Il-Fgura — Triq il-Pitiross u Triq l-Għasfur tal-Bejt - Xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju jinsab ix-xogħol fuq Triq il-Pitiross u Triq l-Għasfur tal-Bejt fil-Fgura u kemm huwa previst li ser jiġu jiswa dan ix-xogħol u kemm effettivament se jdum biex jitlesta?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Ix-Xgħajra — Triq il-Fortizza tal-Grazzja – Bus Shelter
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10930 dwar il-bus shelter imsaddad li hemm fil-bidu ta’ Triq Alof Wignacourt, fix-Xgħajra, u fejn fil-11 ta’ Lulju 2023 ġie mwieġeb illi “mhux ser ikun hemm dewmien” biex isir, jista’ l-Ministru jara li jinbidel ukoll il-bus shelter ta’ Triq il-Fortizza tal-Grazzja Xgħajra?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tax-Xgħajra li tresqu diversi talbiet mal-kumpanija inkarigata biex jinbidel l-imsemmi Bus Shelter. Sadattant, ninsab infurmat ukoll li l-Kunsill għamel xogħol ta’ manutenzjoni temporanju fuq dan il-Bus Shelter biex ma jibqax jidħol ilma fih.
Jista’ l-Ministru jara li jiġu installati mirja tat-traffiku sabiex jgħinu lil min ikun qiegħed isuq fi Triq Santa Katarina għall-Triq San Ċiru, u kif ukoll minn Triq Bettina għal fuq it-triq prinċipali, fil-Gudja?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Gudja li l-mirja li qed issir riferenza għalihom, huma diġà mwaħħlin fil-post.
Ħal Tarxien – Triq Agostino Randon – Skular ta’ ilma
Question
Jista’ l-Ministru jara li l-ilma li ilu ħiereġ fi Triq Agostino Randon, Ħal Tarxien jiġi rimedjat għall-ħsara li hemm, sabiex l-ilma ma jibqax jiskula?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien li t-tiswija tal-ħsara li kien hemm fit-triq imsemmija saret diġà.
Ħal Tarxien – Triq Agostino Randon – Skular ta’ ilma
Question
Tista’ l-Ministru tara li l-ilma li ilu ħiereġ fi Triq Agostino Randon, Ħal Tarxien jiġi rimedjat għall-ħsara li hemm sabiex l-ilma ma jibqax jiskula?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma kienet irċeviet rapport fil-21 t’April li għadda dwar skular ta’ ilma fit-triq indikata u ħadet azzjoni mill-ewwel tant li sal-għada l-ħsara kienet issewwiet. Barra minn hekk, minn verifiki li saru riċentement ma rriżultax li reġa’ kien hemm problema simili.
Persuni li jkollhom diffikultajiet dwar xi infrastruttura tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma jistgħu jċemplu fuq 8007 6400 jew jagħmlu rapport online permezz tas-sit elettroniku
www.wsc.com.mt
Jista’ l-Ministru jara li jsir ix-xogħol neċessarju sabiex Triq Leonardu Abela, Ħal Tarxien tiġi rranġata u ssir uniformi u sħiħa mhux kif tinsab preżentement?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta għaddejja u ser tkompli twettaq ħidma infrastrutturali f’toroq li l-Kunsilli Lokali ressqu ’l quddiem biex isiru xogħlijiet fihom. Ix-xogħol tat-toroq jiġi allokat skont l-esiġenzi u l-prijoritajiet tal-lokalita’ rispettiva tagħhom. Minkejja li t-triq imsemmija ma ġietx nominata biex isiru xogħlijiet fiha fil-futur immedjat, nibqgħu kommessi li nkomplu nsaħħu l-infrastruttura tal-pajjiż, bil-komunitajiet jibqgħu fiċ-ċentru ta’ ħidmietna.
Jista’ l-Ministru jara li jsir ix-xogħol neċessarju sabiex Triq Leonardu Abela, Ħal Tarxien tiġi rranġata u ssir uniformi u sħiħa mhux kif tinsab preżentement?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien li saret talba lil Infrastructure Malta biex l-imsemmija triq issir ma’ Triq Kurunell Mas, Triq Odilone Caruana u Triq G Cali.
Raħal Ġdid — Triq it-Tempji Neolitiċi - Xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kemm-il-darba huwiex previst li tul din is-sena Triq it-Tempji Neolitiċi li tibda minn Raħal Ġdid sa Ħal Tarxien tiġi rranġata speċjalment minħabba l-fatt li ħafna residenti jbatu wara li tagħmel x-xita?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta għaddejja u ser tkompli twettaq ħidma infrastrutturali f’toroq li l-Kunsilli Lokali ressqu ’l quddiem biex isiru xogħlijiet fihom. Ix-xogħol tat-toroq jiġi allokat skont l-esiġenzi u l-prijoritajiet tal-lokalita’ rispettiva tagħhom. Minkejja li t-triq imsemmija ma ġietx nominata biex isiru xogħlijiet fiha fil-futur immedjat, nibqgħu kommessi li nkomplu nsaħħu l-infrastruttura tal-pajjiż, bil-komunitajiet jibqgħu fiċ-ċentru ta’ ħidmietna.
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi jistgħu jittieħdu sabiex id-drenaġġ li jidher li qiegħed jiskula fi sqaq intern fi Triq A. M. Valperga Fgura jiġi mwaqqaf u rimedjat?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi jistgħu jittieħdu sabiex id-drenaġġ li jidher li qiegħed jiskula fi sqaq intern fi Triq A. M. Valperga Fgura jiġi mwaqqaf u rimedjat?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Tista’ l-Ministru tgħid x’passi jistgħu jittieħdu sabiex id-drenaġġ li jidher li qiegħed jiskula fi sqaq intern fi Triq A. M. Valperga, il-Fgura jiġi mwaqqaf u rimedjat?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li wara investigazzjoni li għamlet il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma rriżulta li dan l-iskular mhuwiex ġej mill-infrastruttura tagħha, iżda minn proprjetà privata, u għaldaqstant il-każ ġie riferut lid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika.
Il-Belt Valletta – Triq San Ġwann — Tiswija ta’ ċangatura mkissra
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ittieħdux il-passi neċessarji sabiex iċ-ċangatura li hemm miksura u perikoluża fi Triq San Ġwann fil-Belt Valletta fil-parti ta’ bejn Triq ir-Repubblika u Triq id-Dejqa jiġu msewwija u rimedjata?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat
Il-Belt Valletta – Triq San Ġwann — Tiswija ta’ ċangatura mkissra
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ittieħdux il-passi neċessarji sabiex iċ-ċangatura li hemm miksura u perikoluża fi Triq San Ġwann fil-Belt Valletta fil-parti ta’ bejn Triq ir-Repubblika u Triq id-Dejqa jiġu msewwija u rimedjata?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta li wara konsultazzjonijiet estensivi mal-komunità tan-negozju tal-inħawi, ġie deċiż li x-xogħlijiet fi Triq San Ġwann jibdew f’Jannar, sabiex jiġi evitat telf ta’ negozju matul il-perjodu għar-retail sales. Infrastructure Malta se tkun qed tieħu ħsieb dawn ix-xogħlijiet, li se jindirizzaw il-periklu taċ-ċangatura miksura, jsir re-surfacing u jinbidlu servizzi. Sadanittant, se jsiru wkoll tiswijiet minuri biex jitnaqqas kull periklu għal dawk li jużaw it-triq.
Jista’ l-Ministru jara li jiġu installati mirja tat-traffiku sabiex jgħinu lil min ikun qiegħed isuq fi Triq Santa Katarina għall-Triq San Ċiru, u kif ukoll minn Triq Bettina għal fuq it-triq prinċipali, fil-Gudja?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, illi l-Awtorità għat-Trasport f’Malta ma’ rċeviet l-ebda talba għal road traffic mirrors fit-toroq imsemmija. Dawn huma toroq li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsilli Lokali u għaldaqstant proposta jew applikazzjoni għal tali infrastruttura għandha tiġi mingħand il-Kunsill Lokali dirett.
Jista’ l-Ministru jara li t-talba li saret sabiex ikun hemm zebra crossing fi Triq il-Qadi, iż-Żejtun, issir, billi din it-triq hija waħda traffikuża ħafna?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Il-Fgura — Triq il-Kampanella, Triq il-Liedna u Triq San Tumas - Qtugħ ta’ dawl
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il darba nqata’ d-dawl fi Triq il-Kampanella, Triq il-Liedna u Triq San Tumas, il-Fgura matul dan is-sajf u x’kien il-kaġun?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li fit-tliet toroq imsemmija, matul il-perjodu indikat fil-mistoqsija, l-qtugħ fil-provvista kien skont ma jiġri f’ċirkostanzi normali, jew minħabba ħsarat lokalizzati li jinqalgħu minn żmien għal żmien, jew inkella s-sospensjonijiet tas-servizz kienu ppjanati biex issir manutenzjoni li tkun meħtieġa perjodikament u li jitħabbru minn qabel. F’kull każ, l-Enemalta tagħmel l-almu kollu biex is-servizz jerġa’ lura għan-normal fl-inqas ħin possibbli.
Jista’ l-Ministru jara li t-talba li saret sabiex ikun hemm zebra crossing fi Triq il-Qadi, iż-Żejtun issir, billi din it-triq hija waħda traffikuża ħafna?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali taż-Żejtun li preżentement qed jiġi diskuss Traffic Management sħiħ taż-żona li jinkludi Zebra Crossing fi Triq il-Qadi. Sadanittant saret Zebra Crossing proviżorja sabiex taqdi r-residenti taż-żona.
Iż-Żejtun — Triq Alfred Cachia Zammit - Xogħlijiet
Question
Tista' l-Ministru tgħid f’liema stadju jinsabu x-xogħlijiet marbuta u li saru fi Triq Alfred Cachia Zammit, iż-Żejtun u kemm ġew jiswew?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Enemalta poġġiet erba’ cables ġodda biex tkompli ssaħħaħ is-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku fiż-żona indikata. Dan il-proġett jinsab fl-istadju finali tiegħu, fejn bħalissa qed isir reinstatement bl-asfalt u huwa stmat li se jammonta għal €176,000.
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu u kemm skart inġabar f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena fid-diversi partijiet u rkejjen taż-Żejtun, b’mod speċjali madwar il-funtana ta’ Ġnien l-Għannejja?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi jistgħu jittieħdu sabiex id-drenaġġ li jidher li qiegħed jiskula fi sqaq intern fi Triq A. M. Valperga, il-Fgura jiġi mwaqqaf u rimedjat?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Fgura li ma rċieva l-ebda rapport ta’ ħruġ ta’ drenaġġ fi Triq A.M. Valperga.