwali li saret matul il-jiem li għaddew ma jidhirx li hemm ħsarat fil-post imsemmi. Ser ikunu qed jerġgħu isiru spezzjonijiet oħrajn kif meħtieġ.

Direttivi tal-Unjoni Ewropea li ġew implimentati

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew implimentati mill-Ministeru tagħha matul is-sena 2024 u liema huma dawk li għadhom pendenti?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa l-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat ma għandu l-ebda Direttiva bi skadenza għat-traspożizzjoni li taħbat fis-sena 2024 u għalhekk ma għandu l-ebda Direttiva li għadha pendenti.

Direttivi tal-Unjoni Ewropea li ġew implimentati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew implimentati mill-Ministeru tiegħu matul is-sena 2024 u liema huma dawk li għadhom pendenti?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa l-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar m’għandu l-ebda Direttiva bi skadenza għat-traspożizzjoni li taħbat fis-sena 2024 u għalhekk m’għandu l-ebda Direttiva li għadha pendenti.

Direttivi tal-Unjoni Ewropea li ġew implimentati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew implimentati mill-Ministeru tiegħu matul is-sena 2024 u liema huma dawk li għadhom pendenti?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12962.

Direttivi tal-Unjoni Ewropea li ġew implimentati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew implimentati mill-Ministeru tiegħu matul is-sena 2024 u liema huma dawk li għadhom pendenti?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa l-Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika m’għandu l-ebda Direttiva bi skadenza għat-traspożizzjoni li taħbat fis-sena 2024 u għalhemm m’għandu l-ebda Direttiva li għadha pendenti.

Direttivi tal-Unjoni Ewropea li ġew implimentati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew implimentati mill-Ministeru tiegħu matul is-sena 2024 u liema huma dawk li għadhom pendenti?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawk id-Direttivi li jaqgħu taħt il-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħolijiet Pubbliċi u li għandhom terminu ta’ skadenza għat-traspożizzjoni fis-sena 2024 huma s-segwenti: Direttiva Skadenza Direttiva (UE) 2022/362 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Frar 2022 li temenda d-Direttivi 1999/62/KE, 1999/37/KE u (UE) 2019/520, fir-rigward tal-ħhas li jrid isir mill-vetturi għall-użu ta’ċerti infrastrutturi 25/03/2024 Direttiva (UE) 2023/946 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 li temenda d-Direttiva 2003/25/KE fir-rigward tal-inklużjoni ta’ rekwiżiti mtejba tal-istabbiltà u l-allinjament ta’ dik id-Direttiva mar-rekwiżiti tal-istabbiltà definiti mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali 05/12/2024 Dawn id-Direttivi kollha għadhom ma ġewx trasposti fil-liġi nazzjonali u għalhekk għadhom kollha pendenti.

Direttivi tal-Unjoni Ewropea li ġew implimentati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew implimentati mill-Ministeru tiegħu matul is-sena 2024 u liema huma dawk li għadhom pendenti?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dik id-Direttiva li taqa’ taħt il-Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapri¿a u Proġetti Strateġiċi u li għandha skadenza għat-traspo¿izzjoni fis-sena 2024 hija s-segwenti: Direttiva Skadenza Direttiva (UE) 2019/1023 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2019 dwar oqsma ta' ristrutturar preventiv, dwar il-ħelsien mid-dejn u l-iskwalifiki, u dwar mi¿uri sabiex tiżdied l-effiċjenza tal-proċeduri li jikkonċernaw ir-ristrutturar, l-insolvenza u l-ħelsien mid-dejn, u li temenda d-Direttiva (UE) 2017/1132 (Direttiva dwar ir-ristrutturar l-insolvenza 17/07/2024 Din id-Direttiva ġiet parzjalment trasposta fil-liġi nazzjonali għajr għall-Artikolu 28 li għandu data ta’ skadenza 17/07/24

Direttivi tal-Unjoni Ewropea li ġew implimentati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew implimentati mill-Ministeru tiegħu matul is-sena 2024 u liema huma dawk li għadhom pendenti?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa l-Ministeru li tiegħu jiena responsabbli m’għandu l-ebda Direttiva bi skadenza għat-traspożizzjoni li taħbat fis-sena 2024 u għalhekk m’għandu l-ebda Direttiva li għadha pendenti.

Direttivi tal-Unjoni Ewropea li ġew implimentati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew implimentati mill-Ministeru tiegħu matul is-sena 2024 u liema huma dawk li għadhom pendenti?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawk id-Direttivi li jaqgħu taħt il-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħolijiet Pubbliċi u li għandhom terminu ta’ skadenza għat-traspożizzjoni fis-sena 2024 huma s-segwenti: · Direttiva (UE) 2022/362 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Frar 2022 li temenda d-Direttivi 1999/62/KE, 1999/37/KE u (UE) 2019/520, fir-rigward tal-ħlas li jrid isir mill-vetturi għall-użu ta’ċerti infrastrutturi · Direttiva (UE) 2023/946 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 li temenda d-Direttiva 2003/25/KE fir-rigward tal-inklużjoni ta’ rekwiżiti mtejba tal-istabbiltà u l-allinjament ta’ dik id-Direttiva mar-rekwiżiti tal-istabbiltà definiti mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali Dawn id-Direttivi jinstabu fil-proċess ta’ traspożizzjoni.

Direttivi tal-Unjoni Ewropea li ġew implimentati

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew implimentati mill-Ministeru tagħha matul is-sena 2024 u liema huma dawk li għadhom pendenti?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.

Direttivi tal-Unjoni Ewropea li ġew implimentati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew implimentati mill-Ministeru tiegħu matul is-sena 2024 u liema huma dawk li għadhom pendenti?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa l-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali m’għandu l-ebda Direttiva bi skadenza għat-traspożizzjoni li taħbat fis-sena 2024 u għalhekk m’għandu l-ebda Direttiva li għadha pendenti.