Korrimenti fuq il-post tax-xogħol — benefiċċju - applikazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19378 u jgħid kemm kien hemm persuni li minn Jannar 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, li applikaw sabiex jibdew jirċievu l-benefiċċju relattiv fir-rigward korrimenti fuq il-post tax-xogħol?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn Jannar 2024 sakemm qed tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kien hemm 891 applikazzjoni għall-benefiċċju relatat mal-korriment fuq il-post tax-xogħol.
Rapport tal-Ombudsman — Vetturi abbord bastimenti tal-Gozo Channel
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu fir-rigward tar-rapport tal-Ombudsman ippreżentat fl-20 ta’ Novembru 2023 fir-rigward ta’ vetturi abbord il-bastimenti tal-Gozo Channel?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Rapport tal-Ombudsman — Vetturi abbord bastimenti tal-Gozo Channel
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu fir-rigward tar-rapport tal-Ombudsman ippreżentat fl-20 ta’ Novembru 2023 fir-rigward ta’ vetturi abbord il-bastimenti tal-Gozo Channel?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Il-Belt Valletta – Pjan għall-kontroll tat-traffiku fix-xatt fejn isorġu l-cruise liners
Question
Jista’ l-Ministru jara li jittieħdu passi biex isir pjan aħjar għall-kontroll tat-traffiku fix-xatt meta jsorġu l-cruise liners, in vista tal-volum kbir ta’ traffiku li jiġi ġġenerat u li jkollu effett fuq l-akkwati?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità għat-Trasport f’Malta ħadet nota ta’ din il-mistoqsija parlamentari u qed isiru diskussjonijiet mit-Traffic Management Committee f’dan ir-rigward.
Il-Belt Valletta – Pjan għall-kontroll tat-traffiku fix-xatt fejn isorġu l-cruise liners
Question
Jista’ l-Ministru jara li jittieħdu passi biex isir pjan aħjar għall-kontroll tat-traffiku fix-xatt meta jsorġu l-cruise liners, in vista tal-volum kbir ta’ traffiku li jiġi ġġenerat u li jkollu effett fuq l-akkwati?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob l-Onor. Interpellant iressaq din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Raħal Ġdid — Triq il-Perit Mintoff - Pjan għall-kontroll tat-traffiku
Question
Jista’ l-Ministru jara li jittieħdu passi biex isir pjan aħjar għall-kontroll tat-traffiku kull nhar ta’ Ġimgħa bejn il-11.00 a.m u t-3.00.p.m fil-parti ta’ fuq ta’ dik li kienet Triq Korradin li llum hija Triq il-Perit Mintoff, Raħal Ġdid, int u ħiereġ minn Għajn Dwieli?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fl-inħawi msemmija l-Awtorità għat-Trasport f’Malta qiegħda tipprovdi Uffiċjali tal-Infurzar kuljum fil-ħinijiet meqjusa bħala ‘peak hours’.
Il-Fgura — Triq bejn Triq il-Foss u Triq Kottoner - Xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se jerġa’ jsir xogħol fit-triq bejn Triq il-Foss u Triq Kottoner fil-Fgura, in vista tal-fatt li reċentement din it-triq kienet saret mill-ġdid? Jekk iva, jista’ jgħid kemm se ddum magħluqa peress li din it-triq tintuża ħafna?
Response (BONETT, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jindika għal liema triq qed jirreferi.
Il-Fgura — Triq bejn Triq il-Foss u Triq Kottoner - Xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se jerġa’ jsir xogħol fit-triq bejn Triq il-Foss u Triq Kottoner fil-Fgura, in vista tal-fatt li reċentement din it-triq kienet saret mill-ġdid? Jekk iva, jista’ jgħid kemm se ddum magħluqa peress li din it-triq tintuża ħafna?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Il-Fgura — Triq bejn Triq il-Foss u Triq Kottoner - Xogħlijiet
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hux se jerġa’ jsir xogħol fit-triq bejn Triq il-Foss u Triq Kottoner fil-Fgura, in vista tal-fatt li reċentement din it-triq kienet saret mill-ġdid? Jekk iva, tista’ tgħid kemm se ddum magħluqa peress li din it-triq tintuża ħafna?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħala parti mill-proġett biex jiġi estiż in-netwerk tan-New Water fin-nofsinhar ta’ Malta biex il-bdiewa jkunu moqdijin aħjar, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għaddejja b’xogħlijiet fi Triq il-Foss li jestendu sa Triq id-Dejma. Ix-xogħol huwa mmirat li jitlesta lejn l-aħħar tat-tielet kwart tas-sena u dan qed isir f’fażijiet biex jippermetti li partijiet mit-toroq ikunu miftuħin waqt li jkun għaddej ix-xogħol f’partijiet oħra. Dwar xogħlijiet fi Vjal il-Kottoner nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru konċernat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19375 u jgħid kemm kien hemm persuni li qed jirċievu l-benefiċċju relattiv fir-rigward korrimenti fuq il-post tax-xogħol fl-aħħar ta’ Diċembru 2023?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant, sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat lill-mistoqsija parlamentari 19375.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19376 u jgħid kemm kien hemm persuni li tul is-sena 2023 bdew jirċievu l-benefiċċju relattiv fir-rigward korrimenti fuq il-post tax-xogħol?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2023 kien hemm 1393 persuna li rċevew il-benefiċċju tal-korriment matul is-sena 2023.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19377 u jgħid kemm kien hemm persuni li tul dawn l-ewwel erba’ xhur tas-sena 2024 bdew jirċievu l-benefiċċju relattiv fir-rigward korrimenti fuq il-post tax-xogħol?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul l-ewwel erba’ xhur tas-sena 2024 kien hemm 534 persuna li bdew jirċievu l-benefiċċju relatat mal-korriment fuq is-xogħol.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19362, jista’ l-Ministru jagħti l-isem tal-awturi tal-kotba li ġew mogħtija lill-istudenti reċentement u kif ġie deċiż mill-Ministeru li jintgħażlu dawn il-kotba u mhux oħra?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ kotba bl-Ingliż li ngħataw lill-istudenti bejn Jannar u April ta’ din is-sena.
Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant ukoll li l-lista ta’ awturi kemm tal-kotba bl-Ingliż u kif ukoll bil-Malti qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
SportMalta u l-Kuntrattur tax-Shooting Range — Ftehim
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 19071 u 19363 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18518, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti kollha rilevanti tal-ftehim bejn SportMalta u l-kuntrattur tax-Shooting Range, billi dawn ma kenux kompleti?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dokumenti relatati mal-proġett qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19365 u jgħid liema kienu l-kuntratturi kollha li ħadmu u għadhom jaħdmu fuq il-binja tal-grawnd tal-Futbol tan-Naxxar? Jista’ jgħid kif ġew ġudikati kif ukoll jindika min huwa nkarigat sabiex il-proġett jiġi sorveljat u b’liema proċess ġew magħżula?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kuntrattur li qiegħed iwettaq il-proġett imsemmi hu Bonnici Bros Services Ltd. Dan intgħażel permezz tal-proċess ta’ xiri pubbliku stabbilit jiġifieri b’tender. Il-proġett qed ikun issorveljat mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada li hi responsabbli mit-twettieq tiegħu.
Raħal Ġdid — Triq bejn Triq Kordin u Triq it-Telgħa ta’ Ras Ħanżir - Xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se jsir xogħol fit-triq bejn Triq Kordin u Triq it-Telgħa ta’ Ras Ħanżir, f’Raħal Ġdid? Jekk iva, jista’ jgħid kemm se ddum magħluqa peress li din it-triq tintuża ħafna?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fi’ Triq l-Isqof Buhagiar, bejn Triq Kordin u Triq it-Telgħa ta’ Ras Ħanżir, Raħal Gdid ġew konklużi. Ix-xogħlijiet kienu jinkludu bdil tal-main tal-ilma, bdil tal-medda tad-drenaġġ, bini mill-ġdid tal-bankini u gutters, u bini mill-ġdid tat-triq, xogħlijiet t’asfalt, żebgħa u tabelli.
Raħal Ġdid — Triq bejn Triq Kordin u Triq it-Telgħa ta’ Ras Ħanżir - Xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se jsir xogħol fit-triq bejn Triq Kordin u Triq it-Telgħa ta’ Ras Ħanżir, f’Raħal Ġdid? Jekk iva, jista’ jgħid kemm se ddum magħluqa peress li din it-triq tintuża ħafna?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid li x-xogħlijiet fi Triq l-Isqof Buhagiar tlestew kif ippjanat.
Raħal Ġdid — Triq bejn Triq Kordin u Triq it-Telgħa ta’ Ras Ħanżir - Xogħlijiet
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hux se jsir xogħol fit-triq bejn Triq Kordin u Triq it-Telgħa ta’ Ras Ħanżir, f’Raħal Ġdid? Jekk iva, tista’ tgħid kemm se ddum magħluqa peress li din it-triq tintuża ħafna?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir s'issa m'għandhomx ippjanat li jsiru xogħlijiet fiż-żona indikata.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li qed jirċievu l-benefiċċju relattiv fir-rigward korrimenti fuq il-post tax-xogħol fl-aħħar ta’ Diċembru 2023?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm 195 persuna li kienu qed jirċievu benefiċċju relatat mal-korriment fuq il-post tax-xogħol fl-aħħar ta’ Diċembru 2023.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li matul is-sena 2023 ibbenefikaw mill-In-Work Benefit f’Raħal Ġdid u kemm irċevew komplessivament f’benefiċċji soċjali?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.