Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li fil-bidu ta’ Triq Santu Rokku, il-Kalkara min-naħa tal-Kunvent tal-Kappuċċini, isiru żewġ zebra crossings sabiex il-qsim min-naħa għal oħra jsir b’iktar attenzjoni?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Kalkara li għadu fil-proċess li jistudja aħjar din il-materja mressqa quddiemu.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ser jiġu jiswew u meta ser ikunu konklużi x-xogħlijiet li qegħdin isiru fi Triq San Mark il-Gudja?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet li għaddejin fi Triq San Mark u Triq Ġlormu Cassar, Gudja huma stmati li ser jiġu jiswew madwar €275,000. Dawn ix-xogħlijiet għandhom ikunu lesti fix-xhur li ġejjin.
Il-Kalkara — Bajja ta' Rinella - xogħlijiet ta’ manutenzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid humiex ser isiru xogħlijiet ta’ manutenzjoni neċessarji, inkluż it-tindif fil-Bajja tar-Rinella l-Kalkara, fix-xahar li ġej qabel jibda l-istaġun tas-sajf?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċessi ta’ tindif f’kull bajja huma xogħlijiet ta’ rutina li jsiru tul is-sena kollha. It-TZRA, fost interventi oħra, se tkun qed tagħmel xogħol ta’ manutenzjoni fil-bajja tar-Rinella.
Il-Kalkara — Bajja ta' Rinella - xogħlijiet ta’ manutenzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid humiex ser isiru xogħlijiet ta’ manutenzjoni neċessarji fil-Bajja tar-Rinella l-Kalkara fix-xahar li ġej, qabel jibda l-istaġun tas-sajf?
Response (BONETT, CHRIS)
Nitlob lill- Onor Interpellant biex jispjega aħjar għal x’tip ta xogħol ta’ manutenzjoni qiegħed jirreferi għalih.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk tul din is-sena l’hekk imsejħa Smoking Room f’Bighi hix ser tiġi restawrata għax esternament jidher li qiegħda taqa’?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li ġie iffirmat kuntratt wara sejħa ta' tenders. Ix-xogħol ta' restawr fuq l-Ismoking Room se jkun qed jibda fil-jiem li ġejjien. Infurmat ukoll li ma jeżisti ebda periklu li l-istruttura eżistenti tista' taqa'.
Raħal Ġdid – Triq u żona ta’ Santa Ubaldesca — Rapporti ta’ rwejjaħ
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16612, tista’ l-Ministru tgħid jekk saritx investigazzjoni ulterjuri fir-rigward l-ilment ta’ rwejjaħ persistenti fi Triq Santa Ubaldesca Raħal Ġdid?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata illi la fix-xhur ta’ qabel twieġbet il-mistoqsija parlamentari 16612 u lanqas minn dak iż-żmien 'l hawn l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi ma rċeviet l-ebda rapport minn residenti li kien hemm xi rwejjaħ fit-triq indikata. Fiż-żona inkwistjoni, m’hemmx attivitajiet fuq skala industrijali li huma regolati mill-ERA.
F’każ ta’ rwejjaħ, ir-residenti huma mħeġġa jinformaw minnufih lill-ERA billi jċemplu fuq 2292 3500, anke wara l-ħin tax-xogħol.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li tul dawn l-ewwel erba’ xhur tas-sena 2024 bdew jirċievu l-benefiċċju relattiv fir-rigward korrimenti fuq il-post tax-xogħol?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.
Korrimenti fuq il-post tax-xogħol – benefiċċju — applikazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li minn Jannar 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, li applikaw sabiex jibdew jirċievu l-benefiċċju relattiv fir-rigward korrimenti fuq il-post tax-xogħol?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.
Sptar Mater Dei — Korrimenti fuq il-post tax-xogħol
Question
Jekk dejjem tinżamm l-istatistika relattiva, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li korrew fuq il-post tax-xogħol u li daħlu fl-Isptar Mater Dei għall-kura fl-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li fid-Dipartiment tal-Emerġenza ma tinżammx informazzjoni fejn pazjent ikun weġġa’.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li qed jirċievu l-benefiċċju relattiv fir-rigward korrimenti fuq il-post tax-xogħol fl-aħħar ta’ Diċembru 2023?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17198, jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx jew hemmx il-pjan li jibda l-proċess sabiex jiġu identifikati dawk l-oqbra li huma ssiġillati definittivament u jekk hemmx elenku ta’ dawk fejn għal dawn l-aħħar mitt sena ma ġewx użati?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17198, ninsab infurmat li fil-preżent m’hemm ebda pjan li oqbra li huma ssiġillati jiġu identifikati u elenkati.
Dejjem hu preżunt li ġaladarba l-qabar huwa proprjetà privata u x-xewqa tas-sid fl-aħħar testment ikun li ma jintużax iktar, din ix-xewqa tibqa' dejjem rispettata anke jekk il-werrieta jitolbu mod ieħor.
Elenku ta’ oqbra li ma ġewx użati f’dawn l-aħħar mitt sena mhux pjanata li ssir fil-preżent.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati taħt in-Notifika D sal-aħħar ta’ April 2024 u jindika minn liema pajjiżi?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill Onor. Interpellant li mill-bidu tas-sena 2024 sal-aħħar ta’ April kien hemm seba' reġistrazzjonijiet ġodda taħt notifika D, mill-pajjiżi li ġejjin: 1-Iżvezja, 1-Etjopja, i1-Ġermanja, 1-Awstralja, 1-Irlanda u tnejn il-Portugall.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ser jiġu jiswew u meta ser ikunu konklużi x-xogħlijiet li qegħdin isiru fi Triq il-Kbira Ħaż-Żabbar?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fi Triq il-Kbira Ħaż-Żabbar huma previsti li jiġu konklużi fil-ġimgħat li ġejjin. Ix-xogħol hu stmat li ser jiġi jiswa madwar €400,000.
Raħal Ġdid – Triq u żona ta’ Santa Ubaldesca — Rapporti ta’ rwejjaħ
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16615, jista’ l-Ministru jgħid jekk saritx investigazzjoni ulterjuri fir-rigward l-ilment ta’ rwejjaħ persistenti fi Triq Santa Ubaldesca Raħal Ġdid?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mhuwiex kompitu tad-Diviżjoni għat-Tindif u Manutenzjoni li tinvestiga każijiet simili.
Raħal Ġdid – Triq u żona ta’ Santa Ubaldesca — Rapporti ta’ rwejjaħ
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16614 jista’ l-Ministru jgħid jekk saritx investigazzjoni ulterjuri fir-rigward l-ilment ta’ rwejjaħ persistenti fi Triq Santa Ubaldesca Raħal Ġdid?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamenti 16614, ninsab infurmat li d-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali baqa’ ma rċieva l-ebda lment rigward irwejjaħ persistenti fit-triq indikata jew fit-toroq tal-madwar. Minn wara li saret din il-Mistoqija Parlamentari, uffiċjali minn dan id-Direttorat xorta baqgħu jispezzjonaw din triq u t-toroq tal-madwar iżda fl-ebda ħin qatt ma’ ġiet nnutata xi forma ta’ riħa.
Ikun opportun jekk il-persuna/i li għandhom dan l-ilment jagħmlu kuntatt mad-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali sabiex possibilment tingħata aktar informazzjoni speċifika dwar dan l-ilment sabiex ikun jista` jiġi nvestigat b’kunfidenzjalita` bħal kull ilment li jidħol għand dan id-Direttorat.
Raħal Ġdid – Triq u żona ta’ Santa Ubaldesca — Rapporti ta’ rwejjaħ
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16613, jista’ l-Ministru jgħid jekk saritx investigazzjoni ulterjuri fir-rigward l-ilment ta’ rwejjaħ persistenti fi Triq Santa Ubaldesca Raħal Ġdid?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid li f’dawn l-aħħar xhur ma rċieva l-ebda rapport ta’ rwejjaħ fl-akkwati msemmija għaldaqstant ma nħassitx il-ħtieġa li jkun hemm investigazzjoni.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19072 u jgħid x’inhuma t-titoli tal-kotba li ġew mogħtija lill-istudenti reċentement kemm bil-Malti u kemm bl-Ingliż?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista ta’ kotba li ngħataw lill-istudenti individwalment fil-klassijiet u fil-librerji tal-iskejjel bejn Jannar u April ta’ din is-sena qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.