Legislature:
Category:
Reset
Active:

Transport Malta – Uffiċjali għaż-żamma tal-ordni fit-traffiku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm uffiċjali fi ħdan Transport Malta li huma inkarigati sabiex iżommu l-ordni fit-traffiku permezz tal-mobilità tal-muturi?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità għat-Trasport f’Malta għandha sittax (16)-il uffiċjal li jaħdmu fis-sezzjoni tal-muturi.

Korp tal-Pulizija — Uffiċjali għaż-żamma tal-ordni fit-traffiku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm uffiċjali fi ħdan il-Korp tal-Pulizija li huma inkarigati sabiex iżommu l-ordni fit-traffiku permezz tal-mobilità tal-muturi?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi hemm erbgħa u tletin (34) uffiċjal tal-Pulizija li huma inkarigati sabiex iżommu l-ordni fit-traffiku permezz ta’ muturi. Kif jaf ben tajjeb l-Onor. Membru llum hemm ukoll entitajiet oħra li jagħmlu dan ix-xogħol primarjament Transport Malta u anke LESA.

LESA — Uffiċjali għaż-żamma tal-ordni fit-traffiku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm uffiċjali fi ħdan il-LESA li huma inkarigati sabiex iżommu l-ordni fit-traffiku permezz tal-mobilità tal-muturi?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Kif jaf l-Onor. Interpellant illum hija Transport Malta li ħadet r-responsabbiltà ewlenija ta’ immaniġjar tat-traffiku, anke permezz tal-uffiċjali tagħha. Ninsab infurmat ukoll li l-Uffiċjali tal-Komunita fi ħdan l-Aġenzija LESA, jużaw kemm vetturi, kif ukoll muturi, sabiex jgħinu fiż-żamma tal-ordni fit-traffiku. Dawn jikkumplimentaw dawk il-persuni li jkunu assenjati doveri bil-pass. B’mod ġenerali, l-awtorità għandha 30 uffiċjal li jaħdmu fuq it-30 mutur li għandha l-awtorità.

Korrimenti fuq il-post tax-xogħol — benefiċċju - applikazzjonijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19937, jista’ l-Ministru jgħid kemm mit-891 talba sottomessa għall-benefiċċju relatat mal-korriment fuq il-post tax-xogħol, ġew milqugħa sal-aħħar ta’ Awwissu? Jista’ jgħid ukoll kemm żdiedu l-applikazzjonijiet relattivi sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mit-891 applikazzjoni sottomessa għall-benefiċċju relatat mal-korriment fuq il-post tax-xogħol kien hemm: - 636 każ li tħallsu - 233 każ li ma kinux milqugħa - 22 każ li għadom pendenti. Kien hemm 803 applikazzjonijiet ġodda sakemm qed titħejja din it-tweġiba.

Ħal Tarxien — In-Work Benefit u benefiċċji soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19785 u jgħid kemm kien hemm persuni li matul is-sena 2023 ibbenefikaw mill-In-Work Benefit f’Ħal Tarxien u kemm irċevew komplessivament f’benefiċċji soċjali?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi matul is-sena 2023 kien hemm 609 benefiċċjarju tal-In Work Benefit residenti f’Ħal Tarxien. Flimkien mal-In Work Benefit, il-benefiċċjarji komplessivament rċevew dawn il-benefiċċji/allowances/pensjonijiet elenkati fit-tabella ta’ hawn taħt. Benefiċċji / Pensjonijiet Benefiċċjarji 2023 Benfiċċju Addizzjonali għall-Ogħli tal-Ħajja 164 Allowance għat-Tfal 451 Bonus għat-Twelid 2 Assistenzagħal Diżabilità 3 Allowance għal Tfal b’Diżabilità 27 Pensjoni għal Korriment 1 Pensjoni tar-Romol 2 Foster Child Allowance 1 Benefiċċju għal Korriment fuq ix-Xogħol 7 Pensjoni Kontributorja 1 Maternity Leave Benefit 3 Marriage Grant 5 Benefiċċju għal Mard 109

Landscape Convention — Proċess ta’ ratifika

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19660 u dawk preċedenti, tista’ l-Ministru tgħid f’liema stadju wasal il-proċess ta’ ratifika tal-Landscape Convention?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess ta’ ratifikazzjoni ta’ din il-Konvenzjoni għadu għaddej.

Santa Luċija — In-Work Benefit u benefiċċji soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19783 u jgħid kemm kien hemm persuni li matul is-sena 2023 ibbenefikaw mill-In-Work Benefit f’Santa Luċija u kemm irċevew komplessivament f’benefiċċji soċjali?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, matul is-sena 2023 kien hemm 108 benefiċċjarju tal-In Work Benefit residenti f’Santa Luċija. Flimkien mal-In Work Benefit, dawn il-benefiċċjarji komplessivament rċevew dawn il-benefiċċji/allowances/pensjonijiet elenkati fit-tabella ta’ hawn taħt. Benefiċċji / Pensjonijiet Benefiċċjarji 2023 Benfiċċju Addizzjonali għall-Ogħli tal-Ħajja 28 Allowance għat-Tfal 76 Allowance għal Tfal b’Diżabilità 6 Benefiċċju għal Korriment fuq ix-Xogħol 3 Pensjoni Kontributorja 1 Marriage Grant 1 Benefiċċju għal Mard 17 Assistenza għal Diżabilità 3

Il-Kalkara — Triq Santu Rokku - Zebra crossings

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19656, jista’ l-Ministru jara li sakemm isir l-upgrade minnu indikat fil-bidu ta’ Triq Santu Rokku, il-Kalkara min-naħa tal-Kunvent tal-Kapuċċini, isiru dawn iż-żewġ zebra crossings sabiex inaqqsu l-periklu għall-pubbliku?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Kunvent tal-Kapuċċini, immarkat bil-blu hawn fid-dokument li qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, huwa mdawwar bit-toroq Santa Liberata, Ġużeppi Valerju Abela u Kapuċċini. Triq Santu Rokku, immarkata bl-aħmar, ma tmissx mal-Kunvent tal-Kapuċċini. Għaldaqstant, l-Onor. Interpellant huwa mitlub juri eżatt fejn qiegħed jissuġġerixxi li jsiru ż-żewġ zebra crossings sabiex l-Awtorità għat-Trasport tkun tista’ tevalwa din it-talba.

Il-Gudja — In-Work Benefit u benefiċċji soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19781 u jgħid kemm kien hemm persuni li matul is-sena 2023 ibbenefikaw mill-In-Work Benefit fil-Gudja u kemm irċevew komplessivament f’benefiċċji soċjali?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, matul is-sena 2023 kien hemm 158-il benefiċċjarju tal-In Work Benefit residenti il-Gudja. Flimkien mal-In Work Benefit, il-benefiċċjarji komplessivament rċevew dawn il-benefiċċji/allowances/pensjonijiet elenkati fit-tabella ta’ hawn taħt. Benefiċċji / Pensjonijiet Benefiċċjarji 2023 Benfiċċju Addizzjonali għall-Ogħli tal-Ħajja 27 Allowance għat-Tfal 122 Bonus għat-Twelid 2 Carers Grant 0 Allowance għal Tfal b’Diżabilità 6 Pensjoni għal Korriment 1 Pensjoni tar-Romol 3 Benefiċċju għal Korriment fuq ix-Xogħol 2 Maternity Leave Benefit 2 Pensjoni tal-Invalidita 1 Benefiċċju għal Mard 26 Assistenza għal Diżabilità 1

Bormla — In-Work Benefit u benefiċċji soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19791 u jgħid kemm kien hemm persuni li matul is-sena 2023 ibbenefikaw mill-In-Work Benefit f’Bormla u kemm irċevew komplessivament f’benefiċċji soċjali?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, matul l-2023 kien hemm 193-il benefiċċjarju tal-In Work Benefit residenti Bormla. Flimkien mal-In Work Benefit, il-benefiċċjarji komplessivament rċevew dawn il-benefiċċji/allowances/pensjonijiet elenkati fit-tabella ta’ hawn taħt. Benefiċċji Socjali/Pensjonijiet Benefiċċjarji 2023 Benfiċċju Addizzonali għall-Ogħli tal-Ħajja 65 Allowance għat-Tfal 140 Bonus għat-Twelid 3 Allowance għal Tfal b’Diżabilità 4 Pensjoni tar-Romol 1 Foster child Allowance 1 Benefiċċju għal Korriment 6 Maternity Leave Benefit / Maternity Benefit 3 Marriage Grant 2 Pensjoni Kontributorja 3 Benefiċċju tal-Mard 31 Assistenza għal Diżabilità Severa 3

Il-Belt Valletta — Pjan għall-kontroll tat-traffiku fix-xatt fejn isorġu l-cruise liners

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20085, jista’ l-Ministru jgħid x’passi ulterjuri ttieħdu fir-rigward tal-pjan aħjar għall-kontroll tat-traffiku fix-xatt meta jsorġu l-cruise liners, in vista tal-volum kbir ta’ traffiku li jiġi ġġenerat u li jkollu effett fuq l-akkwati?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni qed tinġabar.

Il-Furjana — Triq Ġnien Dante Alighieri

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19659 u dawk preċedenti dwar Ġnien Dante Alighieri fil-Furjana, jista’ l-Ministru jgħid jekk ittiħdux il-passi neċessarji u mitluba sabiex jinżamm fi stat aħjar? Jista’ wkoll jara li dan il-ġnien jibda jinfetaħ għall-pubbliku?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Furjana li kif indikat f’PQ 19659 sar it-tindif, il-ħrit tal-konki madwar is-siġar u t-tisqija tal-ġnien u dan qed jinżamm b’mod regolari. Il-kuntrattur ingħata wkoll struzzjonijiet biex issir żabra u l-ġbir tal-frott meta jkun l-aktar żmien ideali. Wara li ntemm is-servizz tal-konsorzju ELC, il-Kunsill qiegħed jieħu ħsieb dan il-ġnien li qed jinfetaħ skont t-talbiet li jsiru.

Il-Fgura — In-Work Benefit u benefiċċji soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19789 u jgħid kemm kien hemm persuni li matul is-sena 2023 ibbenefikaw mill-In-Work Benefit fil-Fgura u kemm irċevew komplessivament f’benefiċċji soċjali?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, matul is-sena 2023 kien hemm 864 benefiċċjarju tal-In Work Benefit residenti l-Fgura. Flimkien mal-In Work Benefit, il-benefiċċjarji komplessivament rċevew dawn il-benefiċċji/allowances/pensjonijiet elenkati fit-tabella ta’ hawn taħt. Benefiċċji Socjali/Pensjonijiet Benefiċċjarji 2023 Benfiċċju Addizzonali għall-Ogħli tal-Ħajja 216 Assistenza għal Persuni b’Vista Batuta 1 Allowance għat-Tfal 637 Bonus għat-Twelid 5 Assistenza għal Diżabilità 5 Allowance għal Tfal b’Diżabilità 47 Pensjoni tar-Romol 4 Foster child Allowance 1 Benefiċċju għal Korriment 12 Maternity Leave Benefit 6 Marriage Grant 12 Pensjoni Kontributorja 13 Benefiċċju tal-Mard 114 Assistenza għal Diżabilità Severa 9

Raħal Ġdid — In-Work Benefit u benefiċċji soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19787 u jgħid kemm kien hemm persuni li matul is-sena 2023 ibbenefikaw mill-In-Work Benefit f’Raħal Ġdid u kemm irċevew komplessivament f’benefiċċji soċjali?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, matul is-sena 2023 kien hemm 475 benefiċċjarju tal-In Work Benefit residenti Raħal Ġdid. Flimkien mal-In Work Benefit, il-benefiċċjarji komplessivament rċevew dawn il-benefiċċji/allowances/pensjonijiet elenkati fit-tabella ta’ hawn taħt. Benefiċċji Socjali/Pensjonijiet Benefiċċjarji 2023 Benfiċċju Addizzonali għall-Ogħli tal-Ħajja 118 Assistenza għal Persuni b’Vista Batuta 1 Allowance għat-Tfal 338 Bonus għat-Twelid 1 Carers Grant 1 Allowance għal Tfal b’Diżabilità 29 Pensjoni tar-Romol 7 Benefiċċju għal Korriment 6 Maternity Benefit 2 Marriage Grant 5 Pensjoni Kontributorja 7 Benefiċċju tal-Mard 76 Assistenza għal Diżabilità Severa 6

Raħal Ġdid – Tneħħija ta’ siġra li qiegħda tagħmel ħsara lil proprjetà

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19663 u għad-diversi mistoqsijiet oħra preċedenti, jista’ l-Ministru jara li s-siġra li hemm fuq wara tal-proprjetà li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, tiġi effettivament imneħħija kif ingħad fl-istess tweġiba?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid li kif diġà indikat din is-siġra qed tkompli tinżabar sabiex tkun kontrollata.

Paola Hub — Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex jinsabu x-xogħlijiet f’Paola Hub u meta mistenni li jinfetaħ?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Kif ċert li jaf l-Onor. Interpellant, il-kuntratt bejn il-kuntrattur u l-FMS ġie terminat minħabba li l-kuntrattur ma onorax l-obbligi kuntratwali li għandu. Malli jkunu kemm żviluppi ġodda, dawn jitħabbru.

Paola Hub – Ħsejjes tal-makkinarju tal-Air Conditioning

Question

Jista’ l-Ministru jara li jkun hemm attenzjoni sabiex il-ħoss tal-makkinarju tal-air conditioning li hemm f’Paola Hub jiġi kkontrollat billi qiegħed idejjaq u jagħti fastidju lill-ġirien?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Raħal Ġdid — Triq l-Isqof Buhagiar - Bankina

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18516, jista’ l-Ministru jara li l-bankina temporanja li kien hemm fi Triq l-Isqof Buhagiar, f’Raħal Ġdid issir mill-ġdid sabiex il-persuni li jgħixu hemm, ikunu jistgħu jgħaddu mingħajr periklu?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fi Triq l-Isqof Buhagiar hemm bankina aċċessibbli fuq kull naħa fejn hemm propjetajiet abitabbli. Fil-parti fejn hemm ħajt ta’ sit privat sporġut ’il barra mil-linja tat-triq hemm ‘pedestrian crossing’ li tagħti aċċessibiltà għall-persuni biex jużaw il-bankina ta’ faċċata mingħajr periklu.

Raħal Ġdid — Triq l-Isqof Buhagiar - Bankina

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18517, jista’ l-Ministru jara li l-bankina temporanja li kien hemm fi Triq l-Isqof Buhagiar, f’Raħal Ġdid issir mill-ġdid sabiex il-persuni li jgħixu hemm, ikunu jistgħu jgħaddu mingħajr periklu?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid li x-xogħol fl-imsemmija triq ilu li tlesta għal diversi ġimgħat. Il-parti tal-bankina li saret referenza għaliha tinsab quddiem żvilupp li qed isir fl-istess triq u li jekk terġa' ssir kif kienet qabel beda x-xogħol, tkun ta’ periklu għas-sewwieqa u kien propju għalhekk illi ma saritx. Ftit 'l isfel hemm zebra crossing li tagħmel l-aċċess min-naħa għal-oħra tat-triq iktar sigur.