B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19667, jista’ l-Ministru jelenka x-xogħol kollu ta’ restawr ta’ kotba li qegħdin isiru mill-entitajiet kollha fid-dekasteru rispettiv?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-laboratorju tar-restawr fl-arkivji nazzjonali li jieħu ħsieb il-konservazzjoni ta’ dokumenti varji, li jinkludu ritratti u dokumenti oħra fuq karta, ħafna minn dawn m'humiex f’forma ta’ volumi allura ma jikklassifikawx bħala kotba li dwarhom qed jistaqsi l-Onorevoli interpellant.
Din is-sena tlestew l-konservazzjoni ta’ 50 dokument/kollezzjoni. Dawn jinkludu kollezjonijiet tar-ritratti u dokumenti li ġew l-arkivji bħala donnazzjonijiet minn nies/studios privati; albums tar-ritratti; applikazzjonijiet għall-passaporti; disinji; mapep u dokumenti oħra.
Ninsab infurmat ukoll li Heritage Malta f’dan il-perjodu msemmi mhux tagħmel restawr speċifikament fuq kotba u kompliet tagħmel restawr fuq oġġetti oħra magħmula mill-karta.
Raħal Ġdid — Żona ta’ Sant’Ubaldesca - Rapporti ta’ rwejjaħ jintnu
Question
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari preċedenti, jista’ l-Ministru jgħid x’rapporti daħlu u x’passi ttieħdu fir-rigward tal-irwejjaħ jintnu li konsistentement inxtammu matul is-sajf fiż-żona ta’ Sant’Ubaldesca u fit-toroq ta’ wara sa Triq Brittanja, f’Raħal Ġdid?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li d-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali ma rċieva l-ebda lmenti f’dan ir-rigward iżda peress li saru diversi mistoqsijiet parlamentari dwar it-toroq imsemmija u anke f’toroq oħra fil-viċinanzi dwar irwejjaħ jintnu, diversi uffiċċjali għas-saħħa ambjentali wettqu spezzjonijiet fi ġranet u ħinijiet differenti. L-aħħar żewġ spezzonijiet saru fl-20 ta’ Settembru u fit-23 ta’ Settembru iżda dan l-ilment qatt ma ġie kkonfermat peress li ma nxtammet l-ebda riħa u għalhekk ma jistgħu jittieħdu l-ebda passi.
Ikun opportun jekk il-persuna/i li għandhom dan l-ilment jagħmlu kuntatt mad-Direttorat sabiex possibilment b’mod kunfidenzjali tingħata aktar informazzjoni speċifika dwar dan l-ilment.
Raħal Ġdid — Żona ta Sant’Ubaldesca - Rapporti ta’ rwejjaħ jintnu
Question
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari preċedenti, jista’ l-Ministru jgħid x’rapporti daħlu u x’passi ttieħdu fir-rigward tal-irwejjaħ jintnu, li konsistentement inxtammu matul is-sajf fiż-żona ta’ Sant’Ubaldesca u fit-toroq ta’ wara sa Triq Brittanja, f’Raħal Ġdid?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Raħal Ġdid — Żona ta Sant’Ubaldesca - Rapporti ta’ rwejjaħ jintnu
Question
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari preċedenti, tista’ l-Ministru tgħid x’rapporti daħlu u x’passi ttieħdu fir-rigward tal-irwejjaħ jintnu li konsistentement inxtammu matul is-sajf fiż-żona ta’ Sant’Ubaldesca u fit-toroq ta’ wara sa Triq Brittanja, f’Raħal Ġdid?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) irċeviet żewġ ilmenti li jikkorrispondu mal-akwati msemmija f’Raħal Ġdid. L-ilmenti daħlu fit-18 t’Awwissu 2024 u fit-2 ta’ Settembru 2024.
Fl-ewwel każ, is-sors tar-riħa ġie attribwit għal ħsarat żgħar fil-Malta Thermal Treatment Facility li kkawżaw xi rwejjaħ fil-viċinanzi. Dawn ġew rimedjati mill-operatur. Fit-tieni każ, wara investigazzjoni li saret mill-ERA, irriżulta li s-sors tar-riħa kien ġej minn proċess fejn materjal organiku (ħut) kien qed ikun trasferit minn ġo reefers fejn kien maħżun ġo post tal-privat għal post ieħor.
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet saru fi Triq San Klement, iż-Żejtun, kemm dam isir u kemm kienet l-ispiża relattiva?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fi Triq San Klement kienu jikkonsistu fi tħaffir ta’ trinek, tqegħid ta’ cables tal-Enemalta (Low Voltage) u xogħol t’asfalt. Il-ħidma f’dan il-proġett sar fi sforz kordinat waqt Ii kienu għaddejjin xogħlijiet oħra fil-madwar. Il-ħidma f’din it-triq bdiet fid-19 t’Awwissu ta’ din is-sena u ntemmu fid-19 ta’ Settembru b’investiment totali ta’ €44,000.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol preparatorju fir-rigward tal-eks Casino di Venezia huwiex lest u jekk le, kemm huwa previst li ser idum?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma l-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet preparatorji fuq it-tali sit għadhom għaddejjin u hemm diskussjonijiet ma’ entitajiet oħra tal-gvern fuq x-xogħlijiet oħra li se jibdew.
Ħal Tarxien — Triq tal-Barrani - Sistema tad-dħul u l-ħruġ tat-traffiku
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet qegħdin isiru preżentement fi Triq tal-Barrani fir-rigward tas-sistema tad-dħul u l-ħruġ tat-traffiku minn Ħal Tarxien?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta ħadmet fuq il-proġett ta’ riorganizzazzjoni taż-żona tal-Barrani, f’Ħal Tarxien, u Bulebel. Il-proġett tejjeb l-aċċess għall-vetturi ħerġin minn Ħal Tarxien lejn Birżebbuġa jew il-Fgura u Ħaż-Żabbar, ser ikun jista’ jsuq f’lane ġdida, bin-numru ta’ korsiji żdiedu minn tnejn għal tlieta.
Raħal Ġdid — Knisja ta’ Sant’Antnin - Restawr tal-Pjazza
Question
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju jinsab il-proġett sabiex il-pjazza ta’ quddiem il-Knisja ta’ Sant’Antnin, f’Raħal Ġdid tiġi restawrata u effettivament tissebbaħ? Jista’ jgħid ukoll kemm hi n-nefqa s’issa u meta huwa previst li jiġu finalizzati x-xogħlijiet?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol li qed iwettaq id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi quddiem il-Knisja ta’ Sant’Antnin f’Raħal Ġdid jikkonsisti fil-bdil taċ-cint li jdawwar iz-zuntier, inkluż is-sottobank, is-soprabank u l-balavostri maħdumin ġodda. In-nefqa totali mistennija li tkun ta’ madwar €44,000 u x-xogħol mistenni li jkun lest lejn l-aħħar ta’ din is-sena.
Ċentru tas-Saħħa Paola Hub – Impatt fuq it-traffiku
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarux diskussjonijiet mal-Ministeru tas-Saħħa fir-rigward tal-impatt li ċ-Ċentru tas-Saħħa Paola Hub ser ikollu fuq it-traffiku kif ukoll fir-rigward tal-parkeġġjar tar-residenti u dawk li jkollhom bżonn imorru hemm?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-Traffic Impact Assessment (TIA) fuq dan il-proġett huwa konkluż. Mill-informazzjoni li għandha l-Awtorità, skont il-konklużjonijiet tat-TIA, jidher li l-impatt fuq it-traffiku bl-implimentazzjoni tal-miżuri adegwati ser ikun minimu. Għaldaqstant, nifhmu li dan il-pjan qed jiġi ppreparat sabiex jiġi sottomess lill-Awtorità għall-assessjar neċessarju.
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju wasal ix-xogħol ta’ tibdil tal-ilqugħ tal-ħadid fix-Xatt tax-Xgħajra? Jista’ jgħid ukoll kemm sar xogħol s’issa, kemm hi n-nefqa u meta huwa previst li x-xogħol ikun finalizzat?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-lum, id-Direttorat tal-Manifattura u s-Servizzi fi ħdan id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi lesta 228 metru ta’ railings u għandu dan ix-xogħol pendenti: 16-il biċċa railing biex jiġu ggalvanizzati u wara li jsir it-tindif jingħataw il-powder coating, 60m lesti mit-tindif tal-iggalvanizzar u jmiss li jintbagħtu għall-powder coating, kif ukoll 66m oħra lesti biex jitwaħħlu. L-istima tal-ispiża totali ta’ dan ix-xogħol hi ta’ €32,366 (materjal, galvanizzar, powder coating u krejn).
Ir-railing tal-kumplament tax-xatt se jkun kopert b’tender li bħalissa qiegħda fi stadju ta’ evalwazzjoni. L-istima tal-ispiża totali tat-tender hi €171,350 u huwa pjanat li r-railing kollu, inkluż dak li hemm mas-service road, ikun lest fit-tieni kwart tas-sena 2025.
Ġnien il-Kottonera — Sistema aħjar ta’ drip irrigation
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk huwiex previst li jkun hemm sistema aħjar ta’ drip irrigation fi Ġnien il-Kottonera sabiex jissaqqew aħjar is-siġar u l-arbuxelli li hemm u senjatament is-siġar taż-żebbuġ li huma kważi abbandunati totalment?
Ġnien il-Kottonera — Sistema aħjar ta’ drip irrigation
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex previst li jkun hemm sistema aħjar ta’ drip irrigation fi Ġnien il-Kottonera sabiex jissaqqew aħjar is-siġar u l-arbuxelli li hemm u senjatament is-siġar taż-żebbuġ li huma kważi abbandunati totalment?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Ġnien il-Kottonera — Sistema aħjar ta’ drip irrigation
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex previst li jkun hemm sistema aħjar ta’ drip irrigation fi Ġnien il-Kottonera sabiex jissaqqew aħjar is-siġar u l-arbuxelli li hemm u senjatament is-siġar taż-żebbuġ li huma kważi abbandunati totalment?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jara li tingħata d-direzzjoni sabiex sewwieqa tal-karozzi bil- “Y-Plates” jitfakkru li m’għandhomx iwaqqfu jew jiġbru l-passiġġieri tagħhom minn madwar roundabouts senjatament l-iktar minħabba l-perikolu inkors?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità għat-Trasport f’Malta tara li r-regoli tas-sewqan jiġu osservati minn kull sewwieq fit-toroq ta’ pajjiżna, kemm dawk li jsuqu vetturi privati, dawk kummerċjali, kif ukoll sewwieqa tal-Y Plates. Madanakollu, minn żmien għal żmien l-Awtorità tagħmel ukoll kampanji edukattivi għall-informazzjoni tas-sewwieqa kollha.
Jista’ l-Ministru jara li tingħata d-direzzjoni sabiex sewwieqa tal-karozzi bil-“Y-Plates” jitfakkru li m’għandhomx iwaqqfu jew jiġbru l-passiġġieri tagħhom minn madwar roundabouts senjatament l-iktar minħabba l-perikolu inkors?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi x-xenarju deskritt mill-Onor. Membru fil-mistoqsija tiegħu, huwa xenarju li huwa projbit għal kull sewwieq, inkluż dawk b’vetturi bil-Y plates. Għaldaqstant meta dawn is-sitwazzjonijiet jiġu għal konjizzjoni tal-Pulizija u Uffiċjali tal-Aġenzija LESA, dawn jieħdu l-passi meħtieġa, skond kif jitlob il-każ partikolari, biex jevitaw periklu għal kulħadd.