Legislature:
Category:
Reset
Active:

Raħal Ġdid — Sussidji fuq kirjiet li saru qabel l-1995 u wara

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni residenti Raħal Ġdid li matul is-sena 2023 ibbenefikaw mis-sussidju fuq kirjiet li saru qabel l-1995 u wara, u jgħid kemm kienet l-ispiża? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm persuni li rrikorrew għall-assistenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin f’dan il-proċess?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma l-Onor. Interpellant li fis-sena 2023, f’Raħal Ġdid kien hemm 67 benefiċjarju li bbenifikaw mis-sussidju fuq kirjiet li saru qabel l-1995 b’spejjeż totali ta' €233,087, u 64 benefiċjarju li bbenifika mis-sussidju fuq kirjiet li saru wara l-1995 b’spejjeż totali ta' €228,933, filwaqt li kien hemm każ wieħed ta' żgumbrament.

Il-Fgura — Sussidji fuq kirjiet li saru qabel l-1995 u wara

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni residenti l-Fgura li matul is-sena 2023 ibbenefikaw mis-sussidju fuq kirjiet li saru qabel l-1995 u wara u jgħid kemm kienet l-ispiża? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm persuni li rrikorrew għall-assistenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin f’dan il-proċess?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma l-Onor. Interpellant li fis-sena 2023, fil-Fgura kien hemm 30 benefiċjarju li bbenifikaw mis-sussidju fuq kirjiet li saru qabel l-1995 b’spejjeż totali ta' €233,087, u 73 benefiċjarju li bbenifika mis-sussidju fuq kirjiet li saru wara l-1995 b’spejjeż totali ta' €265.490, filwaqt li kien hemm każ wieħed ta' żgumbrament.

Bormla — Sussidji fuq kirjiet li saru qabel l-1995 u wara

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni residenti Bormla li matul is-sena 2023 ibbenefikaw mis-sussidju fuq kirjiet li saru qabel l-1995 u wara u jgħid kemm kienet l-ispiża? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm persuni li rrikorrew għall-assistenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin f’dan il-proċess?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma l-Onor. Interpellant li fis-sena 2023, f’Bormla kien hemm 34 benefiċjarju li bbenifikaw mis-sussidju fuq kirjiet li saru qabel l-1995 b’spejjeż totali ta' €142,900, u 32 benefiċjarju li bbenifika mis-sussidju fuq kirjiet li saru wara l-1995 b’spejjeż totali ta' €81,376, filwaqt li kien hemm każ wieħed ta' żgumbrament.

Il-Gudja — Sussidji fuq kirjiet li saru qabel l-1995 u wara

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni residenti l-Gudja li matul is-sena 2023 ibbenefikaw mis-sussidju fuq kirjiet li saru qabel l-1995 u wara u jgħid kemm kienet l-ispiża? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm persuni li rrikorrew għall-assistenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin f’dan il-proċess?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma l-Onor. Interpellant li fis-sena 2023, fil-Gudja kien hemm 7 benefiċjarji li bbenifikaw mis-sussidju fuq kirjiet li saru qabel l-1995 bi spejjeż totali ta’ €38,407.01, u 16-il benefiċjarju li bbenifika mis-sussidju fuq kirjiet li saru wara l-1995 bi spejjeż totali ta’ €58,636.80, filwaqt li kien hemm każ wieħed ta’ żgumbrament.

Santa Luċija — In-Work Benefit u benefiċċji soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li matul is-sena 2023 ibbenefikaw mill-In-Work Benefit f’Santa Luċija u kemm irċevew komplessivament f’benefiċċji soċjali?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.

Santa Luċija — Sussidji fuq kirjiet li saru qabel l-1995 u wara

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni residenti f’Santa Luċija li matul is-sena 2023 ibbenefikaw mis-sussidju fuq kirjiet li saru qabel l-1995 u wara u jgħid kemm kienet l-ispiża? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm persuni li rrikorrew għall-assistenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin f’dan il-proċess?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma l-Onor. Interpellant li fis-sena 2023, f’Santa Luċija kien hemm benefiċjarju 1 li bbenifika mis-sussidju fuq kirjiet li saru qabel l-1995 bi spejjeż totali ta’ €3,421.18, u 2 benefiċjarji li bbenifikaw mis-sussidju fuq kirjiet li saru wara l-1995 bi spejjeż totali ta’ €9,563.96, filwaqt li ma kien hemm l-ebda każ ta żgumbrament.

Ħal Tarxien — In-Work Benefit u benefiċċji soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li matul is-sena 2023 ibbenefikaw mill-In-Work Benefit f’Ħal Tarxien u kemm irċevew komplessivament f’benefiċċji soċjali?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.

Ħal Tarxien — Sussidji fuq kirjiet li saru qabel l-1995 u wara

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni residenti Ħal Tarxien li matul is-sena 2023 ibbenefikaw mis-sussidju fuq kirjiet li saru qabel l-1995 u wara u jgħid kemm kienet l-ispiża? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm persuni li rrikorrew għall-assistenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin f’dan il-proċess?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma l-Onor. Interpellant li fis-sena 2023, f’Ħal Tarxien kien hemm 38 benefiċjarju li bbenifika mis-sussidju fuq kirjiet li saru qabel l-1995 bi spejjeż totali ta’ €155,987, u 40 benefiċjarju li bbenifika mis-sussidju fuq kirjiet li saru wara l-1995 bi spejjeż totali ta’ €138,447, filwaqt li ma kien hemm l-ebda każ ta’ żgumbrament.

Wied il-Għajn — In-Work Benefit u benefiċċji soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li matul is-sena 2023 ibbenefikaw mill-In-Work Benefit f’Wied il-Għajn u kemm irċevew komplessivament f’benefiċċji soċjali?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2023 kien hemm 897 benefiċċjarju tal-In Work Benefit residenti f’Wied il-Għajn. Flimkien mal-In Work Benefit, il-benefiċċjarji komplessivament rċevew dawn il-benefiċċji/allowances/pensjonijiet kif indikat fi tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Wied il-Għajn — Sussidji fuq kirjiet li saru qabel l-1995 u wara

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni residenti Wied il-Għajn li matul is-sena 2023 ibbenefikaw mis-sussidju fuq kirjiet li saru qabel l-1995 u wara u jgħid kemm kienet l-ispiża? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm persuni li rrikorrew għall-assistenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin f’dan il-proċess?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma l-Onor. Interpellant li fis-sena 2023, f'Wied il-Għajn kien hemm 216 benefiċjarju li bbenefikaw mis-sussidju fuq kirjiet li saru wara l-1995, bi spejjeż totali ta' €802,333.80, filwaqt li ma kien hemm l-ebda każ ta' żgumbrament jew ta' persuni li rrikorrew għall-assistenza minħabba żgumbrament.

Ħal Għaxaq — In-Work Benefit u benefiċċji soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li matul is-sena 2023 ibbenefikaw mill-In-Work Benefit f’Ħal Għaxaq u kemm irċevew komplessivament f’benefiċċji soċjali?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi matul is-sena 2023 kien hemm 402 benefiċċjarju tal-In Work Benefit residenti f’Ħal Għaxaq. Flimkien mal-In Work Benefit, il-benefiċċjarji komplessivament rċevew dawn il- benefiċċji/allowances/pensjonijiet kif indikat fi tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ħal Għaxaq — Sussidji fuq kirjiet li saru qabel l-1995 u wara

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni residenti Ħal Għaxaq li matul is-sena 2023 ibbenefikaw mis-sussidju fuq kirjiet li saru qabel l-1995 u wara u jgħid kemm kienet l-ispiża? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm persuni li rrikorrew għall-assistenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin f’dan il-proċess?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma l-Onor. Interpellant li fis-sena 2023, f'Ħal Għaxaq kien hemm 23 benefiċjarju li bbenefikaw mis-sussidju fuq kirjiet li saru qabel l-1995 bi spejjeż totali ta' €87,681.23 u 47 benefiċjarju li bbenefikaw mis-sussidju fuq kirjiet li saru wara l-1995 bi spejjeż totali ta' €175,533.15, filwaqt li ma kien hemm l-ebda każ ta' żgumbrament jew ta' persuni li rrikorrew għall-assistenza minħabba żgumbrament.

Marsaxlokk — In-Work Benefit u benefiċċji soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li matul is-sena 2023 ibbenefikaw mill-In-Work Benefit f’Marsaxlokk u kemm irċevew komplessivament f’benefiċċji soċjali?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2023 kien hemm 218 -il benefiċċjarju tal-In Work Benefit residenti Marsaxlokk. Flimkien mal-In Work Benefit, il-benefiċċjarji komplessivament rċevew dawn il- benefiċċji/allowances/ pensjonijiet kif indikat fi tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Marsaxlokk — Sussidji fuq kirjiet li saru qabel l-1995 u wara

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni residenti Marsaxlokk li matul is-sena 2023 ibbenefikaw mis-sussidju fuq kirjiet li saru qabel l-1995 u wara u jgħid kemm kienet l-ispiża? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm persuni li rrikorrew għall-assistenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin f’dan il-proċess?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma l-Onor. Interpellant li fis-sena 2023, f'Marsaxlokk kien hemm 2 benefiċjarji li bbenefikaw mis-sussidju fuq kirjiet li saru qabel l-1995 bi spejjeż totali ta' €5,474.70 u 8 benefiċjarji li bbenefikaw mis-sussidju fuq kirjiet li saru wara l-1995 bi spejjeż totali ta' €31,708.04, filwaqt li kien hemm każ wieħed ta' żgumbrament.

Iż-Żejtun — Misraħ Karmnu Grima - Xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 2318 u 7946, jista’ l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol neċessarju fuq Misraħ Karmnu Grima, iż-Żejtun?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta għaddejja jew ser twettaq ħidma infrastrutturali f’toroq li l-Kunsilli Lokali ressqu ’l quddiem biex isiru xogħlijiet fihom. Minkejja li t-triq imsemmija ma ġietx nominata biex isiru xogħlijiet fiha, nibqgħu kommessi li nkomplu nsaħħu l-infrastruttura tal-pajjiż, bil-komunitajiet jibqgħu fiċ-ċentru ta’ ħidmietna.

Iż-Żejtun — Latrina

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11116, jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa biex saret il-latrina fis-Suq taż-Żejtun kif ukoll biex tiġi mantnuta sewwa?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Iż-Żejtun — Restawr tas-Salib

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11110, jista’ l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa u kemm ħa ħin biex jitlesta r-restawr tas-Salib fiż-Żejtun?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali taż-Żejtun li r-restawr tas-Salib fiż-Żejtun ġie jiswa €13,225 u dam madwar sitt xhur biex jitlesta.